Maħrub f’Malta: Saddek Omar Elkaber

Saddek Omar Elkaber

 

Ftit ilu, qabel ma faqqgħet l-iktar mewġa riċenti ta’ vjolenza fil-Libja kellna ras kbira Libjana għall-kenn fix-Xemxija. Meta kienu mistoqsijin dwaru, kelliema tal-Gvern, ma tawx informazzjoni minħabba ta’ “theddida għas-sigurta’ tal-istat.”

Issa nsiru nafu minn sorsi fil-Libja stess illi l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Libjan, Saddek Omar Elkaber hu maħrub u qiegħed mistoħbi Malta u ilu hawn ix-xhur. Mhux biss. Imma qiegħed imexxi l-Bank Ċentrali Libjan minn Malta.

Kemm aħna sew!

 

Ara

Malta Today: Libyan Central Bank Chief hiding in Malta for months.

Times of Malta: Libya Central Bank Chief working from Malta.

The Malta Independent: Libya Central Bank admits Governor hiding in Malta for months.