Id-dipendenza tagħna fuq il-karozzi

Il-qoxra tal-pjan nazzjonali għat-trasport intitolat National Transport Master Plan 2025 fuq nett juri l-emblema tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex jurina li kien iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan il-pjan li hu ppubblikat minn Transport Malta kien iffinalizzat f’Ottubru 2016.

Iċ-Chairman (u CEO) ta’ Transport Malta, jgħidilna f’dikjarazzjoni stampata qabel il-pjan, li l-iskop tal-pjan hu biex itejjeb il-kwalitá tak-ħajja tagħna.

Wieħed mill-oġġettivi ta’ dan il-pjan li ftit nisimgħu dwaru huwa dak li jfittex li jipprovdi alternattivi għall-użu ta’ karozzi privati biex tkun inkoraġġita mobilitá sostenibbli u bħala riżultat tonqos id-domanda għall-karozzi fit-toroq tagħna.

Billi, kif anke jgħidilna l-pjan innifsu, madwar nofs il-vjaġġi bil-karozzi privati idumu inqas minn kwarta, nistgħu nikkonkludu li l-mobilitá meħtieġa hi waħda ta’ natura lokali u dan għal distanzi ferm qosra. Xi bżonn għandna ta’ karozzi privati għal dan? Il-mezzi ta’ transport alternattiv mhumiex biżżejjed għal dawn il-ħtiġijiet f’pajjiż fejn prattikament kullimkien hu tefa’ ta’ ġebla ‘l-bogħod?

Sirna dipendenti wisq fuq il-karozzi privati. Il-Malti, jgħidilna l-pjan nazzjonali għat-trasport fil-paġna 88, jippretendi li kulħadd jibdel id-drawwiet tiegħu biex hu jkun jista’ jibqa’ jsuq il-karozza!

Din hi l-problema rejali tat-toroq Maltin: l-imġieba u l-aspettattivi tagħna. Il-konġestjoni tat-traffiku hi fil-fatt il-konsegwenza ta’ din id-dipendenza tagħna fuq il-karozzi privati.

Sfortunatament il-proġetti massiċċi li jindirizzaw l-infrastruttura tat-toroq, kemm dawk li bdew kif ukoll dawk ippjanati, jinjoraw kompletament din id-dipendenza u minflok jiffukaw fuq il-ħtieġa immaġinarja ta’ żieda fil-kapaċitá tat-toroq. Mela l-politika dwar it-trasport tagħna, flok ma tindirizza dak li qed joħloq il-problemi tal-mobilitá, qed tiffoka fuq l-effetti bit-tama li tnaqqashom. Dan sakemm l-effetti jerġgħu jakkumlaw u mbagħad ikun ovvjament wasal iż-żmien għal iktar toroq u flyovers! Viżjoni mċajpra iktar minn din għad irrid nara!

L-istat Malti ftit qed jinvesti bejn jgħinna nikkuraw ruħna minn din id-dipendenza.

Dan l-investiment massiv fl-iżvilupp ta’ iktar toroq qiegħed jibgħat messaġġ wieħed, li jkolli ngħid qiegħed jinftiehem b’mod ċar ħafna: il-karozza privata hi l-mezz preferut tal-Gvern Malti għat-trasport. Dan hu l-iktar mod faċli kif tindirizza l-problema: għax bil-flus it-toroq mhux fil-baħar biss tbniehom. B’hekk ikun evitati d-diffikultaiet kbar biex ikunu indirizzati l-attitudnijiet u l-imġiba tagħna lkoll. Attitudnijiet u mġiba li huma r-reazzjoni tagħna, bħala komunitá, għan-nuqqas tal-istat Malti (fuq perjodu twil ta’ żmien) li jindirizza l-ħtiġijiet tagħna għal mobilitá sostenibbli.

Meta l-istat jibgħat messaġġ daqshekk ċar jkun qiegħed jinnewtralizza l-impatti posittivi kollha tal-ftit inizjattivi (b’finanzjament relattivament limitat) favur il-mobilitá sostenibbli. Dawn jinkludu, fost oħrajn, sussidji għat-trasport pubbliku, inċentivi biex jinxtraw ir-roti u sussidji biex jinħolqu l-faċilitajiet neċessarji għal xowers fuq il-post tax-xogħol bħala inkoraġġiment għal min irid imur ix-xogħol bir-rota.
.
Madwar erba’ snin ilu, l-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima tal-Universitá ta’ Malta kien ippubblika studju li kien ġie ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li kien intitolat The External Costs of Passenger and Commercial Vehicles Use in Malta. Dak l-istudju kien ikkonkluda li l-konġestjoni tat-traffiku kien qed jiekol 1.7% minn dak kollu li jipproduċi l-pajjiż fis-sena.

Ma jkunx forsi aħjar kieku flok ma nibqgħu iffissati fuq in-numru u l-qisien tat-toroq inħarsu ftit fil-mera u nirrealizzaw li l-problema mhux it-toroq imma aħna u l-imġiba tagħna? Id-dipendenza tagħna fuq il-karozzi teħtieġ kura mingħajr iktar dewmien.

 

 

ippubblikat fuq Illum il-Ħadd – 3 ta’ Ġunju 2018

Advertisements

Our car addiction

The front cover of Malta’s National Transport Master Plan 2025 boldly bears the logo of the European Regional Development Fund, indicating that it was funded by European Union funds.

This Master Plan, published by Transport Malta, was finalised in October 2016. The Transport Malta Chairman and CEO, in the statement preceding the actual text of the said Master Plan emphasises that it is fundamentally “about improving the quality of life of our citizens”.

One of the objectives of the Master Plan which we do not hear much about is the one that seeks to provide alternatives to private vehicles in order to encourage sustainable travel patterns and thus reduce private vehicular demand.

Given that, as pointed out by the Master Plan, 50 per cent of trips with private cars are of under 15 minutes duration, it follows that mobility is primarily local in nature and on very short routes. Do we need private cars for this? Are not alternative means of transport sufficient for this need (and more) in a country where practically everywhere is within a stone’s throw?

We have become too dependent on private cars. The Maltese traveller, we are informed by the Master Plan (page 88) expects that everyone else will change their travel habits so that they can continue to drive their car.

This is the real problem with our roads: our behaviour and our expectations. Traffic congestion is, in fact, the result of this addiction to private vehicles. Unfortunately, the massive infrastructural road projects planned or in hand ignore this national addiction and instead focus on the perceived need of removing bottlenecks through an increased road capacity. Instead of transport policy being focused on the causes of our mobility problems, they are more focused on reducing the impacts of the effects. That is until such time that the effects increase once more – at which point it would be time for more roads and obviously more flyovers! A truly myopic vision.

Too little investment is made by the state on the need to cure us of our addiction.

This massive investment in road development sends one clear message: the private car is the Maltese government’s preferred mode of transport. This attitude is clearly the easy way out as it throws money at the problem of congested roads and avoids the very difficult task of addressing our attitudes and behaviour. Our attitudes and behaviour are an accumulated response of the country’s sustainable mobility requirements to the state’s neglect over a long time.

When the state sends out such a clear message it neutralises the positive impact of the few under-funded initiatives which promote sustainable mobility. These include, among others, public transport subsidies, incentives to purchase bicycles and subsidies for the creation of facilities such as showers at places of work encouraging cycling to work.

Some four years ago, the University of Malta’s Institute for Sustainable Development and Climate Change published an EU-funded study entitled The External Costs of Passenger and Commercial Vehicles Use in Malta. The conclusions of that study had indicated that, every year, traffic congestion in Malta gobbles up 1.7 per cent of our GDP.

Isn’t it about time that we start tackling the issue seriously, which means focusing on our attitudes and behaviour instead of on the number and dimensions of our roads? Our addiction to cars needs a cure.

published in The Malta Independent on Sunday – 3 June 2018