Huwa pass tajjeb dak li jirrapporta l-Malta Today illum, li nħarġet direttiva fis-settur pubbliku biex l-enerġija nużawha bil-għaqal.
M’għandux jibqa’ jinħela elettriku bil-bini mixgħul bil-lejl.
Anke dwar l-air conditioners, t-temperatura f’uffiċini pubbliċi, issa, fix-xhur sħan, m’għandiex tkun iktar baxxa minn 24 grad Celsius.
Direttiva tajba, imma mhux biżżejjed. Hemm ħafna iktar x’jista’ jsir fid-diversi oqsma biex tonqos il-ħela. Imma tajjeb li bdejna.
Ikun għaqli li l-Knisja ukoll timxi fuq l-istess passi in partikolari dwar il-Knejjes imdawwlin. Nistennew (min jaf) direttiva dwar dan mill-arċisqof biex anke l-knejjes inaqqsu d-dwal żejda u jnaqqsu l-ħela!
Il-problema hi kbira ħafna iktar milli naħsbu.