Iktar dellijiet, inqas enerġija mix-xemx

solar rights

Qed jipproponu li lukandi li jeħtieġu iktar spazju jkollhom il-possibilita’ li jibnu żewġ sulari oħra. Nifhem li dawn ser ikunu żewġ sulari iktar milli l-pjan lokali preżentement jippermetti.

L-iskuża hi li bidla bħal din tgħin lit-turiżmu u lill-ekonomija.

Fil-fehma tiegħi bidla bħal din m’hiex meħtieġa. La tgħin lit-turiżmu u l-anqas lill-ekonomija. Toħloq chaos iktar milli hawn bħalissa fil-qasam tal-ippjanar fl-użu tal-art. Għax jekk ir-regoli jinbidlu għal settur wieħed, ġustament ser iqumu setturi oħra u jippretendu trattament ugwali.

Għax għandek tippermetti għoli addizzjonali għat-turiżmu u mhux għoli addizzjonali għall-uffiċini jew għar-residenzi?

Imbagħad hemm argument addizzjonali dwar l-enerġija solari. Il-bini eżistenti madwar dawn il-lukandi ser ikun effettwat ħażin. Ser ikun hemm diversi minn dan il-bini li fih sar investiment f’apparat li jagħmel użu mix-xemx. Dan l-apparat  (pannelli foto-voltaiċi u solar water heaters) li issa ser ikun fid-dell ser ikun investiment moħli.

Tiftakru lill-Labour Party jitkellem fuq solar rights?  Leo Brincat, 5 snin ilu kien qalilna: MLP calls for solar rights as civil rights. M’ilux ħafna li qalulna dan, iżda konvenjentement ġja insew!

Green Icing on half-baked cake

times_of_malta196x703published on 15 November 2008

______________________________________________________________________________________________

by Carmel Cacopardo

 

 

The budget environmental initiatives can best be described as green icing on the cake. However,once you cut through the icing there is not much to be overjoyed with. These initiatives could be considered as a declaration of intent: the good intentions being severely hampered by the government’s lack of action in the past, even the very recent past. As a result it is very difficult for these initiatives to yield positive results at the present time.

A number of initiatives are linked to transport. While the proposal to refund 15.25 per cent of a bicycle’s cost is welcome, it lacks the support of the necessary infrastructure thereby severely diluting its significance and possible impact. There are very few cycle lanes on our roads, and those that exist are frequently obstructed or else end abruptly. Few bicycle racks were installed in our towns and villages, the most notable being the ones in Birkirkara installed by the local council on the initiative of Green local councillor Mario Mallia during his term of office some years ago.

Others exist in Attard, a credit to Attard Green councillor Ralph Cassar. But very few exist elsewhere. AD is insisting through its local councillors in Attard (Ralph Cassar), Sliema (Michael Briguglio) and Ta’ Sannat (John Mizzi) for more initiatives which would make our roads bicycle friendly. It is only thus that the budget bicycle initiative could make any sense. What about some action by ADT?

The new car tax regime (both registration tax and circulation tax) could have been designed in a better manner. The age of a car, for example, is not necessarily conducive to increased environmental impacts.

The actual emissions as resulting from the VRT test would have been a much better point of reference than vehicle age in determining car taxation. This would encourage and reward those who keep their cars in good working order.

The budget also increased the licence fees (circulation tax) to be paid relative to cars currently on the road. When viewed within the context of the practical inexistence of a reliable public transport service, in the short term this is bad policy.

In the long term, however, it could be an adequate policy tool to encourage the reduction of the 295,000 cars currently on the road. In order to function properly eco taxation requires the existence of an alternative to what is being taxed: the alternative in this case being public transport. In the absence of an alternative the end result will be socially regressive: reduced accessibility to those at the lower end of the social ladder. If the real objective of the new car licence rates (circulation tax) is environmental, it would have been much better for all if they were not applicable immediately. Their applicability should be linked to the reform of the public transport system.

Government’s encouragement of photovoltaic panel installation is very limited. It is generous but due to financial constraints it will be limited to around 200 households.

It is also hampered by other issues which have not yet been addressed. Issues of ownership of airspace have to be examined and new concepts as to its use have to be developed. Likewise from a land use planning point of view any future increase of permissible building heights has to be balanced against the right of access to solar energy.

The direct subsidy of photovoltaic panel purchase is not the only way to encourage installation. The government should explore schemes through which the purchase price is paid through the electrical energy generated. An initiative such as this would render solar energy accessible to those who do not have the required capital outlay readily available.

The eco tax applicable to incandescent light bulbs and the increase in eco tax payable on plastic bags were long overdue. However, the government must explain how it will tackle its major loophole in this respect. It is a known fact, at times documented in the media, that the manner in which eco taxes are being evaded is through overland supplies from neighbouring Sicily. It is eco tax versus the free movement of goods. Will checks be introduced at the border to control blatant and obvious tax evasion?

It is also amusing to note that the government is a late convert to the applicability of eco taxation in the tourism sector. The rate to be applied as from 2010 is insignificant but at last this green principle, which was under attack on the eve of the 2004 European Parliament elections, has now been accepted. Tourism has to date been excluded from the applicability of the polluter pays principle. Hopefully it will slowly come in line. Next to follow should be MTA encouragement of eco and agro tourism. These are forms of tourism with substantially lower environmental impacts than conventional tourism.

The green icing may be fine, but if the cake is half-baked what’s the use?

Serq bid-dawl tax-Xemx

 

 

Il-ħabib tiegħi Henrik Piski uffiċjal ta’ Alternattiva Demokratika, fuq il-blog tiegħu illum jikteb dwar il-pannelli fotovoltajċi użati biex jiġġeneraw l-elettriku f’kontribuzzjoni intitolata Local rip off  .

 

Jispjega kif meta tħajjar jistalla dawn l-imberkin pannelli fid-dar tiegħu hawn Malta minħabba ż-żieda fil-prezz tal-elettriku sab li l-4 importaturi lokali kellhom bejn wieħed u ieħor prezzijiet identiċi kif ġej :

* għall-ġenerazzjoni ta’ 1 kw/hr  : €8000, li minnu jitnaqqas ir-rebate tal-Gvern (€1160)

* għall-ġenerazzjoni ta’ 1.5 kw/hr  : €12000, li minnu jitnaqqas ir-rebate tal-Gvern (€1740)

* għall-ġenerazzjoni ta’ 2 kw/hr : €14000, li minnu jitnaqqas ir-rebate tal-Gvern (€1740).

 

 

Ma dawn l-ispejjes ikunu jridu jiżdiedu xi ħlasijiet oħrajn dwar travi meħtieġa biex fuqhom jistrieħu l-pannelli.

Apparti dan aqraw ukoll fil-blog ta’ Piski dwar il-kundizzjonijiet imposti mill-importaturi dwar depożitu esaġerat (50%), l-ebda rabta dwar meta l-pannelli jitwaħħlu kif ukoll l-ebda rabta dwar il-prezz. Jekk ikun hemm żieda minn barra, dan ikun piż addizzjonali għall-konsumatur.

Piski jgħid li b’dawn il-kundizzjonijiet ma ftiehemx iżda fittex li jinqeda direttament minn barra, mill-Ġermanja. Kien sorpriż li ngħata offerat bi prezzijiet ferm irħas kif ġej :

* għall-ġenerazzjoni ta’ 1 kw/hr  : €4500, li minnu jitnaqqas ir-rebate tal-Gvern (€1160)

* għall-ġenerazzjoni ta’ 1.5 kw/hr  : €6500, li minnu jitnaqqas ir-rebate tal-Gvern (€1740)

* għall-ġenerazzjoni ta’ 2 kw/hr : €9000, li minnu jitnaqqas ir-rebate tal-Gvern (€1740).

 

 

Ma dan iridu jiżdiedu spejjes ta’ trasport kif ukoll (Piski ma jgħid xejn dwar dan) spejjes tal-istallazzjoni li fil-każ tal-aġenti Maltin huwa inkluż fil-prezz.

Id-differenza fil-prezzijiet hi esaġerata u fl-opinjoni tiegħi m’hiex ġustifikata.

Bi prezzijiet raġjonevoli ikun hawn iktar li jitħajru jistallaw il-pannelli fotovoltaċi.

Lil Piski ser nissuġġerilu li jmur għand l-awtoritajiet li xogħolhom hu li jipproteġu lill-konsumatur biex jistaqsihom x’inhuma jagħmlu. Jekk raqdux huma ukoll.

U bilħaqq. L-awtorita dwar ir-Riżorsi ma ndunatx b’dan?

Mhux qiegħed ngħid li għandu jkun hemm xi forma ta’ kontroll tal-prezzijiet imma hemm ħafna affarijiet oħra li jistgħu jsiru. Fosthom li biex tingħata l-għajnuna tal-Gvern irid ikun hemm prezzijiet raġjonevoli. Għax inkella ser nibqgħu li kull meta l-Gvern jagħti l-għajnuna flok ma jgawdiha l-konsumatur jispiċċa jitħaxxen il-but tan-negozjant.

In-negozjant għandu dritt jagħmel il-qliegħ tiegħu. Imma dan li qed nitkellmu dwaru mhux qliegħ, iżda kif jgħid Piski “Rip-off”. Jiġifieri serq bid-dawl tax-xemx !

Inħarsu l-Ambjent : għax hekk tajjeb u għax jaqblilna !

 

 

 

Il-messaġġ kontinwu li qed twassal AD f’dawn il-jiem huwa li l-ħarsien tal-ambjent hu stument biex intejbu l-kwalita’ tal-ħajja tagħna lkoll.

 

Li nifhmu illi huwa meħtieġ illi ma naħlux elettriku u ilma huwa biss wieħed mill-issues. Nisħqu fuq illum iktar mill-bieraħ għax is-suġġett huwa attwali minħabba fiż-żieda fil-prezzijiet kif ukoll minħabba fiż-żieda fis-surcharge.

 

L-AD qed tinsisti li min ma jaħlix ikun ippremjat u min jaħli għandu jħallas sakemm jirrealizza li jaqbillu hu ukoll li juża r-risorsi bil-galbu.

 

Kif nistgħu ma naħlux ?

 

L-ewwel nistennew li jagħti eżempju l-Gvern. Għidna f’waħda mill-istqarrijiet tal-AD illi ma jistax ikun li l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ wara li jkunu ppurifikaw l-ilma jarmu kollox il-baħar. Dan x’sens fih ? Veru li l-ilma ma jkunx għadu tajjeb. Imma veru ukoll li bi ftit investiment ieħor (ħdejn il-miljuni ġja investiti) jkun tajjeb ta’ l-inqas bħala ilma għat-tisqija. Il-Gvern fi ftit kliem qed jagħti eżempju ħażin.

 

It-tieni nistennew li min jimxi sewwa u juża r-risorsi bil-galbu jkun ippremjat mis-sistema.  Għalhekk qed nipproponu li min ikollu konsum baxx kemm tal-elettriku kif ukoll tal-ilma ikollu rati tas-surcharge (inkella t-tariffi meta dawn jinbidlu f’Ottubru li ġej) li jvarjaw skond l-użu. Min juża ftit ikollu rati baxxi ta’ surcharge u min juża ħafna jkollu rati għoljin. Mhux biss għar-residenzi iżda ukoll għall-użu kummerċjali.

 

Biex dan isir hemm bżonn li jkunu stabiliti benchmarks raġjonevoli permezz ta’ audits dwar l-użu tal-ilma u l-elettriku.

 

Hemm bżonn li min jiġġenera l-elettriku huwa permezz tal-pannelli fotovoltajci jew mtieħen żgħar tar-riħ jitħallas b’rata iktar għolja mill-Enemalta. Hekk jiġri f’pajjiżi oħra biex jinkuraġixxu lil min jagħti sehmu.

 

Hemm bżonn li min juża l-ilma tax-xita ikun eżentat mis-surcharge. Tafu għaliex ? Għax lill-pajjiż jiffrankalu :

1.      il-ħtieġa tal-produzzjoni ta’ l-ilma, inkluż l-elettriku li jintuża fl-impjanti tar-Reverse Osmosis,

2.      inaqqas l-ilma tax-xita mit-triq jew mid-drenaġġ, għax dan ikun qiegħed jinġabar fil-bir,

3.      jiffranka kwantita’ ta’ ilma li għalxejn jispiċċa fl-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ, u allura l-elettriku meħtieġ biex dan jissaffa.

 

Jekk iktar nies jaħżnu l-ilma tax-xita fil-bir u jużawħ flok l-ilma li tipprovdi l-Korporazzjoni għas-Serviżżi tal-Ilma l-effett ikun enormi : għall-pajjiż u għall-but tiegħek. Il-pajjiż jiffranka l-miljuni u inti tiffranka l-mijiet.

 

 

Inħarsu l-ambjent ifisser kwalita’ tal-ħajja aħjar. Bil-flus iffrankati minn użu bil-għaqal tar-riżorsi jistgħu jsiru affarijiet oħra li bħalissa m’għandniex mezzi biżżejjed għalihom.