Inħallu x-xemx għaddejja !

 

 

Il-kumpanija General Motors li timmanifattura l-karozzi ser tistalla dak li qed jingħad li hi l-ikbar medda ta’ pannelli solari għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika. Dan ser tagħmlu fl-impjant tagħha fi Figueruelas f’Zaragosa Spanja.

 

Meta ix-xogħol ikun lest ser ikun hemm 85,000 pannelli solari fuq is-soqfa tal-impjant b’area enormi ta’ 186,000 metru kwadru. Dawn jistgħu jiġġeneraw elettriku biżżejjed għal madwar 4,575 dar li fi Spanja jikkonsmaw medja ta’ 3,300 kWh!

 

 

Aħna x’qed nagħmlu biex niġġeneraw l-enerġija elettrika mix-xemx. Għandna xemx kemm irridu u m’aħniex nagħtuha importana biżżejjed.

Advertisements