Wara l-maltemp  ………………

Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Mhux biss. Huwa ukoll il-ħin biex nieħdu ħsieb il-ħsarat li saru mill-maltemp.

Iktar minn hekk hu żmien ukoll biex nidentifikaw in-nuqqasijiet li wasslu għal dawn il-ħsarat u nirrimedjawhom.

Waħda mill-problemi l-kbar li mhiex mogħtija attenzjoni biżżejjed hi dwar x’qiegħed jiġri mill-ilma tax-xita.

Hawn wisq binjiet bla bjar jew bi bjar żgħar wisq biex fihom jinġabar l-ilma tax-xita.

Il-konsegwenza ta’ dan, kif nafu, hi ta’ ħafna ilmijiet fit-toroq u ta’ drenaġġ ifur waqt maltempati bħal ta’ din il-gimgħa.

Kif għidt repetutament ir-responsabbiltà għal dan kollu hi ta’ tlieta: ta’ min jiżviluppa l-bini u ma jipprovdix bjar jew bjar kif meħtieġ, tal-Awtorità tal-Ippjanar li ma tivverifikax biżżejjed li qed jinbena bini mingħajr bjar inkella bi bjar żgħar kif ukoll tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li toħroġ permessi biex bini jitqabbad mas-sistema tad-drenaġġ mingħajr ma tagħmel il-verifika meħtieġ dwar l-eżistenza ta’ bjar.

Kulħadd irid jerfa’ ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli

Il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli hi materja li għandha tkun f’idejn il-Prim Ministru minħabba li tmiss ma’ kull qasam tal-politika. Hu interessanti li għal darba oħra r-responsabbiltà politika għall-iżvilupp sostenibbli reġgħet ġiet lura Kastilja, f’ħoġor il-Ministru Karmenu Abela, li nħatar Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Sal-lum dan rari seħħ ħlief għall-perjodu qasir li fih Mario Demarco kien Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu u l-Ambjent.

Robert Abela mhuwiex l-ewwel Prim Ministru li emfasizza l-ħtieġa li jingħata iktar importanza lill-iżvilupp sostenibbli. Ħadd minnhom, imma, ma rnexxielu!

It-terminu “żvilupp sostenibbli” huwa l-iktar wieħed mit-termini fid-dizzjunarju politiku li huma użati ħazin. Il-lingwaġġ politiku użat kważi qatt ma jasal biex ifisser u jispjega li l-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli hi politika li tħares fit-tul: li kontinwament, huma u jittieħdu d-deċiżjonijiet, tagħti każ il-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-gvernijiet ma jagħtux importanza biżżejjed lill-iżvilupp sostenibbli għax din m’hiex biss dwar illum imma hi ukoll dwar għada. Hi dwar kif il-ħidma tal-lum teħtieġ li issir b’mod li ma jkunx ippreġudikat għada u l-ġenerazzjonijiet futuri. Għada min rah? L-interess ta’ bosta minnhom iwassal sa ħames snin, jiġifieri sal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Dan hu punt li saħqet dwaru Gro Harlem Brundtland, Norveġiża u soċjalista demokratika li kienet Prim Ministru ta’ pajjiżha. Fir-rapport li hi ħejjiet għall-Ġnus Magħquda snin ilu dwar l-ambjent u l-iżvilupp, intitolat Our Common Future, emfasizzat li “Naġixxu b’dan il-mod għax nafu li mhu ser jiġri xejn: il-ġenerazzjonijiet futuri ma jivvutawx; m’għandhomx poter politiku jew finanzjarju; ma jistgħux jeħduha kontra d-deċiżjonijiet tagħna.”

Il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli mhix biss dwar l-ambjent: hi dwar kif inħarsu b’mod integrat lejn il-politika ambjentali, ekonomika, soċjali u kulturali. Tfisser li l-ħidma tagħna jeħtieġ li tħares fit-tul u li simultanjament trid tkun kompatibbli man-natura, l-ekonomija, l-iżvilupp uman u l-kultura tagħna.

L-iżvilupp sostenibbli hu dwar kif nistgħu f’kull ħin inkunu f’armonija ma’ dak li aħna mdawrin bih. Il-ħin kollu, u mhux biss meta jaqbel. Tirrikjedi s-sinkronizzazzjoni tal-politika kulturali, soċjali, ambjentali u ekonomika. Għax il-ħarsien tad-dinjità umana, l-apprezzament tal-wirt kulturali u l-ħarsien ambjentali huma essenzjali daqs l-iżvilupp ekonomiku.

Fil-qafas globali, kif ukoll Ewropew, il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli tfisser ukoll l-implimentazzjoni tal-miri dwar l-iżvilupp sostenibbli approvati mill-Ġnus Magħquda: 17-il mira imfissra f’169 oġġettiv. Din hi l-Aġenda Globali 2030 li dwarha l-Unjoni Ewropea ħadmet ħafna biex tkun maqbula mill-komunità internazzjonali. Filwaqt li l-Aġenda 2030 hi importanti kollha kemm hi, partijiet minnha għandhom importanza ikbar għalina f’Malta.

Ħu, per eżempju, l-immaniġjar tal-ilma. Hu essenzjali li nifhmu li huwa meħtieġ li r-riżorsa tal-ilma nieħdu ħsiebha sewwa u li l-użu li nagħmlu minnha jkun wieħed sostenibbli. Sfortunatament, sal-lum, l-immaniġjar tal-ilma f’Malta huwa kkaratterizzat minn doża mhux żgħira ta’ inkompetenza. Hemm aċċess kważi bla kontroll għall-ilma tal-pjan filwaqt li kwantità kbira ta’ ilma tax-xita jintrema l-baħar: kemm direttament permezz tal-mini li tħaffru għal dan l-iskop kif ukoll permezz tas-sistema tad-drenaġġ. Ir-regoli dwar il-ġbir u l-ħażna tal-ilma tax-xita applikati mill-awtoritajiet għal bini u żvilupp ġdid ħafna drabi mhumiex osservati. L-awtoritajiet ftit li xejn jagħtu kas.

Il-politika dwar it-transport hi qasam ieħor fejn l-ippjanar li ma jħarisx fit-tul jeħtieġ li jkun sostitwit billi tkun applikata l-politika ta’ żvilupp sostenibbli. Il-Pjan Nazzjonali tat-Trasport, li jibqa’ fis-seħħ sal-2025, jiġbdilna l-attenzjoni tagħna li nofs il-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati jdumu inqas minn kwarta. Dan jindika li inizjattivi biex ikun imrażżan it-traffiku fuq livell lokali u reġjonali jista’ jindirizza b’mod effettiv il-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq tagħna bil-vantaġġ doppju ta’ titjib fil-kwalità tal-arja fejn din hi l-iktar meħtieġa.

Il-Pjan Nazzjonali tat-Transport jgħidilna li f’dan il-qasam, tul is-snin, ftit li xejn ħarisna fit-tul. Dan wassal, jgħidilna l-pjan, għal nuqqas ta’ direzzjoni strateġika u bħala riżultat ta’ dan żviluppajna l-inkapaċità li jkunu indirizzati materji diffiċli bħalma hi dik li tikkonċerna t-tnaqqis tal-karozzi privati. Min-naħa l-waħda għandna dan il-ħsieb sostenibbli dwar l-ippjanar tat-trasport, imma imbagħad min-naħa l-oħra l-Gvern ġie jaqa’ u jqum u għaddej bi programm ta’ nfieq sostanzjali fl-infrastruttura tat-toroq bl-iskop li tiżdied il-kapaċità tagħhom u bil-konsegwenza li d-dipendenza tagħna fuq il-karozzi tibqa’ tiżdied.

Dan kollu żejt fil-bażwa għax ġie ippruvat tul is-snin, bi studji li saru f’diversi pajjiżi, illi l-iżvilupp tas-sistema tat-toroq ma tnaqqasx il-konġestjoni tat-traffiku, imma isservi biss biex il-problema tkun posposta inkella tiċċaqlaq minn żona għall-oħra.

L-affarijiet huma agħar fil-qasam tal-ippjanar għall-użu tal-art. Gvernijiet suċċessivi wrew li ma kienux kapaċi jrażżnu l-iżvilupp esaġerat. B’wiċċ ta’ qdusija artifiċjali t-tmexxija politika tiddeskrivi lilha nnifisha bħal ħbieb tan-negozji (business friendly) inkella, kif smajna din il-ġimgħa ħbieb tas-suq (market friendly) u dan biex jippruvaw jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ azzjoni adegwata. Qalulna li l-industrija tal-bini tant ħolqot impjiegi li qed tikkontribwixxi b’mod effettiv għal titjib fil-kwalità tal-ħajja.

Imma, kif bla dubju nafu lkoll, l-industrija tal-kostruzzjoni kienet fuq quddiem nett tkattar il-ħsara lill-pajjiż permezz ta’ żvilupp esaġerat bil-pretensjoni li l-ħsara ambjentali ikkawżata minnhom nagħmlu tajjeb għaliha aħna, l-bqija. Sfortunatament, ġew mgħejjuna minn gvernijiet suċċessivi li kontinwament fittxew kif jagħmluhielhom iktar faċli biex igawdu l-frott ta’ ħidmiethom. L-ippjanar tal-użu tal-art kif ipprattikat f’pajjiżna mhux sostenibbli u iktar ma jkun imrażżan malajr, ikun aħjar għal kulħadd.

In-nuqqas tal-politika għall-iżvilupp sostenibbli tinħass prattikament fl-oqsma kollha. Jeħtieġ li llum qabel għada nħarsu fit-tul f’kull deċiżjoni li tittieħed. Kien pass tajjeb, pass ‘l-quddiem li r-responsabbilta politika għall-iżvilupp sostenibbli marret lura f’Kastilja, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Imma dan għandu jkun biss l-ewwel pass. Il-bidu, segwit minn hafna iktar passi.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2020

The politics of sustainable development

The politics of sustainable development is a matter for the Prime Minister’s direct consideration as it is wide-ranging and concerns all areas of policy.

It is quite interesting that once more sustainable development has taken up residence at Castille, being the responsibility of Minister Carmelo Abela, who has been appointed as a Minister within the Office of the Prime Minister. This was very rarely the case to date except in the short period during which Mario de Marco was Parliamentary Secretary for Tourism and the Environment.

Robert Abela is not the first Prime Minister who has emphasised the need to give much more importance to sustainable development. To date, however, none of them has delivered.

Sustainable development is one of the most abused and mis-used terms in the political lexicon. Political discourse continuously fails to project the politics of sustainable development as having a long-term view and continuously factoring future generations in the decision-taking process.

Governments do not give sufficient importance to sustainable development as this is not just about today. It is rather about how today’s activity should not prejudice tomorrow and future generations. This is not sufficiently on the radar of today’s politicians. Their interest, generally, does not span more than five years: that is until the next general election.

This is a point underlined by former Norwegian social democrat Prime Minister Gro Harlem Brundtland in her seminal UN Report Our Common Future who emphasised that “We act as we do because we can get away with it: future generations do not vote; they have no political or financial power; they cannot challenge our decisions.

The politics of sustainable development is not just a matter of environmental concern: it involves a holistic consideration of environmental, economic, social and cultural policy. It signifies that our actions must have a long-term view and be simultaneously compatible with the forces of nature, the economy, human development and our culture.

Sustainable development is about living in harmony with all that surrounds us, at all times, not just when it suits us. It requires the synchronisation of cultural, social, environmental and economic policy. Shielding human dignity, appreciating our culture and environmental protection are as essential as economic development.

Within a global and EU framework the politics of sustainable development also involves following and implementing the UN Sustainable Development Goals: 17 goals and the associated 169 targets. This is the global 2030 Agenda to which the European Union contributed substantially. While the whole 2030 Agenda is important, some aspects of it are relatively more important on a local level.

Consider water management, for example. It is imperative that we realise that we need to manage our water resources in a sustainable manner. To date gross incompetence has characterised water management in Malta. Access to the water table is still substantially a free for all, while storm water is mostly dumped into the sea, either directly or through the public sewer system. Rules for rainwater harvesting within the framework of land use planning are more honoured in the breach, without the authorities taking the minimum of enforcement action.

Transport policy is another area where short-term planning needs to give way to the politics of sustainable development. The National Transport Master Plan which runs until 2025 draws our attention that 50 per cent of private car journeys involve trips that are shorter than 15 minutes. This indicates that taking initiatives to reduce vehicular traffic at a local and regional level would be of considerable help in addressing road congestion and improving air quality where it matters most.

The National Transport Master Plan emphasises that the approach to transport planning and policy in Malta has, to date, generally been short-term in nature. This “has resulted in the lack of strategic direction and the inherent inability to address difficult issues such as private vehicle restraint.” On the one hand we have this “written” sustainable approach to transport policy, yet on the other hand government has embarked on an unsustainable spending spree of infrastructural development to increase the capacity of our roads, as a result ensuring that car-dependency continues unabated.

Addressing traffic congestion through expanding the road network only results in shifting the problem: either physically to another area, or else moving it in time.

The cherry on the cake is land use planning. Successive governments have been unable to restrain overdevelopment.

Sanctimoniously they describe themselves as being business friendly or market friendly to try and justify their lack of adequate action. The building industry, we are repeatedly told, creates so much jobs that it “contributes to the quality of life”.

As we are all well aware the construction industry has been a major force in ruining this country through over-development and through expecting us to foot their environmental bills. Unfortunately, they have been aided by successive governments who continuously seek ways to make it easier for the industry to plunder their way through. Land use planning is clearly unsustainable and the sooner it is restrained the better for all.

Sustainable development is conspicuous by its absence in practically all areas of policy. The politics of sustainable development still needs to be ingrained in the day-to-day policy-making structures. Assigning political responsibility for sustainable development to a Minister in the Office of the Prime Minister could be a good first step forward. However, there is still a long way to go.

published in the Malta Independent on Sunday : 19 January 2020

L-ilma tax-xita: l-inkompetenza tal-awtoritajiet

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, fl-aħħar diskors tal-Baġit qalilna : “Il-Gvern huwa wkoll kommess li jkompli jaħdem biex jitnaqqas ir-riskju tal-għargħar f’pajjiżna. Għaldaqstant, se jsiru studji dettaljati sabiex jiġu żviluppati aktar miżuri li jistgħu jnaqqsu dan ir-riskju filwaqt li jimmassimizzaw l-użu tal-ilma tax-xita.”

Edward Scicluna bla dubju jaf li bħala riżultat tat-tibdil fil-klima l-maltempati kif ukoll ix-xita qed ikunu ta’ natura iktar intensivi. Meta tinżel ix-xita, b’mod partikolari meta tkun qawwija, l-infrastruttura tagħna ma tistax tlaħħaq. Imma minbarra l-impatti kkawżati mill-klima għandna fuqna ukoll il-piz u r-riskji kkawżati minn regolaturi nkompetenti.

F’Malta għal dawn l-aħħar 138 sena, il-liġi pprovdiet biex ikun hemm l-obbligu li jkollna l-bjar għall-ilma tax-xita fid-djar. Il-qisien tal-bjar varja tul is-snin. Originalment il-qies kien dipendenti fuq il-qies total tas-sulari kollha mibnija. Illum il-ġurnata dan tnaqqas biex ikun relatat mal-qies tal-art mibnija.

Sfortunatament dawn ir-regoli ftit huma osservati. Din mhiex storja li bdiet illum, ilha għaddejja snin twal possibilment sa mis-snin 60, żmien meta l-industrija tal-bini kienet għaddejja b’rankatura kbira. Jiena niftakar, meta kont għadni student, ftit snin ilu mhux ħażin, kont rajt rapport li kien tħejja għall-Gvern Malti minn esperti mibgħuta mill-Ġnus Magħquda. Dakinnhar diġa kien ċar li waqt u wara maltempati qawwija l-ilma għaddej mis-sistema tad-drenaġġ kien jiżdied b’mod astronomiku u dan billi ħafna ilma tax-xita flok ma jinġabar fil-bjar kien qed jintrema fid-drenaġġ. Is-sitwazzjoni, minn dakinnhar, marret ħafna għall-agħar!

Flok mal-ilma tax-xita jinġabar fil-bjar, f’ħafna każi qed jintrema fit-toroq, inkella direttament fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku. Ammont enormi ta’ ilma tax-xita li nistgħu nutilizzaw qed jintrema. Ħafna, jekk jużaw l-ilma tax-xita jistgħu jnaqqsu b’mod drastiku l-kontijiet tal-ilma!

Meta l-ilma tax-xita jintrema fid-drenaġġ, dan mhux biss ifur fit-toroq tagħna imma minħabba li jgħabbi l-impjant tal-purifikazzjoni tad-drenaġġ b’ammont zejjed ta’ ilma iżid b’mod konsiderevoli l-ispejjes għat tmexxija tal-impjant.

Il-parti l-kbira tal-ħtija għal dan trid tinġarr minn dawk li jiżviluppaw il-propjetá. Anke l-Gvern, direttament, kif ukoll permezz tal-aġenziji tiegħu, fil-passat riċenti kien responsabbli għall-iżvilupp ta’ housing estates li fihom ma tinġabarx qatra ilma tax-xita!
Hu fatt magħruf li fejn żvilupp residenzjali jkun fih garaxxijiet parzjalment jew kompletament taħt il-livell tat-triq ftit għandna bjar għall-ilma tax-xita. L-Awtoritá tal-Ippjanar hi responsabbli biex tassigura li l-kundizzjonijiet tal-permessi tal-iżvilupp ikunu osservati: dawn kważi dejjem jinkludu l-obbligu li jinbena bir biex fih jinġabar l-ilma tax-xita. Imma ħafna drabi, għall-Awtoritá tal-Ippjanar, qiesu ma ġara xejn jekk il-bir ippjanat jibqa’ fuq il-karta.

Min-naħa l-oħra, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) matul dawn l-aħħar snin assumiet ir-responsabbiltá għas-sistema kollha tad-drenaġġ, liema responsabbiltá qabel kienet f’idejn id-Dipartiment tad-Drenaġġ. Din ir-responsabbiltá tinkludi l-għoti tal-permess biex bini ġdid jiġi imqabbad mas-sistema tad-drenaġġ.

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma x’verifiki qed tagħmel li l-katusi tad-drenaġġ biss qed jitqabbdu mas-sistema pubblika tad-drenaġġ? Qed isiru verifiki li m’hemmx katusi tal-ilma tax-xita ukoll? It-tweġiba teħduha waħedkom fit-toroq tagħna f’ġurnata ta’ xita qliel. Ħadd mhu jagħmel verifika dwar dak li qed jiġri.

Dan kollu jwassal għall-konklużjoni li waqt li l-ħtija ewlenija għall-qagħda preżenti hi tal-industrija tal-bini, għax, iktar le milli iva ma tipprovdix bjar għall-ilma tax-xita fi żvilupp ġdid, il-ħtija mhiex tagħha biss. L-awtoritajiet u d-dipartimenti tal-Gvern għandhom ukoll iġorru s-sehem tagħhom tar-responsabbiltá minħabba li ma onorawx l-obbligi regolatorji tagħhom. L-Awtoritá tal-Ippjanar u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (u dawk li ġew qabilhom) setgħu waqqfu dan l-abbuz, imma ma għamlu xejn.

Meta jkollna xita qliel, jew xita għal ħin twil, diffiċli tgħaddi minn ċertu toroq f’Malta u Għawdex. Dan hu sors ta’ periklu u fil-fatt id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ikun okkupat ħafna f’dawn iż-żminijiet jgħin lil min ikun f’diffikulta minħabba l-għargħar.
Fondi tal-Unjoni Ewropea ntużaw biex jiġu ffinanzjati mini taħt l-art biex l-ilma tax-xita fit-toroq jinġabar u jintrema l-baħar. Fondi pubbliċi intużaw biex jinħbew irregolaritajiet li sar mis-settur privat. Mhux biss, imma ntużaw ukoll biex riżors prezzjuż jintrema. Dawn il-fondi setgħu intużaw ferm aħjar kieku intużaw biex l-ilma inġabar u nħażen fl-ibliet u l-irħula tagħna, flok ma ntrema.

Il-parir tiegħi lil Edward Scicluna hu li, flok ma jinħlew iktar fondi pubbliċi, għandu jassigura ruħu li l-Awtoritá tal-Ippjanar u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jwettqu l-obbligi regolatorji tagħhom. Meta jagħmlu dan, parti mdaqqsa mill-problema tal-ilmijiet fit-toroq tagħna tisparixxi.

 

Ippubblikat fuq Illum: 4 ta’ Novembru 2018

Rainwater: the cost of incompetence

In his latest Budget speech, Finance Minister Edward Scicluna informed us that more studies will be carried out to identify flooding risks, simultaneously seeking to maximise the use of rainwater.

Edward Scicluna is aware that, as a result of climate change, storms are more intense than ever. When it rains, it pours, and our infrastructure is not capable of handling the resulting rainwater. To add to the impact of climate change, we also have to deal with the risks created as a direct result of incompetent regulators.

For the past 138 years,legislation in Malta has specifically provided for the construction of water cisterns in buildings, primarily residential ones. The dimensions of these water cisterns varied over time. Originally, they were related to the floor area of the residence but in the recent past, the required volume was reduced to be related to the footprint of the building.

These regulatory provisions are, however, more honoured in the breach, even when reduced. This is not a recent phenomenon. Regulatory control in Malta has been in steep decline since the building boom of the 1960s. I remember, while I was still a student – many moons ago- leafing through a UN expert-financed report penned in the late 1960s which, even then, had measured the significant increase in foul water in our sewers during intense rainfall, clearly indicating that too much rainwater was going to waste notwithstanding the collection obligations. The situation has not improved since!

Instead of being collected in rainwater cisterns, in an ever-increasing number of cases rainwater is discharged directly onto our roads or into the public sewers. Large volumes of rainwater, which can be utilised for various purposes, are being wasted. Its use domestically could substantially reduce water bills.

When rainwater is discharged into our public sewers, not only does the water overflow onto our streets, but it also increases the costs of sewage purification unnecessarily.
The major culprits are a substantial portion of the developers of blocks of flats and maisonettes. The government, both directly, as well as through its agencies, has also (in the recent past) been responsible for the development of housing estates without providing for the collection of rainwater.

In particular, it is common knowledge that in cases where basement or semi-basement garages are constructed, the duty to provide for the collection of rainwater is very rarely complied with. The Planning Authority (PA) is responsible for determining and ensuring the observance of the conditions of development permits which, in most cases, specify the required capacity of a rainwater cistern.

Over the years, the Water Services Corporation (WSC) has taken over responsibility for the management of the public sewers from the former Drainage Department. This responsibility includes authorising the owners of newly- constructed properties to connect the drains with the public sewer. Is the WSC verifying that it is only the drains that are connected and, in particular, that rainwater pipes are not connected to the public sewer too? The obvious answer is provided by our streets on a rainy day. Clearly, no one is bothering to check what is connected to the public sewer.

This leads to the conclusion that, while the culprit for the present state of affairs is the building industry because, more often than not, it does not provide for rainwater storage in new developments, it is not the only one to blame. The authorities and government departments must take a substantial share of the blame for not complying with their regulatory responsibilities. The PA and the WSC could have stopped the abuse, but they did not.

A number of areas are practically out of bounds whenever heavy or continuous rain hits the Maltese islands. This is a source of danger and, in fact, the Civil Protection Department is heavily involved in assisting residents or motorists who are trapped as a result of flooding.

Money made available by the EU has been used to fund a project for the construction of underground tunnels, as a result of which rainwater from our streets and roads is being collected and discharged into the sea. Public funds have been used to cover up private irregularities.

The EU funds utilised in the construction of these tunnels have been used to squander a very precious resource. European taxpayers’ money has also have been flushed down the drain. This could have been put to a much better use had it been applied to address the lack of adequate rainwater harvesting in our towns and villages.

My advice to Edward Scicluna is that before wasting any more public funds he should ensure that the Planning Authority and the Water Services Corporation carry out their regulatory responsibilities. When they do, a considerable part of the problem of the flooding of our streets will disappear.

published in The Malta Independent on Sunday: 4 November 2018

Green gaps in the Budget

The green gaps in the Budget speech cannot be patched up with the millions of euros spread in the pockets of both those in need as well as those who are well off.

Edward Scicluna’s Budget speech last Monday was far too long. Yet in its over 100 pages it missed addressing a number of environmental issues on which different government spokespersons pontificate throughout the rest of the year: confirming that they just pay lip-service to the issues.

The lack of good environmental governance has considerable economic and social impact as is evident to one and all.

While the Budget proposals strengthen the social safety net, it is to be underlined that quality of life is not measured solely in terms of financial metrics. Throwing euros at problems does not lead to any solutions.

The budget speech correctly emphasises the necessity of waste recycling. Unfortunately, the Minister for Finance did not explain how this effort should be integrated into a circular economy, even though the Environment Minister repeatedly boasts of how supposedly the move towards a circular economy is a priority for government. In the entire speech, the circular economy is not mentioned once. Nor does the Economic Survey dwell on the matter or even faintly refer to the matter.

This raises the suspicion that government has lost the plot and does not have any policy ideas on such an important aspect of the economy with its social, economic and environmental effects.

The Budget speech emphasises the energy generation potential from waste incineration which requires large volumes of waste in order to be viable. But the budget speech is silent on how this fits in with the stated commitment to actually reduce the volume of waste.

The government is trying to square the circle; on the one hand it wants to reduce waste but on the other hand it needs more and more waste to make its huge incinerator viable.
The Budget speech also gives the impression that it addresses important aspects which impact the quality of life when in fact offers only half-baked and token solutions.

Among them is the point on water policy. The speech mentions incentives to encourage repairs of existing wells but then it avoids altogether a real and focused effort to address the acute issue of dwellings built without water cisterns, with the consequence that water ends up in the public sewers or flooding our streets.

Developers are let of the hook even when roads are flooded and sewers are overflowing, not to mention the sheer waste of perfectly good water.

The same can be said of the supposed solutions to traffic congestion. The Budget speech refers to the financial incentives available to encourage the use of alternative modes of transport, but here again it ignores the roots of the problem. The government spending of millions of euros for the development of the road infrastructure will only increase traffic congestion, thereby squeezing users of alternative means of transport off the roads.

It is useless to incentivize the purchase of bicycles and pedelecs when there is no investment in adequate infrastructure to ensure that people can commute safely using these important alternative means of transport, which actually help to decrease congestion in our roads.

Over one year ago the Prime Minister had taken a leaf from Alternattiva Demokratika’s electoral manifesto and declared that the government will determine a cut-off date by which new cars will need to be electrically driven or possibly of a hybrid nature.

This declaration had heralded the issue of electrification of transport on our roads addressing two major issues: the quality of air and the contribution of transport emissions to climate change. This, once implemented, would be a substantial contribution to the decarbonisation of the Maltese economy. We are none the wiser on government plans after listening to or reading the budget speech.

Clearly financial parameters are not the only indicators of our quality of life. The green gaps in the budget speech need plugging at the soonest.

published in The Sunday Times of Malta : Sunday 28 October 2018

Tal-Coca Cola jħobbu jdaħħqu

 

Fl-aħbarijiet ta’ TVM qalulna kemm il-Fondazzjoni Coca Cola għandha għal qalba il-priservazzjoni tal-ilma. Tant li daħlet għal proġett ta’ tiswija ta’ ġiebja mdaqqsa fil-Palazz ta’ Sant Anton biex ikun possibli li s-siġar ta’ citru fil-ġonna tal-President jissaqqew bl-ilma tax-xita flok mill-boreholes.

Inizzjattiva tajba u f’waqtha.

Imma forsi issa l-Coca Cola jistgħu jgħidulna meta ser jagħlqu ukoll il-boreholes li jużaw fil-fabbrika tagħhom fil-Marsa?

Għax x’jiswa li xxerred id-dmugħ tal-kukkudrilli għall-boreholes ta’ ħaddieħor u mbagħad inti, mingħajr l-ilma tal-boreholes ma tgħaddix?

Narmu l-ilma tax-xita fil-baħar

Malta storm

 

Nhar il-Ġimgħa l-inżul tax-xita ma waqafx u bosta mit-toroq prinċipali kienu mimlijin ilma. Kien hemm ukoll tappieri tad-drenaġġ f’xi inħawi li kienu qed ifawwru ilma jrejjaħ. Dan kollu mhux l-ewwel darba li ġara. Jiġri kull meta tagħmel xita qawwija jew inkella xita fit-tul.

Dan ġara u jibqa’ jiġri minħabba f’inkompetenza tal-awtoritajiet tul is-snin. Għax, minkejja li ilna iktar minn 135 sena b’liġijiet u policies li jobbligaw li l-ilma tax-xita li jaqa’ fuq il-bjut tar-residenzi tagħna jinġabar f’bir apposta, dan, ħafna drabi, ma jsirx.

Flok ma jinġabar fil-bir, dan l-ilma jispiċċa fit-triq inkella fid-drenaġġ. Għalhekk ikollna ħafna ilma fit-triq kif ukoll tappieri jfawru d-drenaġġ!  Din hi responsabbiltá ta’ min għażel li jagħlaq għajnjeh għall-irregolaritajiet minkejja li kellu l-obbligu li  jara li dawn l-irregolaritajiet ma jseħħux.

Xi snin ilu, f’eserċiżżju ta’ ħela ta’ flus, il-Gvern kien iddeċieda li jinfoq il-miljuni (inkluż ammont sostanzjali mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja) biex iħaffer mini taħt l-art ħalli fihom jinġabar l-ilma tax-xita li imbagħad fil-parti l-kbira tiegħu, jintrema l-baħar. Il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi kien daħal għal din l-ispiża minnflok ma dar fuq is-sidien tar-residenzi (u fejn applikabbli fuq l-iżviluppaturi li bnewhom) biex iħaffru l-bjar nieqsa ħalli b’hekk, l-ilma tax-xita, flok ma jinġabar fit-toroq u fid-drenaġġ li jfur fit-toroq u l-bajjiet tagħna, fil-parti l-kbira tiegħu jibda jinġabar f’dawn il-bjar.

Minflok ma l-ispejjes tħallsu minn dawk li ħolqu l-problema,  tqiegħed piż ieħor fuq l-ispiża pubblika. Minn fondi pubbliċi tħallsu l-ispejjes tal-iżbalji li saru minn min kien responsabbli għall-iżvilupp.

Fost il-kawża ta’ dawn il-problemi, hemm blokki ta’ flats u maisonettes f’kull parti ta’ Malta u Għawdex.

Bħala pajjiż, infaqna l-flus biex irmejna l-ilma l-baħar ħalli mbagħad nerġgħu niġbruh mill-baħar fl-impjanti tar-reverse osmosis. Kien ikun ħafna iktar utli kieku dan l-ilma nġabar fid-djar tagħna kif kienu jagħmlu bi ħsieb missierijietna. Għax in-natura kull sena tipprovdilna biżżejjed ilma għall-parti l-kbira tal-ħtiġijiet tagħna u huwa kollu tort tagħna li din ir-riżorsa prezzjusa qed tinħela.

Ippublikat f’Illum : Il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2016

L-ilma tax-xita: forsi nibdew niġbruh

flooding B'Kara.301113

 

 

Hi aħbar tajba li qed jittieħdu inizjattivi biex inqas ilma jintrema l-baħar. Għadni kif smajt intervista mal-Inġinier Paul Micallef mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li spjega kif iktar tard din is-sena ser ikun konkluż proġett li bħala riżultat tiegħu madwar 7 miljun metru kubu ta’ ilma ser ikun użat għall-agrikuktura u għall-industrija. Qed jingħad li bħala riżultat ta’ investiment sostanzjali l-kwalità tal-ilma prodotta ser tkun aħjar minn dak li presentement qed ikun prodott mill-Impjant ta’ Sant Antnin.

Dan hu tajjeb u ħadd ma jista’ jiddeskrivieh mod ieħor.

Tajjeb imma li nirrealizzaw li ħafna mill-ilma tax-xita qed jinħela għax fil-parti l-kbira tal-propjetà residenzjali li inbniet matul dawn l-aħħar 50 sena ma hemmx bjar. Din hi l-kawża tal-parti l-kbira tal-ilma tax-xita li jinġabar fit-toroq tagħna inkella li jiżbroffa mid-drenaġġ.

 

Toroq mgħarrqa ……… traffiku iġġammjat

 

msida_water. 021015

 

Rġajna għal darba oħra. Maltempata u t-toroq tagħna jegħrqu u t-traffiku jiġġammja.

Ħafna minn dak l-ilma li hemm bħalissa jiġri fit-toroq seta nġabar fi bjar. Imma parti mhux żgħira mill-bini tagħna m’għandux bir.

Min hu responsabbli?

L-ewwel responsabbiltà hi ovvjament ta’ min għamel l-iżvilupp mingħajr ma għamel bir.

Imma mhux waħdu.

Miegħu iridu jerfgħu r-responsabbiltà l-MEPA li ippermettiet l-iżvilupp bla bir.

L-ilma tax-xita, flok fil-bir, la ma hemmx, jintefa’ fit-triq, jew agħar minn hekk fid-drenaġġ.

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ukoll għandha responsabbiltà għal dak li qed jiġri. Dan minħabba li l-Korporazzjoni ma tagħmilx il-verifiki sewwa qabel ma tawtorizza biex residenza tiġi imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ pubbliku. Il-Korporazzjoni għandha l-obbligu li tivverifika li drenaġġ biss ser jintefa fis-sistema tad-drenaġġ. Minn spezzjon sewwa, malajr tista’ tinduna jekk il-katusi tal-ilma tax-xita humwiex imqabbda mad-drenaġġ ukoll.

Kieku l-MEPA u l–Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jagħmlu xogħolhom sewwa, tispiċċa parti mhux żgħir mill-problema tal-ilma tax-xita fit-triq (waħdu jew imħallat bid-drenaġġ).