Nimmansaw is-suq tal-kera

Il-ġimgħa l-oħra 17-il għaqda, prinċipalment attivi fil-qasam soċjali, ippubblikaw dokument importanti intitolat “A Proposal for Rent Regulation in Malta” dwar dak li għandu jsir biex is-suq tal-kera jkun immansat. Dan id-dokument jipproponi li s-suq tal-kera jkun regulat u dan f’kuntest fejn dak kollu li għandu x’jaqsam mal-propjetá f’Malta tħalla jimxi għal riħu għal ħafna snin. Bosta approfittaw ruħhom minn dan u stagħnew inġustament, xi drabi minn fuq il-miżerja ta’ ħaddieħor.

Wasal iż-żmien għal ftit sens ta’ ġustizzja fis-suq tal-kera. Dawk vulnerabbli, bla ebda dubju l-iktar li ntlaqtu mir-rebus li ilu jiżviluppa prinċipalment mill-2008, ilhom jistennew li l-kuxjenza soċjali tal-pajjiż tagħti ftit kaz tas-suq tal-kera.

Il-ħolqien ta’ xibka soċjali, anke fil-qasam tal-kera, huwa prinċipalment responsabbilitá tal-Gvern. Il-Gvern jagħmel dan mhux biss billi jipprovdi oqsma residenzjali affordabbli għal dawk l-iktar vulnerabbli imma fuq kollox billi jiffaċilita l-aċċess għal suq tal-kera mmansat, jiġifieri suq relattivament ħieles imma suq li fl-istess ħin jkun wieħed ġust. Suq immansat hu wieħed li jopera f’parametri ġusti stabiliti mill-liġi: suq raġjonevoli għas-sidien imma ġust ma kull xorta ta’ inkwilin.

Il-mudell propost mill-koalizzjoni ta’ 17-il għaqda huwa bbażat fuq numru ta’ konsiderazzjonijiet bażiċi: id-dritt fundamentali għal post fejn toqgħod, id-distinzjoni ċara bejn id-drittijiet u d-doveri ta’ sid il-kera u l-inkwilin li t-tnejn għandhom dritt għal serħan il-moħħ, li jkun iffaċilitat is-suq tal-kera għall-kirjiet fit-tul, id-dritt tas-sidien li jistabilixxu l-kera inizzjali u l-mod kif din tkun varjata imma dejjem fil-qafas tal-parametri regolatorji intiżi biex jistabilixxu qafas ġust, kif ukoll li jkun iffaċilitat id-dħul fis-suq tal-kera ta’ propjetá presentement vojta għal diversi raġunijiet.

Id-dokument hu qasir ħafna, kull ma fih hu 12-il paġna. Imma hu mimli bi proposti li huma kemm validi kif ukoll li jħarsu fit-tul.

Hu pożittiv li s-Segretarju Parlamentari għad-Djar Roderick Galdes, li presentment qed jagħti l-aħħar irtokki għall- White Paper dwar is-suq tal-kera, meta kien qiegħed jiltaqa’ ma rapprezentanti ta’ dawn is-sbatax-il għaqda indika li, b’mod ġenerali, hu kien f’sintonija mal-għaqdiet fil-ħsieb tagħhom li jinbena mill-ġdid suq tal-kera li jkun jista’ jopera f’limiti ġusti u raġjonevoli.

Roderick Galdes, professjonist dwar l-ippjanar tal-użu tal-art, qiegħed f’posizzjoni unika bħala riżultat tal-esperjenzi inter-dixxiplinari tiegħu, li jassigura li l-politika dwar id-djar tidħol gradwalment fis-seklu wieħed u għoxrin wara li għal madwar tmenin sena kienet miżmuma milli tiżviluppa. Id-dikjarazzjoni tiegħu hi sors ta’ tama għal bosta li wara kollox hu possibli li suq tal-kera immansat jista’ jipprovdi kera ġusta.

Il-proposta fil-qalba tad-dokument tas-sbatax-il għaqda hi dwar il-ħtieġa li l-kirjiet ikunu kollha regolati minn ftehim li jsir bil-miktub. Dan il-ħsieb hu motivat mill-ħtieġa li d-drittijiet u l-obbligi kollha jkunu mfissra b’mod ċar u b’hekk jassigura l-kontroll tal-abbużi kontinwi, kemm mis-sidien kif ukoll mill-inkwilini. Fit-tfassil tal-proposti tagħhom il-koalizzjoni tal-għaqdiet għarblet l-esperjenzi ta’ diversi pajjiżi Ewropej, fejn (ġeneralment) jeżisti suq tal-kera b’saħħtu li hu ukoll wieħed ġust.

Alternattiva Demokratika ilha s-snin tħeġġeg dwar il-ħtieġa ta’ suq tal-kera b’saħħtu għax dan hu kemm ħtieġa soċjali kif ukoll ħtieġa ambjentali. Il-ħtieġijiet soċjali jkunu ndirizzati meta naqbdu t-triq li trid twassalna biex nassiguraw li d-dritt bażiku għal residenza diċenti jkun imnaqqax fil-liġijiet tagħna, kif ukoll applikata fil-prattika. Imma dan iwassal ukoll għal tnaqqis tal-impatti ambjentali tal-industrija tal-kostruzzjoni billi kemm-il darba jkun possibli li l-kera tkun waħda ġusta tonqos konsiderevolment il-pressjoni biex tkun żviluppata iktar art verġni, kif ukoll il-pressjoni fuq iż-żona ta’ konservazzjoni urbana u l-bini protett.

Alternattiva Demokratika taqbel b’mod ġenerali mal-proposta tal-għaqdiet. Sadanittant nistennew il-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar ir-riforma tas-suq tal-kera u bla ebda dubju ser nieħdu sehem fid-dibattitu nazzjonali dwar is-suġġett. Għax wasal iż-żmien li s-suq tal-kera jkun immansat.

 

Ippubblikat fuq Illum : 4 ta’ Marzu 2018

 

Taming the Rental Market

The policy document entitled “A Proposal for Rent Regulation in Malta” published last week, has been endorsed by 17 NGOs that are mostly involved in the field of social action.

It is a proposal for rent regulation in a situation where everything concerned with property in Malta is spiralling out of control and has been in this state for a number of years. In the process, many have made lots of hay while the sun shone, frequently at the expense of vulnerable people.

It is about time that a sense of justice is restored in the rental market, and the sooner the better. The vulnerable – undoubtedly the hardest hit in the post 2008 free-for-all – have been patiently waiting for the country to listen to its social conscience regarding the rental market.

The creation of a social safety-net, even in rental matters, is primarily government’s responsibility. The government fulfils this not only through the direct provision of affordable housing to the most vulnerable, but also by facilitating access to a tamed rental market to the rest – a market which ought to be relatively free but fair at all times. A tamed market operates within reasonable and just limits: reasonable for landlords but also for a wide range of tenants.

The model proposed by the 17 NGO coalition is founded on a number of basic considerations: the fundamental right to a home, a clear demarcation of the rights and duties of landlords and tenants – both of which have the right to peace of mind, enhancing the long-let rental market, recognising the landlord’s right to establish the initial rent and its variation within a fair regulatory framework and incentivising entry into the rental market of property that is currently vacant for a variety of reasons.

The document is short and very brief, being just 12 pages long, yet it is brimming with far-reaching proposals.

It is encouraging that, when meeting representatives of the 17 NGOs, Parliamentary Secretary for Housing, Roderick Galdes – who is currently applying the finishing touches to a long-awaited White Paper on the Rental Market – indicated that he was generally on the same wavelength in seeking to reconstruct a rental market which operates within acceptable and socially fair limits.

Thanks to his inter-disciplinary experiences Galdes, a land-use planner by profession, is in a unique position to ensure that housing policy moves gradually into the 21st century after having been restrained for the past 80 years or so. His declaration is a source of hope to many that affordable housing can co-exist with a tamed rental market.

The central proposal of the NGO’s document is the need to ensure that all leases are drawn up in writing. This proposal is motivated by the need to clearly spell out rights and duties of both landlords and tenants, thereby ensuring that any abuse (by either) is, if possible, nipped in the bud. In their proposals, the coalition of NGOs drew on the experience of a multitude of other European countries where a healthy and (generally) fair rental market has been in existence for years.

For years, the Greens in Malta have been advocating the need of a healthy rental market, as this is both a social and an environmental necessity. Addressing the social necessity will ensure that we embark on the road which will lead to ensuring that the basic human right to having a decent home is entrenched in our laws and, hopefully, meticulously applied. This will also lead to a reduced environmental impact of the part of the construction industry, as the adequate development of a fair rental market will eventually decrease development pressures on virgin land as well as on urban conservation areas and protected buildings.

Alternattiva Demokratika – The Green Party is generally in agreement with the NGO Coalition’s proposal. We look forward to the publication of the White Paper on the reform of the rental market and will definitely be actively participating in the ensuing national debate.

Taming the rental market is a long overdue objective that should be relentlessly pursued.

published in The Malta Independent on Sunday – 4th March 2018