Dritt ta’ aċċess għax-xemx

Id-dritt li jkollna aċċess għax-xemx reġa’ għal darba oħra qed jissemma b’insistenza. Dawk fostna li huma konxji li l-użu tax-xemx għall-ħtiġijiet tagħna jagħmel kemm sens ambjentali kif ukoll sens ekonomiku qiegħed dejjem jiżdied. Sfortunatament huma ostakolati mill-politika dwar l-użu tal-art li hi interessata biss biex taqdi lir-rebgħa li, jippruvaw jgħidulna li hi żvilupp.

Li nagħmlu użu mill-enerġija li tiġġenera x-xemx jiddependi minn dak li jkun hemm jostakola l-wasla tar-raġġi tax-xemx meta jkollna ħtieġa tagħhom! Meta l-parti l-kbira tal-pjani lokali kienu approvati fis-sajf tal-2006, kien żdied bil-kbir l-għoli tal-bini permissibli f’diversi lokalitajiet. F’xi każi l-ammont ta’ sulari li jistgħu jinbnew żdiedu minn 2 għal 5, inkluż penthouse. Is-sitwazzjoni hi agħar fejn jista’ jkun hemm garaxxijiet li jkunu parzjalment taħt il-livell tal-triq (semi-basement). Din il-bidla f’dak li jista’ jinbena effettwat ħafna żoni fejn kien hemm bini b’żewġ sulari.

L-impatt ta’ din il-bidla fl-għoli permissibli tal-bini qiegħed jiżdied biż-żmien għax issa qed isir żvilupp mill-ġdid ta’ bosta propjetajiet li ilhom ftit ta’ żmien li nbnew. Dan qed joħloq ħafna dellijiet fuq bosta djar residenzjali fl-ibliet u l-irħula tagħna. Bħala riżultat ta’ dan il-pannelli fotovoltajċi u l-istallazzjonijiet li jsaħħnu l-ilma bix-xemx (solar water heaters) stallati fuq il-bjut ta’ bosta residenzi issa qegħdin fid-dell għall-ħin twil u ġew ma jiswew xejn. Dawn huma investimenti li għamlu ħafna familji Maltin li ġew issagrifikati fuq l-altar tar-rebgħa tal-hekk imsejjaħ żvilupp. Sussidji użati bħala għajnuna biex niġġeneraw l-enerġija mix-xemx, inkluż dawk li oriġinaw minn fondi Ewropej, f’numru mhux żgħir ta’ każi spiċċaw moħlija.

Dan kollu hu riżultat ta’ politika dwar l-ippjanar tal-użu tal-art bla viżjoni fit-tul. Politika li falliet biex tqis u tindirizza impatti ovvji. B’mod speċifiku hi riżultat li teżamina l-proposta dwar l-għoli permissibli tal-bini fid-dawl tal-proċeduri stabiliti mid-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (Strategic Environment Assessment Directive). Din hi direttiva li tfittex li teżamina politika (policy), pjani u programmi biex ikun stabilit u eżaminat l-impatt ambjentali tagħhom.

Dawk minnha li huma familjari ma kif taħdem u ħadmet l-Awtorità tal-Ippjanar jafu li l-Pjani Lokali ġew approvati bl-għaġġla fis-sajf tal-2006. Dan sar l-għaliex iktar dewmien kien ikun ifisser illi dawn il-pjani kienu jkun soġġetti għal eżami dwar l-impatti ambjentali tagħhom skond kif tipprovdi d-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (Strategic Environment Assessment Directive). Inevitabilment kien jirriżulta minn dan l-eżami li ż-żieda fil-għoli tal-bini li seta jingħata l-permess kien ser ikollu impatt negattiv fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku mix-xemx, kif fil-fatt qed jiġri llum! Dan l-impatt kien ikollu jkun indirizzat u l-għoli tal-bini kien ikollu jonqos.

Kellna parti mill-Gvern taħdem favur il-ħtieġa li nagħmlu użu mix-xemx biex niġġeneraw enerġija nadifa. Imma kellna parti oħra mill-Gvern li kienet ostaġġ tal-lobby tal-iżviluppaturi li riedu iktar spazju fejn jistgħu jiżviluppaw. Il-bqija nafu x’ġara. Dak l-ispazju issa qed jiġi żviluppat u bħala riżultat spiċċajna bil-pannelli fid-dell fuq il-bjut!

Iktar kmieni din il-ġimgħa, fil-Parlament, Miriam Dalli, Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari ta’ Ryan Callus kelliemi tal-Opposizzjoni dwar l-Enerġija qalet li l-Gvern għaddej b’konsultazzjonijiet interni dwar dan kollu.

Tant ilna niddiskutu dan kollu li mhux nifhem x’għandha f’moħħha l-Onorevoli Ministru. Fil-fatt ftit hemm possibilitajiet x’jiġu kkunsidrati.

L-iktar possibilità ovvja hi li fejn hu possibli jitreġġa’ lura l-għoli permissibli tal-bini għal dak li kien fl-2006. Dan imma, hu diffiċli biex isir, u kieku kellu jsir immedjatament tasal talba għal kumpens ta’ miljuni ta’ euro.

Hu possibli li jkunu introdotti drittijiet dwar l-aċċess għax-xemx f’bini ġdid. Dan għandu jsir immedjatament. Hu possiblili li jkunu emendati r-regoli tal-ippjanar b’mod li jkun assigurat illi fil-bini ġdid, b’mod partikolari fil-bini ta’ flats, ikun possibli li minn fuq il-bjut tagħhom tkun ġġenerata l-enerġija mix-xemx. Dan għandu jkun biżżejjed u jagħmel tajjeb għall-konsum tal-elettriku fil-blokk tal-flats kollu. Dan ikun ifisser li l-arja ma tinżammx mill-iżviluppatur iżda tkun parti mill-blokk f’idejn is-sidien tal-flats biex fuqha jistallaw pannelli foto-voltajiċi. Dan jassigura li kull blokk ġdid ta’ flats ikun carbon neutral, jiġifieri jiġġenera elettriku mix-xemx daqs kemm ikun ikkunsmat. Il-pannelli b’hekk jieħdu post il-penthouse.

B’hekk nistgħu nibdew bil-mod insewwu l-ħsara li saret.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021

Solar rights and planning wrongs

Solar rights are once more in the public debate. The number of those aware that utilising solar energy for our needs makes both environmental and economic sense is on the increase. Unfortunately, they are being obstructed by land use planning policy which is only interested in serving greed, camouflaged as development.

The utilisation of the sun’s energy is dependent on what gets in the way of the sun’s rays when we need them!  When most of the Local Plans were approved way back in summer of 2006, the permissible heights of building development in a multitude of areas were substantially increased. At times this increase was from 2 to 5 floors, including a penthouse level. It is worse where semi-basement garages are permissible. This change was in particular applied in respect of large areas with a previous predominance of two floored terraced houses. 

The impact of this change in the permissible height limitation is increasing in severity with time as the redevelopment of old properties is being gradually taken in hand. This is resulting in the shadowing of an ever-increasing number of residential units in a number of residential areas. As a result, solar water heaters and photo voltaic panels installed on a number of roofs in the past years, are now in the shade for a considerable amount of time and consequently are practically useless. Investments made by a number of our families have been sacrificed on the altar of development greed. Subsidies (including those originating from EU funds) which were utilised to assist the tapping of solar energy in a substantial number of cases have thus been thrown down the drain.

This is the result of myopic land use planning which failed to consider obvious impacts. Specifically, it is the result of the failure to subject the proposed height relaxation planning policies to the EU Strategic Environment Assessment Directive. The Strategic Environment Assessment Directive seeks to examine policies, plans and programmes in order to ensure that their environmental aspects are effectively considered.

Those of us familiar with the workings of the Planning Authority are aware that most of the Local Plans were rushed through to approval during the summer of 2006. This was done as any further delay would have made them subject to Strategic Environment Assessment procedures which would have inevitably highlighted the impact of height relaxation on the generation of solar energy. As a result, the conflict with the need to have solar energy generated would have been highlighted and most probably addressed.

While one section of government was encouraging one and all on the need to tap the sun’s rays to generate clean and renewable energy, another section, hostage to the development lobby was obstructing this and pushing forward their need for more space to develop! The rest is history. That space is currently being developed today, in the process obstructing the further generation of renewable energy on our rooftops.

In Parliament, earlier this week Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli in reply to a Parliamentary Question from Ryan Callus, spokesperson for Energy on behalf of the Opposition, stated that government was holding internal discussions on the matter.

The matter has been discussed many times to date so I cannot decipher exactly what Minister Miriam Dalli has in mind. There are in fact very few possible options which can be considered.

The most obvious option is to revise as much as possible the height relaxation carried out in 2006. This will be very difficult to carry out, and, if done, it will be immediately followed-up by a request for compensation running into many millions of euro.

Alternatively, one can seek to introduce solar rights on new buildings without further delay. It is possible that planning policy is amended to ensure that all new properties, in particular blocks of flats, should generate sufficient electricity to cater for the number of units in the new block, thus ensuring carbon neutrality. Such a measure would essentially require that the roof is owned together with the individual units in order that owners of the said units may install photo voltaic panels. Consequently, it would signify that the space which till now has been utilised for the development of penthouses would henceforth be reserved for the generation of renewable energy.

In so doing a history of planning wrongs would commence the long and difficult road of correction.

Published in The Malta Independent on Sunday : 21 February 2021

Torri ta’ 38 sular fil-qalba ta’ Tas-Sliema ser joħnoq lir-residenti

High-Rise-Buldings-Sliema

 

Flimkien ma Arnold Cassola Chairman ta’ AD u Michael Briguglio Kunsillier f’isem AD fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema dal-għodu indirizzajt konferenza stampa dwar it-torri ta’ 38 sular li ser jinbena mill-kumpanija ta’ Gasan flok dak li kien il-Union Club

Huwa insult li l-iżviluppaturi ta’ proġett bħal dan jgħidu li ż-żieda fit-traffiku ta’ 4,000 karozza mhux se jkollu effett negattiv fuq ir-residenti.  Fil-fatt, l-approvazzjoni ta’ proġett bħal dan, flimkien mal-binja proposta ta’ 40 sular fis-sit tal-Forti Cambridge, se tkun tfisser iktar konġestjoni ta’ traffiku, iżjed tniġġiż ta’ arja, aktar riskji għas-saħħa, inqas postijiet fejn tipparkja, filwaqt li l-proġett se jkompli jkerraħ ix-Xatt ta’ tas-Sliema u l-veduta mill-Belt.

Filwaqt li l-impatt ta’ kull proġett individwali kemm fejn jidħol tnaqqis fil-kwalita’ tal-arja, żieda fit-traffiku, u iktar inkonvenjenza kemm għar-residenti kif ukoll għan-negozju huwa diġa’ kbir, l-impatt kumulattiv ta’ proġetti differenti ta’ żvilupp  ġewwa Tigne’ huwa ħafna agħar.  Meta wieħed iżomm f’moħħu dawn l-impatti kumulattivi, jistenna li l-applikazzjoni għal permessi ta’ żvilupp għal proġetti bħal dawn għandhom ikunu miċħuda.  In-numru dejjem jikber ta’ postijiet vojta mifruxa madwar il-gżejjer (mhux anqas ġewwa tas-Sliema) ukoll għandu jwassal biex naħsbu fil-fond fuq l-impatt li dawn il-proġetti qiegħed ikollhom fuq il-ħajja ta’ kuljum tar-residenti u tan-negozju  kemm fejn jidħol bejgħ kif ukoll fit-turiżmu. Kieku kellna nirriflettu bis-serjeta’, ma jistax ikun li ma naslux għall-konklużjoni li proġetti bħal dawn qegħdin inaqqru mill-kwalita’ tal-ħajja tagħna.

Il-Kunsill Lokali ta’ tas-Sliema qiegħed joġġezzjona għal dan l-iżvilupp għal bosta raġunijiet. inkliuż dak li ġie stabbilit minn studju xjentifiku ambjentali li sar mid-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ambjent. Dan jinkludi it-tfigħ ta’ dell fuq diversi spazji fosthom fi Qui-si-sana minħabba t-torri ta’ 38 sular u u bini ieħor, żieda ta’ eluf ta’ karozzi kuljum fl-inħawi ta’ Qui-si-sana u Tigne’ fejn diġa hemm problemi ta’ traffiku, u l-impatt negattiv fuq ir-residenti minħabba snin twal ta’ bini bla rażan.   Barra minn hekk, torri ieħor ta’ 40 sular qiegħed ikun propost ukoll ftit metri l-bogħod, fis-sit militari tal-Forti Cambridge, li wkoll qiegħed jikkawża tħassib fost ir-residenti ta’ tas-Sliema. Aħna nappoġġaw l-Għaqda Residenti ta’ Qui-si-sana u Tigne’ fil-ġlieda tagħha għad-drittijiet tar-residenti ta’ dawn l-inħawi.

Id-dokument tal-MEPA dwar il-bini għoli: bla ma sar SEA

tall buildings

Id-dokument li ippubblikat il-MEPA riċentment dwar il-kostruzzjoni ta’ bini għoli kellu jkun soġġett għal stima ambjentali strategika, dak li normalment nirreferu għalih bħala Strategic Environment Assessment (SEA). Dan huwa studju, li l-Unjoni Ewropeja tobbliga li jsir dwar il-pjanijiet (plans) li jifformula Gvern u dan biex ikunu identifikati b’mod ġenerali l-impatti ambjentali u b’hekk dawn l-impatti ikunu jistgħu jkunu indirizzati minn qabel ma jinqalgħu.

Id-dokument tal-MEPA dwar il-bini għoli jidentifika l-lokalitajiet u l-parametri permissibli għall-iżvilupp ta’ bini għoli (bini ta’ iktar minn għaxar sulari) kif ukoll ta’ bini ta’ għoli medju (bini sa għoli ta’ għaxar sulari).

In-nuqqas tal-istima ambjentali strategika (SEA) joħloq dubju dwar il-validita’ tad-dokument ippubblikat mill-MEPA. Fi ftit kliem jeħtieġ li ssir din l-istima ambjentali strateġika (jiġifieri stima ambjentali dwar strateġija) u jekk jirriżulta li jkun meħtieġ għandu jkun hemm it-tibdil.

Din il-gwida dwar il-bini għoli (u bini ta’ għoli medju) li ġiet ippubblikata mill-MEPA hi immirata b’mod partikolari lejn ir-riġenerazzjoni ta’ siti b’bini dilapidat jew propjeta’ li mhiex użata biżżejjed jew b’mod adegwat u dan meta din il-propjeta qegħda barra miż-żoni storiċi, barra miż-żoni ta’ konservazzjoni urbana (UCAs) kif ukoll barra miż-żoni għal-prijorita’ residenzjali.

Sfortunatament iż-żoni identifikati huma kbar wisq. Dan hu fatt li huwa rikonoxxut mid-dokument tal-MEPA innifsu meta dan jgħid illi ser ikunu meħtieġa studji addizzjonali għall-applikazzjonijiet li eventwalment jidħlu.

Filwaqt li l-gwida tal-MEPA tidentifika l-istudji li ser ikunu meħtiega biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-izvilupp ta’ bini għoli jew ta’ għoli medju, l-parti l-kbira minn dawn l-istudji, inkluż kemm studji ambjentali kif ukoll il-kriterji stretti li huma meħtieġa kontra l-ħolqien ta’ dellijiet (shadowing) fuq il-propjeta’ residenzjali kellhom ikunu applikati qabel ma ittieħdu d-deċizjonijiiet dwar il-gwida tal-MEPA. Bħala riżultat in-numru ta’ lokalitajiet identifikati bħala ż-żoni magħżula kienu jkunu ferm inqas.

Id-dokument tal-MEPA kellu jkun iktar restrittiv u dan billi jillimita l-iżvilupp ta’ bini għoli jew ta’ għoli medju ghal dawk iż-żoni li jeħtieġu riġenerazzjoni. Dan kien ikun ta’ incentiv għall-industrija tal-bini biex din tassorbi u tiżviluppa mill-ġdid bini li għamel żmienu kif ukoll bini ta’ kwalita’ inferjuri li hu sitwat barra miż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (UCAs).