Il-qerda aċċelerata tar-raba’

Aħna ngħixu f’eko-sistema li qed tinqered ftit ftit. Dan hu rikonoxxut minn kulħadd.  

Ħarsu ftit, per eżempju, lejn l-ewwel sentenzi tal-White Paper intitolata Riforma fil-qasam tar-Raba’, White Paper ippubblikata għall-konsultazzjoni mill-Ministeru għall-Agrikultura f’Ottubru li għadda.

Dakinnhar kien intqal li: Il-ħarsien tar-raba’ huwa fundamentali biex niggarantixxu s-sostenibbiltà tal-biedja, il-produzzjoni tal-ikel, u l-ħarsien tal-ambjent rurali. Huwa għalhekk li meta jkun hemm problemi f’dan il-qasam, dawn ma jolqtux biss lill-bdiewa, iżda għandhom impatt qawwi fuq il-provista u s-sigurtà tal-ikel, u l-kwalità tal-ambjent li jista’ jitgawda mis-soċjetà.

L-art agrikola għandha valur: valur imma li mhux biss wieħed ekonomiku. Għandha valur ambjentali u soċjali. Dan hu rikonoxxut anke mill-Ministeru għall-Agrikultura. Għalfejn, mela, nistaqsu, dan il-Ministeru ma jieħux posizzjoni iebsa kullmeta Ministeri oħra jagħtihom l-estru għall-qerda ta’ art agrikola?

B’mod kontinwu, l-Awtorità tal-Ippjanar tirċievi u tipproċessa applikazzjonijiet għal żvilupp li jeqred art li tinħadem jew li kienet tinħadem. Dan isir għar-raġuni sempliċi li l-pjani lokali huma msejsa fuq filosofija tal-ippjanar għall-użu tal-art li tonqos milli tħares il-valur intrinsiku tal-biedja.  Tqis li l-biedja hi xi ħaġa ta’ bla siwi u li nistgħu ngħaddu mingħajrha. F’din is-sitwazzjoni l-Ministeru tal-Agrikultura jibqa’ sieket, kontinwament!

Sfortunatament, l-uniku valur li l-Awtorità tal-Ippjanar tifhem u tapprezza hu dak li jiffaċilità l-ħolqien tal-opportunitajiet għal min irid idawwar lira ta’ malajr. Kontinwament, l-Awtorità  tal-Ippjanar hi kompliċi fil-qerda gradwali ta’ kull ma hawn madwarna.

Xogħol mhux meħtieġ fuq l-infrastruttura tat-toroq, tul dawn l-aħħar snin, qered meded kbar ta’ raba’. Is-settur privat ilu għaddej jittrasforma ammont mhux żgħir ta’ raba’ f’art għar-rikrejazzjoni privata, għal xi barbeque jew għal xi picnic. Bħala konsegwenza ta’ dan qed jeqred komunitajiet ta’ bdiewa. L-Awtorità tal-Ippjanar, minkejja li għandha is-saħħa legali li dan kollu twaqqfu, ma għamlet xejn.   Hu biss dan l-aħħar, wara l-għagħa li rriżulta minn numru ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti dwar il-qbiela li l-Ministeru għall-Agrikultura qam minn raqda twila u ma baqax sieket!

Jiġu f’moħħi żewġ applikazzjonijiet għal żvilupp, applikazzjonijiet li għadhom pendenti: waħda f’Ħal-Qormi biex jinbena u jkun operat supermarket fuq art agrikola barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ). L-oħra dwar il-bini ta’ skola f’Ħal-Għaxaq, anke din fuq art agrikola.

Għaddejna minn dawn l-argumenti diversi drabi, b’mod partikolari fid-dibattitu nazzjonali dwar l-eżerċizzju biex tintgħażel l-art għall-Università Amerikana f’Marsaskala xi snin ilu! L-argumenti ta’ dakinnhar għadhom jgħoddu anke illum. Ma nistgħux nibqgħu nissagrifikaw ir-raba’. Għandna ftit wisq raba’ u jeħtieġ li nibżgħu għall-ftit li għandna.

Il-formola tal-applikazzjoni biex tinbena l-iskola f’Ħal-Għaxaq tgħid ċar u tond, bl-iswed fuq l-abjad, li l-użu tal-lum tal-art hu wieħed agrikolu. Dan jgħodd għal kull wieħed mill-35,970 metru kwadru li hu propost li jinbnew. Il-formola tal-applikazzjoni l-oħra dwar is-sit f’Ħal-Qormi, min-naħa l-oħra, tgħid li l-art f’dan il-kaz b’qies ta’ 4708 metru kwadru u li hi pproġettata li tkun żviluppata f’supermarket, bħalissa mhux użata!

Dawn l-applikazzjonijiet tal-ippjanar għadhom fi stadju bikri avolja dwar l-iżvilupp propost f’Ħal-Għaxaq għadu kif ġie ippubblikat studju dwar l-impatti ambjentali (EIA) reċentement.

F’dan l-istadju l-mistoqsija toħroġ waħedha: hemm ħtieġa għall-iżvilupp propost? It-tweġiba, fil-fehma tiegħi, hi ċara: le ma hemmx ħtieġa. M’għandniex bżonn iktar supermarkets. Pjuttost li diġa għandna iżżejjed minnhom!  

Dwar l-iskola proposta f’Ħal-Għaxaq l-istorja hi ftit iktar kumplessa. Imma xorta mhux iġġustifikat li tkun issagrifikata art agrikola. Għandhom ikunu esplorati soluzzjonijiet oħra, avolja naf li ilu żmien mhux ħażin isir (bla suċċess) tiftix għal sit alternattiv.  Is-soluzzjoni tista’ tinstab fl-iżvilupp mill-ġdid ta’ bini mitluq u dilapidat, li minnu għandna bosta, mxerred mal-gżejjer tagħna.

Neħtieġu fuq kollox politika koerenti dwar il-ħarsien tar-raba’. Flok ma jorqod, u kultant jistenbaħ, il-Ministeru għall-Agrikultura għandu jkun fuq quddiem nett f’din il-ħidma. Jista’ jibda billi jassigura li l-proġetti pubbliċi u l-politika tal-Gvern jagħrfu l-valur intrinsiku tal-biedja. Minn hemm irridu nibdew għax jekk is-settur pubbliku ma jkunx ta’ eżempju xejn mhu ser jinbidel: nibqgħu għan-niżla!

ippubblikat fuq Illum: 8 ta’ Jannar 2023

The accelerated destruction of agricultural land

We live in an eco-system which is being slowly destroyed. This is recognised by one and all.

Consider, for example the introductory sentences in the White Paper entitled Acquisition and ownership of agricultural land published for public consultation by the Ministry for Agriculture last October. We were then told that: Controlling the acquisition and ownership of land is fundamental to guaranteeing the sustainability of agriculture and food production, as well as the protection of the rural environment. For this reason, whenever there are issues in this area, these not only affect farmers but also have a strong impact on the supply and security of food and the quality of the environment that can be enjoyed by society.

Agricultural land has value. Its value is not just economic. It has an environmental and social value. This is recognised as a fact even by the Ministry for Agriculture. Why then, may we ask, does the Ministry not take a robust stand whenever other Ministries embark on a spree of accelerated destruction of agriculture land?

On a continuous basis the Planning Authority receives and processes applications for development which seek to obliterate agricultural land. This is done for the simple reason that the local plans are buttressed by a land use planning philosophy which fails to protect the intrinsic value of agriculture. It is deemed to be expendable. The Ministry for Agriculture, in this situation, is conspicuously silent, continuously!

Unfortunately, the only value which the Planning Authority understands and appreciates is that which facilitates “making hay while the sun shines”. It has been continuously an accomplice in the gradual destruction of all that surrounds us.

Unnecessary road infrastructure has gobbled up considerable swathes of agricultural land over the past years. The private sector has been transforming considerable agricultural tracts into barbeque or picnic areas squeezing out the farming community in the process. The Planning Authority has the legal remit to stop this but it has continuously failed to act. Until the recent public outcry in response to a number of Court decisions relative to agricultural leases, the Ministry for Agriculture has been silent on this matter too!

Two specific planning development applications (currently still pending) come to mind: one in Qormi to construct and operate a supermarket on agricultural land Outside the Development Zone (ODZ). The other relative to the construction of a school on agricultural land at Għaxaq.

We have been through the relative arguments many a time, in particular when debating the site selection exercise for the American University at Marsaskala some years back! The arguments made then are still valid today. We cannot keep sacrificing agricultural land. We have too little of it and we have to take care of the little we have.

The application form for the Għaxaq school declares black on white that the current use of the site is agricultural: each and every one of the 35,970 square metres of the site. The application form for the Qormi site, on the other hand states that the site measuring 4708 square metres which it is proposed to develop into a supermarket is currently “un-used”.

These planning applications are still in their early stages, even though an EIA (Environmental Impact Assessment) has been produced for the proposed Għaxaq development.

At this point we need to query: do we need the development proposed? The answer, in my opinion is a clear no. We definitely do not need more supermarkets. There are already too many of them.

As to the proposed school at Għaxaq the issue is much more complex. It does not however justify sacrificing more agricultural land. Other solutions should be explored, even though a search for an alternative has been going on unsuccessfully for quite some time. The solution lies in the redevelopment of existing dilapidated buildings of which we have quite a number.

We do however need policy coherence in respect of the protection of agricultural land. The Ministry of Agriculture should be at the forefront in such an exercise. It could definitely start by ensuring that public projects as well as policies factor in agriculture’s intrinsic value. This is the required starting point. The public sector sets the benchmark. If it fails to turn the page, matters will definitely change from bad to worse!

published in The Malta Independent on Sunday : 8 January 2023

Wara Spin Valley ……….. is-supermarket ?

 

 

 

 

 

Ilkoll segwejna mill-qrib l-iżviluppi dwar l-skandlu ta’ Spin Valley fil-Mistra. L-istorja kollha għad trid tinkiteb.

 

Illum ingħalaq kapitlu ieħor fl-istorja ta’ Spin Valley meta l-Bord tal-MEPA dal-għodu rtira l-permess(Outline) li kien inħareġ mid-Diviżjoni A tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp.

 

Prosit.

 

Issa jmiss iżda li l-MEPA tuża l-istess kejl ma’ permessi oħra li jixirqilhom trattament simili. L-ewwel fuq il-lista hemm is-supermarket fil-limiti ta’ Ħal-Kirkop/Ħal-Safi u li dwaru l-istess Diviżjoni ‘A’ tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp approvat permess minkejja r-rakomandazzjoni kuntrarja tad-Direttorat tal-Ippjanar kif ukoll minkejja li dan kien barra miż-żona tal-iżvilupp.

 

Għal min nesa’ xi ftit infakkar li l-awditur tal-MEPA kien investiga l-ħruġ tal-permess ta’ dan is-supermarket u kien ikkonkluda li dan ma kellux joħroġ.

 

Tiftakru li kienet irreżenjat il-Kummissjoni kollha, ftit minuti wara li ħareġ ir-rapport ? Iffriskaw ftit il-memorja.

 

 

L-Audit Officer tal-MEPA jagħti raġun lill-Alternattiva Demokratika

adsmall.gif   mepa6.jpg

L-Audit Officer tal-MEPA f’’rapport maħruġ il-bieraħ wara nofsinnhar ta’ raġun lill-Alternattiva Demokratika li talbet li jiġi investigat il-ħruġ tal-permess PA 0554/06 mill-Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp (Diviżjoni A) tal-MEPA.

L-applikazzjoni saret minn Charles Polidano (iċ-Ċaqnu) biex jinbena Supermarket barra miż-żona ta’ l-iżvilupp (ODZ) fi Triq San Ġwann Ħal-Safi.

L-Audit Officer tal-MEPA ikkonkluda li :

1. Il-Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp ma mxietx mal-policies tal-MEPA meta ħarġet dan il-permess, u li l-istess Kummissjoni kienet unikament responsabbli ghall-irregolarita tal-ħruġ ta’ dan il-permess.
2. Il-Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp għandha tkun iċċensurata talli :
(a) bidlet ir-rakkomandazzjoni ta’ rifjut tad-Direttorat ta’ l-Ippjanar mingħajr ma ġiebet raġunijiet validi ghal dan;

(b) ippermettiet il-ħruġ ta’ permess li jmur kontra l-policies stabbiliti mill-MEPA u approvati mill-Ministru;

(c) ħolqot preċedent li jippermetti żvilupp barra miż-żoni ta’ żvilupp kontra l-policy stabilita u in partikolari kontra l-pjan ta’ struttura u l-pjan lokali;

(d) injorat li dan l-iżvilupp kien jirrikjedi studju dwar l-impatt ambjentali.

3. Il-MEPA għandha tipproponi emenda għal-ligi li tagħmilha possibbli li permess ta’  żvilupp li joħrog bi ksur tal-policies fis-seħħ ikun irtirat.

Waqt Konferenza tal-aħbarijiet iI-bieraħ, jiena bħala l-kelliemi tal-AD dwar l-iżvilupp sostenibbli tlabt ir-riżenja immedjata tal-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp (Diviżjoni A). Ir-riżenja fil-fatt seħħet waqt li kienet qed issir il-Konferenza  Stampa stess. B’hekk refgħu r-responsabbilta ta’ egħmilhom.  

F’isem l-AD għamilt stedina lill-Ministru ta’ l-Ambjent George Pullicino, biex fil-ftit jiem li baqgħalu fil-kariga jieħu passi biex tissewwa l-ħsara li saret.

Ic-Chairperson ta’ AD Dr. Harry Vassallo qal li permess maħruġ illegalment bħal f’dan il-każ huwa invalidu u l-MEPA ghandha d-dmir li tieħu passi biex jieqaf ix-xogħol minnufih u tissewwa l-ħsara li saret. Alternattiva Demokratika hija lesta li tieħu l-passi legali kollha meħtieġa biex il-liġi tiġi rispettata. Dr. Gonzi irid jieħu passi immedjati biex ikun jista’ jikkonvinċi lil xi ħadd li jekk jieħu responsabbilta diretta għall-ippjanar wara l-elezzjoni ma jibqgħux iseħħu każijiet skandalużi bħal ma dan. Huwa ukoll għandu responsabbilta’ politika xi jġorr ghall-ħruġ ta’ dan il-permess irregolari liċ-Ċaqnu.