Il-politika dwar it-trasport: ħtieġa li nħarsu fit-tul

Biex nindirizzaw sewwa l-ħtiġijiet tal-pajjiż jeħtieġ li nħarsu fit-tul. Biex dan iseħħ hu meħtieġ ippjanar serju: li wara li jikkonsidra l-possibilitajiet kollha u janalizza l-impatti li jistgħu jirriżultaw iwassal għal deċiżjoni dwar l-aħjar soluzzjoni u mbagħad sussegwentement li din tkun imwettqa.

L-implimentazzjoni tal-politika dwar it-trasport, f’Malta, ma tħarisx fit-tul. Dan minkejja li għandna pjani ppreparati riċentement: il-Master Plan dwar it-Trasport li jwassal sal-2025 u l-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Trasport li twassal sal-2050.

Imma sfortunatament hemm diskrepanza mhux żgħira bejn il-politika dwar it-trasport u l-implimentazzjoni tagħha. L-interventi fl-infrastruttura mwettqa jew li qed jitħejjew minn Trasport Malta u/jew Infrastruttura Malta ftit li xejn jaqblu mal-għanijiet dikjarati tal-Master Plan u l-Istrateġija dwar it-Trasport.

Ħa nkun ċar: mhux qed ngħid li m’għandu jsir xejn. Id-diżastru li qed niffaċċjaw fil-qasam tat-trasport jista’ jsir agħar milli hu illum jekk ma jsir xejn. Jeħtieġ bla dubju intervent mill-Gvern, imma dan jeħtieġ li jkun ippjanat u iffukat fuq il-problemi reali kif identifikati fil-pjani mfassla għall-Gvern Malti fl-2015 mill-konsulenti tiegħu tal-konsortju Italo-Spanjol Ineco-Systematica, imħallsa mill-fondi Ewropej dwar l-iżvilupp reġjonali.

L-għanijiet li jeħtieġ li jintlaħqu huma mfissra fid-daħla għall-Master Plan dwar it-Trasport li hi ffirmata mill-Ministru tat-Transport ta’ dak iż-żmien Joe Mizzi: “Malta, bħal bosta pajjiżi oħra qed tiffaċċja l-isfidi riżultat ta’ bdil fl-istil ta’ ħajja li ngħixu u li qed iwasslu f’domanda ikbar għall-mobilitá personali u dipendenza ikbar fuq karozzi privati. Iktar minn qatt qabel illum jeħtieġilna li nfittxu bilanċ bejn, fuq naħa waħda l-ħarsien tal-ambjent, il-protezzjoni ta’ saħħitna u li nilqgħu għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u fuq in-naħa l-oħra t-titjib fl-ekonomija tal-pajjiż. Dan iwassal għal insistenza għal transport pubbliku li jkun aħjar u ta’ min joqgħod fuqu, u għall-użu ta’ mezzi oħra (ta’ transport) kif ukoll integrazzjoni aħjar ta’ dawn il-mezzi.”

Dan hu messaġġ ċar li jemfasizza l-ħtieġa urġenti li nagħmlu użu ta’ mezzi alternattivi ta’ transport kif ukoll li nassiguraw illi nintegraw sewwa l-facilitajiet ta’ transport li għandna. Huwa propju dan li jagħmel il-Master Plan tat-Trasport.

Huwa tajjeb li ninnotaw illi l-Master Plan jemfasizza li nofs il-vjaġġi li jsiru b’karozzi privati fil-gzejjer Maltin jdumu inqas minn 15-il minuta. Dan jindika li din il-mobilitá hi waħda primarjament ta’ natura lokali fuq distanzi qosra. Dan, fil-fehma tal-Master Plan, jagħtina l-opportunitá li ninkoraġixxu iktar mixi u użu tar-rota. Imma, iżid jgħid il-Master Plan, hemm il-ħtieġa ta’ titjib fil-kwalitá tal-faċilitajiet fiċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula tagħna, kemm għal min jimxi kif ukoll għal min jagħmel użu mir-rota.

Dan jurina b’mod ċar li jeżistu soluzzjonijiet li jindirizzaw il-mobilitá tagħna kemm fil-lokalitajiet infushom kif ukoll bejn l-lokalitá u oħra. Dawn is-soluzzjonijiet, li jħarsu fit-tul, għandhom il-possibilitá li jindirizzaw nofs il-vjaġġi li jsiru bil-karozzi privati, l-parti l-kbira minnhom fil-ħinijiet li jkun hemm ħafna traffiku fit-toroq tagħna. Dan mingħajr ma biss nikkunsidraw xi bypass jew proġett ta’ toroq massiċċ. Safejn naf jiena, s’issa, fit-tliet snin li suppost illi ilu fis-seħħ il-Master Plan tat-Trasport, ma ittieħdet l-ebda inizjattiva ta’ din ix-xorta. Dan hu qasam ta’ ħidma li fih is-sehem tal-kunsilli lokali huwa essenzjali għax ifisser li hemm il-ħtieġa li niddiżinjaw mill-ġdid it-toroq u l-ispazji pubbliċi kollha tagħna b’mod li nittrasformawhom biex ikunu għas-servizz tar-residenti u mhux iktar biex jiffaċilitaw l-użu tal-karozzi kif wara kollox huma illum.

Il-karozzi ħadulna t-toroq. Hemm bżonn li neħduhom lura.

Li ntejbu l-infrastruttura tat-toroq tagħna u dik li nsejħulha l-għamara tat-triq twassal biex jibda jkun implimentat il-Master Plan tat-Trasport għax jinkoraġixxi t-tnaqqis fl-użu tal-karozzi privati għad-distanzi qosra: u dan ftakru li jinvolvi nofs il-vjaġġi li jsiru bil-karozzi! Iktar emfasi fuq il-ħtieġa ta’ użu tat-transport pubbliku fuq livell ta’ lokalitá għandu jwassal ukoll għal żieda fl-użu bejn lokalitajiet fil-qrib. Jekk dan isir sewwa, bla dubju, tonqos id-dipendenza fuq il-karozza privata u iktar nies tifhem kemm ma hemmx ħtieġa tal-proġetti kbar ta’ toroq li hawn għaddejjin bħalissa li huma sempliċiment ħela ta’ flus li nistgħu nużaw ħafna aħjar.

Din hi stampa żgħira tal-ħarsa fit-tul li l-konsulenti Italo-Spanjoli tal-gvern fasslu fil- Master Plan tat-Trasport. Hi għodda tajba li tista’ tgħinna nnaqqsu d-dipendenza żejda tagħna fuq il-karozza privati, li wasslet għall-qagħda diżastruża fit-toroq tagħna illum. Għandna nimplimentaw dawn il-proposti malajr kemm jista’ jkun: illum qabel għada.

 

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018

 

 

 

 

Transport policy: missing the long term view

To  adequately tackle a country’s needs, a long-term view is essential. This necessitates serious planning: that is to say considering all the possible options, analysing the resulting possible impacts, taking a decision on the optimum solution and then implementing that decision.

The implementation of transport policy in Malta is such that the long-term view is almost completely discarded. I say “almost” because it exists on paper in the form of a Transport Master Plan running untill 2025 and a National Transport Strategy running untill 2050.

Unfortunately, there is a mismatch between transport policy and action. The infrastructural interventions being planned or being carried out through Transport Malta and/or Infrastructure Malta do not match the declared objectives in the Transport Master Plan and Strategy.

Let me be clear: doing nothing is not an option. The current transport mess cannot be left unattended as it can only get worse. It requires government intervention, which must be planned and focused on addressing the real issues identified in the transport plans drawn for the Maltese government in 2015 by the Ineco-Systematica Consortium, the Italo-Spanish consultants paid for from EU regional development funds.

The objectives to be achieved are encapsulated in the forward to the Transport Master Plan signed by former Transport Minister Joe Mizzi: “Malta, like many other countries, faces the challenges of lifestyle changes that have resulted in increased demand for personal mobility and more dependence on private cars. Today, more than ever, we need to strike a fine balance between protecting our environment, preserving our health and mitigating the negative impacts of climate change, on the one hand, and improving economic performance on the other. This will call for better quality and more reliable public transport, a shift to alternative modes and better integration between these modes.”

It is a clear and unambiguous statement emphasising the urgent need for a modal shift to alternative transport means and ensuring appropriate integration between the transport facilities available. The Transport Master Plan does precisely this: it plans the way to achieve this modal shift in a 10-year timeframe.

It is pertinent to point out that the Transport Master Plan 2025 underlines the fact that 50 per cent of journeys by private vehicles in the Maltese islands are of under 15-minutes duration, indicating that substantial mobility produced at local levels on very short paths. This, opines the Master Plan, creates the opportunity to increase the modal share for walking and cycling, as the distances travelled are short. However, it adds: “there is the need to promote and strengthen the quality of the pedestrian and cycling facilities” within and around town centres.

This clearly indicates that long term solutions can be found in addressing the mobility preferences within localities themselves, as well as between neighbouring localities. This has the potential of tackling 50 per cent of vehicles movements, a substantial portion of them during peak-traffic time, without even considering any bypass or major road project. I am not aware of any such initiative so far, three years after the approval of the Transport Master Plan. It is an area of action in which the involvement of local councils is essential, as it will involve redesigning practically all of our roads and public spaces in each and every locality in order that they are transformed to be resident-friendly rather than vehicle-friendly, as they have been to date.

Cars have taken up our roads and we need to take them back.

Improving our locality infrastructure and street furniture so that our roads are resident-friendly should be the first step in implementing The Transport Master Plan and, remember, this involves 50 per cent of trips made by private vehicles. Adding emphasis to the need to make more use of public transport, even at a local level, should also increase its use between neighbouring localities. If done properly, this could further reduce the dependency on private vehicles and consequently put a substantial break on the perceived need of massive road infrastructural projects which are just monies down the drain which we could definitely put to better use.

This is just a snapshot of the long-term view that the government’s Italo-Spanish advisors provided in the Transport Master Plan 2025. It is a tool which can help wean us away from excessive dependency on private cars that has resulted in a transport policy failure over the years. It is about time that the provisions of this Master Plan are implemented, and the sooner, the better.

published in The Malta Independent on Sunday : 9th September 2018