Simon iwiegħed kollox lil kulħadd?

 busuttil-darmanin-demajo

Fdawn il-ġranet, il-Kap tal-Opposizzjoni qal li  jaqbel li l-għaqdiet sportivi għandhom ikunu mgħejjuna biex jimmassimizzaw il-potenzjal kummerċjali tal-faċilitajiet sportivi li jmexxu.

Proposta li tinstema tajba sakemm tiftakar li dan jista jkun il-kawża ta ħafna problemi.

Madwar sena ilu l-Gvern kien ħareg dokument intitolat The Commercialisation of Sports Facilities għal konsultazzjoni pubblika propju dwar dan is-suġġett.

Alternattiva Demokratika tirrikonoxxi l-intenzjonijiet tajba wara dawn il-proposti.

Imma biex jintlaħaq dan l-iskop, hemm iċċans, mhux żgħir, li nispiċċaw bxi grounds tal-futbol barra mill-irħula tagħna mibnijin bi ħwienet u uffiċini u bil-ground tal-futbol fuq il-bejt, bħalma diġa hemm fTignè! U jekk inti toqgħod fit-tarf tar-raħal hemm ċans tajjeb li tkun tista issegwi partita futbol minn fuq il-bejt. Jekk tkun iffurtunat tkun tista issegwiha ukoll mill-kamra tas-sodda! Anke l-floodlights jispiċċaw idawlulek il-kmamar tad-dar. Tispiċċa tiffranka l-konsum tal-elettriku! Dan apparti l-problemi ta parking u l-istorbju, sajf u xitwa. Dan eżempju wieħed. Hemm bosta oħra.

Fi stqarrija li ħriġna Alternattiva Demokratika sena ilu għidna li dak propost, jekk implimentat, jista jkun il-kawża ta ħafna ħsara ambjentali kif ukoll ikollu effett neġattiv fuq iżżoni residenzjali tagħna.

Daqqa ta ħarta oħra għall-ambjent.

Ovvjament Simon Busuttil donnu nesa li l-ħarsien tal-ambjent mgħandux ikun ristrett għad-dokumenti imma għandu jkun rifless ukoll fkull inizjattiva li nieħdu. Tajjeb li Simon Busuttil jiftakar sewwa kull hin li dak li wiegħed fid-dokument ambjentali A Better Quality of Life for You. Għax bih rabat idejh u bħala riżultat kellu jaħseb ftit iktar dwar il-konsegwenzi tal-proposti tiegħu għall-kummercjalizzazzjoni tal-facilitajiet sportivi. Alternattiva Demokratika ser tibqa’ tfakkru.

Daqqa ta’ ħarta oħra għall-ambjent

Commercialisation of Sports Facilities

Id-dokument ta’ konsultazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi li dwaru l-konsultazzjoni pubblika ġiet fi tmiemha llum hi daqqa ta’ ħarta oħra lill-ambjent ta’ pajjiżna.

L-iskop tal-Gvern hu biex ikunu mgħejjuna assoċjazzjonijiet u klubbs sportivi ħalli dawn jimmasimizzaw il-potenzjal tal-faċilitajiet tagħhom u b’hekk ikunu jistgħu jiffinanzjaw lilhom infushom.

L-iskop hu wieħed tajjeb.

Imma biex jintlaħaq dan l-iskop, hemm iċ-ċans, mhux żgħir, li nispiċċaw b’xi grounds tal-futbol barra mill-irħula tagħna mibnijin bi ħwienet u uffiċini u bil-ground tal-futbol fuq il-bejt, bħalma diġa hemm f’Tignè! U jekk inti toqgħod fit-tarf tar-raħal hemm ċans tajjeb li tkun tista’ issegwi partita futbol minn fuq il-bejt. Jekk tkun iffurtunat tkun tista’ issegwiha ukoll mill-kamra tas-sodda! Anke l-floodlights jispiċċaw idawlulek il-kmamar tad-dar. Tispiċċa tiffranka l-konsum tal-elettriku! Dan apparti l-problemi ta’ parking u l-istorbju, sajf u xitwa. Dan eżempju wieħed. Hemm bosta oħra.

Fi stqarrija li ħriġna Alternattiva Demokratika għidna li dak propost f’dan id-dokument ta’ konsultazzjoni, jekk implimentat, jista’ jkun il-kawża ta’ ħafna ħsara ambjentali kif ukoll ikollu effett neġattiv fuq iż-żoni residenzjali tagħna. Daqqa ta’ ħarta oħra għall-ambjent.