Riħa ta’ ħut

Bħala mexxej ta’ partit politiku jiena meqjus persuna esposta politikament (politically exposed person – PEP) skond kif tipprovdi ir-Raba’ Direttiva tal-Unjoni Ewropeja kontra l-ħasil tal-flus, hekk kif din ġiet trasposta fil-liġi Maltija. Anke membri tal-familja immedjata tiegħi huma kkunsidrati bl-istess mod. Politiċi oħra flimkien mal-familja tagħhom huma fl-istess qagħda.

Hu meqjus li l-persuni esposti politikament  (PEPs), minħabba l-posizzjoni li jokkupaw, huma f’riskju ikbar ta’ involviment fil-ħasil tal-flus. Ma hemm l-ebda distinzjoni bejn dawk li għandhom u jeżerċitaw il-poter eżekuttiv u dawk li ma għandhom xejn minn dan. Jiena wieħed minn tal-aħħar!  

It-talbiet għall-informazzjoni, xi minn daqqiet repetittivi u bla ħtieġa, li jiena u diversi membri tal-familja nirċievu idejquk, avolja nifhem il-ħtieġa tagħhom kieku kellhom isiru bil-galbu.   L-uffiċjali tal-bank bosta drabi juru entużjażmu esaġerat mal-ħuta ż-żgħira biex imbagħad ma jagħtu każ ta’ xejn, jew kważi, meta titfaċċa l-ħuta l-kbira.  

Mhuwiex aċċettabbli li waqt li jissorveljaw b’żelu u entużjażmu esaġerat lil dawk li huma ta’ riskju żgħir, imbagħad, lil dawk li mhux biss huma ta’ riskju imma li fil-fatt jabbużaw kontinwament, dawn jibqgħu għaddejjin qiesu qatt ma kien xejn. Dawn jirnexxielhom jiżgiċċaw għax ikollhom min jgħinhom eżatt fil-waqt u l-post meħtieġ. Verament każ tal-ħabib fis-suq li hu ferm aħjar mill-flus fis-senduq!

L-aħħar każ ippresentat il-Qorti dwar il-ħasil tal-flus jeħodna minn restorant tal-ħut sal-bank u lura. Il-mixja ta’ tiftix tal-allegat ħasil tal-flus wasslet lill-pulizija investigattiva sa restorant tal-ħut f’Marsaxlokk u ieħor ġol-Belt Valletta. Din l-investigazzjoni tidher li hi konnessa ma każ ieħor ewlieni dwar allegat ħasil tal-flus: dak konness mal-kuntrabandu tad-diesel mil-Libja.

Wieħed mill-persuni li presentment għaddej proċeduri kriminali fil-passat kien uffiċjal ta’ bank. Illum hu irtirat, kif fakkarna l-bank stess wara li dan ttella’ l-Qorti.

Il-punt importanti hu dwar il-konnessjoni li qed jingħad li kien hemm bejn ir-ristoranti tal-ħut u l-bank.  Fil-fatt, il-medja, hi u tirrapporta x-xhieda li nstemgħet waqt l-ewwel seduta tal-proċeduri kriminali, irrappurtat li l-uffiċjal prosekutur, huwa u jispjega kif żvolġiet l-investigazzjoni qal li dan l-ex-impjegat tal-bank, meta kien għadu fl-impieg bħala uffiċjal tat-taqsima tal-bank li tieħu ħsieb il-ħidma tal-kumpaniji allegatament kien ta’ għajnuna fil-ħidma tal-ħasil ta’ flus taħt investigazzjoni. Qed ikun suġġerit li din l-għajnuna serviet biex tinsatar il-ħidma ta’ dawk li allegatament kienu qed jaħslu l-flus.  

Dan l-uffiċjal tal-bank illum m’għadux impjegat mal-bank. Sadanittant ħa promozzjoni u issa qed jieħu ħsieb il-kumpaniji fejn allegatament jinħaslu l-flus.

Xi rwol għandha l-MFSA (L-Awtorità Maltija dwar is-Servizzi Finanzjarji) f’dan kollu? Waqt li kienet għaddejja din il-biċċa xogħol l-uffiċjal ewlieni (CEO) tal-MFSA kien għaddej minn perjodu ta’ kollaborazzjoni ma’ Yorgen Fenech, li presentment għaddej proċeduri kriminali fil-Qrati Maltin bl-akkuża li kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u huwa meħtieġ ukoll li jidher fi Sqallija dwar skandlu ieħor, din id-darba dwar logħob tal-azzard illegali kif ukoll dwar tbagħbis ta’ logħob.  

X’monitoraġġ jagħmlu l-MFSA u l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) biex jassiguraw li l-banek iwettqu sewwa l-obbligi tagħhom konnessi mal-ħasil tal-flus?

L-akkużi li ippreżentaw il-pulizija din il-ġimgħa jindikaw li dan il-moniteraġġ, jekk jeżisti, huwa dgħajjef u ineffettiv ħafna.

L-uffiċjal tal-bank issa bidel l-impieg. Minn ħidma regolatorja fil-bank issa għadda biex allegatament jieħu ħsieb il-ħasil tal-flus ġejjin mill-kuntrabandu tad-diesel Libjan. Din hi l-konklużjoni loġika li toħroġ mill-akkużi tal-Puliizja din il-ġimgħa dwar l-użu tar-ristoranti tal-ħut fil-Belt Valletta u Marsaxlokk bħala allegati għodda tal-ħasil tal-flus.

Kieku l-MFSA ul-FIAU ħadmu sewwa dan kollu ma kienx ikun possibli li jseħħ.  Hu każ ċar fejn l-industrija tal-ħasil tal-flus qed timpjega lin-nies li ġejjin mill-awtoritajiet regolatorji. Affarijiet li qed iseħħu fid-dawl tax-xemx mingħajr ħadd ma jinduna jew jagħti każ.  

L-istituzzjonijiet qed jaħdmu għax jidher li t-taħwid qed jikber bil-minuti? Wieħed jittama li l-MFSA u l-FIAU jieħdu azzjoni deċiżiva, u din id-darba b’urġenza.

ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 18 t’April 2021

Fishy Business

As the leader of a political party, I am considered as a politically exposed person (PEP) in line with the provisions of EU 4th Anti-Money Laundering Directive as transposed into Maltese law. Even members of my immediate family are so considered. Other politicians and their families are in a similar position.

It is held that politically exposed persons (PEPs), by virtue of the position they hold present a higher risk for involvement in money-laundering. There is no practical distinction between PEPs who exercise executive authority and those who have none of it, as yours truly!

The unnecessary, at times repetitive, queries from banks which I and various members of my family receive, are at times very annoying, even though I understand their scope and need if they were to carried out appropriately.  At times however, bank officials are overzealous with small fry, and then look sideways when facing the big fish.

It is unacceptable that while monitoring of persons who pose a minor and insignificant risk for involvement in money-laundering is done (at times), with exaggerated zeal, yet those who not only pose a risk, but actually do it manage to avoid any sort of detection by having the right friends at the right places assisting them in meticulously piloting the waters.

The latest money laundering cases in court this week take us from the fish restaurant to the bank and back again. Investigating the money-laundering trail took the police investigators to Marsaxlokk and Valletta fish restaurants. This investigation is apparently linked to another major money-laundering case: the laundering of monies allegedly resulting from the Libyan diesel smuggling operation.

One of the persons arraigned is a former bank official. He is now retired, as emphasised, after the arraignment, by his former employer the bank.

The point at issue is the trail between the fish restaurant and the bank. In fact, reporting on the testimony at the first sitting in the criminal courts the media emphasised that the prosecuting officer, in explaining the background to the investigation carried out, stated that the former bank official, when still in employment as an official of the bank’s corporate banking unit, had allegedly been of assistance in the money laundering operation currently under review. It has been suggested that such assistance helped the alleged money launderers to avoid detection for quite some time.

The former bank official is no longer in the bank’s employment. In the meantime, he had taken a promotion and is now on the books of the alleged money launderer, a Director of his various companies.

What is the role of the MFSA (Malta Financial Services Authority) in all this? This operation was in motion at the time when the Chief Executive Officer of the MFSA was in cahoots with Yorgen Fenech, currently under the criminal spotlight himself, accused with masterminding the assassination of Daphne Caruana Galizia in the Maltese Courts and simultaneously wanted in Sicily as part of a match fixing and illegal betting scandal.

What monitoring do the MFSA and the FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) carry out to ensure that the banks perform their money-laundering regulatory functions diligently?

This week’s police charge sheet seems to indicate that any such monitoring, if at all existent, was very weak and for all intents and purposes ineffective.

The bank official changed his job and moved on from his bank regulatory duties to allegedly managing the laundering of monies generated from the Libyan diesel smuggling operation. This is the logical conclusion drawn from the police charge sheet presented this week on the alleged use of the fish restaurants at Valletta and Marsaxlokk as money-laundering tools.

If the MFSA and FIAU had carried out their duties properly this would not have been possible. This is a clear case where the revolving door recruitment from the regulatory authorities to the money-laundering industry operated under the very noses of the regulatory authorities themselves with no one noticing or bothering about it.

Are the institutions really functioning, as the mess gets bigger every day?

Hopefully the MFSA and the FIAU take decisive action, urgently, for a change.

published in The Malta Independent on Sunday – 18 April 2021