Fr Peter u r-Referendum fl-Irlanda

 

Li tkun favur l-Unjoni Ewropea u s-sehem ta’ Malta fiha ma jfissirx li taqbel ma kull ma jiġri fi Brussels u l-istrutturi tal-EU.

 

Dan hu l-punt prinċipali li joħroġ mill-artiklu/diskussjoni ta’ Fr Peter fis-Sunday Times tal-Ħadd li għadda intitolat A pro-European ‘bravi’ to the Irish voters.

  

Punti ta’ min jixtarrhom f’din id-diskussjoni/artiklu huma s-segwenti :

 

  1. Oddly enough, I sympathise with the reactions expressed by Karmenu Mifsud Bonnici, although he is motivated by Euroscepticism and I by deep attachment to the authentic European ideal.
  2. I am amazed that almost all those who reacted locally to the Irish ‘No’ have lamented the likely loss of our sixth MEP at least at the next European Parliament elections, but none of them has pointed out that with the treaty we would instead lose always having a Maltese Commissioner as well as our turn in the six-monthly cycle of hosting the Presidency on our own.
  3.  ……. it was strategically opportune for the Maltese Parliament to ratify both the Constitution and the Lisbon Treaty. However, we should also be grateful to the Irish for following the example of the French and the Dutch and voting ‘No’.

Fi ftit kliem, Fr Peter il-konsulent tal-Gvern qed jgħidilna li m’hemmx għaliex jiddispjaċina li l-Irlanda qalet le. Għalkemm dan hemm min ha pjaċir bih (għax huwa kontra dak li tirrappreżenta l-Unjoni Ewropea) fl-aħħar dak li ġara jista’ jkun ta’ ġid għalina ukoll.

 

ara ukoll il-post intitolat L-Irlanda tgħid le għall-Ewropa datat 13 ta’ Gunju 2008