Ftit ħsibijiet wara t-traġedja f’Ġenova

Wara l-kollass tal-pont f’Ġenova hemm numru ta’ lezzjonijiet, anke għalina, mijiet ta’ kilometri ‘l bogħod mill-pont Morandi.

Minkejja li l-investigazzjonijiet uffiċjali dwar l-għaliex seħħ dan il-kollass tal-pont għadhom bil-kemm bdew, il-media Taljana diġá qed tiddiskuti dak li ġara fid-dettall. Il-pontijiet kollha fl-Italja qegħdin taħt il-lenti, b’mod partikolari dawk li hu magħruf li m’humiex f’kundizzjoni tajba u li allura jistgħu, f’qasir żmien jikkollassaw huma ukoll. Dan jassumi sinifikat ikbar meta wieħed iqis li f’dawn l-aħħar ħames snin, fl-Italja, diġa ikkollassaw seba’ pontijiet oħra, u qiesu ma ġara xejn!

Bla dubju, fost il-lezzjonijiet ewlenin, jeħtieġ nifhmu l-ħtieġa li nieħdu ħsieb u nikkuraw b’mod adegwat il-proġetti pubbliċi. Għax anke f’Malta, wara li l-proġetti pubbliċi jkunu saru, ħafna drabi ftit nagħtu kas tagħhom. Ħarsa ftit lejn il-flyover li tifforma parti mill-bypass tal-Marsa/Ħal-Qormi kif inhi illum, tkun biżżejjed, avolja kif ħabbret Infrastruttura Malta nhar il-Ġimgħa ma hemm l-ebda ħsara strutturali. Huwa biss issa li tħabbar li ser jibda programm ta’ manutenzjoni, issa li n-nies, wara l-istraġi ta’ Ġenova, bdiet tistaqsi l-mistoqsijiet. Forsi, min jaf, mil-lum il-quddiem jibda jkollna skeda regolari ta’ manutenzjoni tal-proġetti pubbliċi kollha. Forsi xi darba l-mini ta’ Santa Venera ma jibqgħux iqattru.

Hemm ukoll x’jingħad dwar il-governanza tajba fil-proġetti pubbliċi.

Deċiżjoni riċenti tal-bord li jirrevedi l-kuntratti pubblici (Public Contracts Review Board) hi ta’ tħassib kbir. L-għoti tal-kuntratt għall-bini u t-tkomplija taċ-Ċentru tas-Saħħa f’Raħal Ġdid ġie mwaqqaf wara li Public Contracts Review Board esprima dubji serji fuq kif tmexxew il-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-offerti. Fil-fatt ġie identifikat li żewġ professjonisti (inġinier u Perit) kienu konsulenti kemm tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi tal-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll ta’ tnejn minn dawk li tefgħu l-offerti. Fil-fehma tiegħi huwa diffiċli ferm biex nifhem kif ħadd mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ma nduna b’dan il-konflitt ta’ interess. Kont nistenna xi ħaġa aħjar mill-Fondazzjoni, għax jidher li ftit li xejn qed jagħtu importanza lill-ħtieġa ta’ governanza tajba fil-ħidma tal-fondazzjoni.

Issa li l-Public Contracts Review Board ħa deċiżjoni nistenna li l-korpi professjonali li jirregolaw l-inginiera u l-periti jeżaminaw sewwa l-kaz biex jaraw x’passi għandhom jieħdu f’dak li hu ksur ta’ etika professjonali bażika.

Il-kontroll adegwat tal-materjali li jintużaw fuq is-sit ta’ kostruzzjoni hi materja oħra ta’ importanza fundamentali. Din mill-ewwel tfakkarni fl-investigazzjoni li saret dwar il-kwalitá tal-konkos użat fl-isptar Mater Dei. Anke hawn kienet responsabbli l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Dwar dan ma kienx hemm biss l-inkjesta li saret taħt it-tmexxija tal-Imħallef irtirat Philip Sciberras imma ukoll rapport tal-Awditur Ġenerali fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi. Dan ir-rapport kien konkluż u ippubblikat f’Mejju li għadda.

Niftakru li l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu kien emfasizza li rriżultalu li kien hemm nuqqas kbir ta’ dokumentazzjoni dwar kull stadju tal-proġett (significant lack of documentation with respect to all stages of the project). Dan wassal lill-istess Awditur Ġenerali biex jikkonkludi li “l-inkapaċita tal-Fondazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni bażika dwar proġett ta’ dan il-kobor ifisser falliment istituzzjonali u negliġenza grassa fl-amministrazzjoni ta’ fondi pubbliċi” (the Foundation’s inability to provide basic information relating to a project of this magnitude represents an institutional failure and gross negligence in the administration of public funds).

Min-naħa l-oħra, anke l-inkjesta immexxija mill-Imħallef irtirat Philip Sciberras identifikat nuqqasijiet kbar li dwarhom irrakkomandat li jittieħdu passi.

In partikolari qed nara quddiemi l-konklużjoni numru 5 tar-rapport Sciberras li tgħid li “in-nuqqasijiet gravi li nkixfu bir-rapporti tekniċi tal-lum jindikaw li l-konkos dgħajjef li nstab f’kull parti tas-sit hu riżultat intenzjonat ta’ azzjonijiet bi skop ta’ frodi. Il-Bord ifforma l-impressjoni ċara li l-ġrajjet li wasslu għal dan ma kienux riżultat ta’ koinċidenza, lanqas ma kienu providenzjali, imma warajhom kien hemm id moħbija li tagħti direzzjoni.” (the widespread failings uncovered by the present day technical reports indicate that the pervasive weak concrete found in the site is a result of intended fraudulent actions. Moreover the Board is left with a distinct impression that events as they transpired were not the fruit of coincidence or providence but seem to indicate an element of concertation and direction.)

Ma tantx jidher li sar wisq dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet. X’qed nistennew? Li jaqa’ x’imkien?

Hemm tagħlim waħda bażika minn Ġenova: in-nuqqas ta’ governanza tajba tista’ twassal ukoll għall-imwiet.

Ippubblikat f’Illum : 19 t’Awwissu 2018

Lessons from the Genova bridge collapse

The collapse of the Morandi bridge in Genova should lead to a number of lessons which have an application hundreds of kilometres away from Genova.

Notwithstanding the fact that the official investigations into the bridge collapse have barely commenced, the media in Italy is discussing the possible causes of the collapse and whether there are any other bridges on the Italian mainland that may shortly have a similar fate. The fact that there have been some seven other bridge collapses in Italy during the past five years adds more fuel to this debate.

Among the many lessons to be learnt is the need to ensure adequate maintenance of public structures at all times. How does Malta score? Not very well, I would say. Have a look at the bridge forming part of the Marsa/Qormi flyover. It does not send out a good message even if, as stated by Infrastructure Malta on Friday, the flyover is structurally safe. The authorities in Malta have only announced the commencement of a maintenance programme for this bridge when questions began being asked as a result of the Genova tragedy.

Hopefully we will henceforth have regular maintenance schedules of all public structures and,  maybe, someday the dripping Santa Venera tunnels will be seen to permanently!

What about good governance in tenders for public projects? A recent decision by the Public Contracts Review Board is cause for concern. The award of the contract for the building and finishing of a health centre in Paola was halted by this Board after serious doubts regarding the evaluation procedure were raised. In fact, two professionals (an engineer and an architect) were identified as being simultaneously advisors of the Health Ministry’s Foundation for Medical Services as well as two of the three tenderers. It is, in my opinion, very difficult to understand how nobody at the Foundation for Medical Services was aware of this glaring conflict of interest. Good governance is apparently not the Foundation’s strong point.

Now that the Public Contracts Review Board has decided the case, I would expect that the professional bodies regulating the professionals involved take appropriate action on what is clearly a very serious breach of professional ethics.

Adequate quality control of materials used on site is another fundamental issue. The investigations regarding the quality of concrete used in the construction of the Mater Dei Hospital project comes to mind. The Foundation for Medical Services was also responsible for this project.

This issue has been dealt with not only by an inquiry led by retired judge Philip Sciberras but also by a report drawn up by the Auditor General at the request of the Finance Minister, which was concluded and published last May.

We may remember that, in the Auditor General’s report, it was emphasised that he found a “significant lack of documentation with respect to all stages of the project”. This led the Auditor General to conclude that “the Foundation’s inability to provide basic information relating to a project of this magnitude represents an institutional failure and gross negligence in the administration of public funds”.

On the other hand, the inquiry led by retired judge Philip Sciberras also identified various deficiencies in respect of which it recommended that action be taken.

I point in particular to conclusion No. 5 of the Sciberras report which states that : “the widespread failings uncovered by the present day technical reports indicates that the pervasive weak concrete found in the site is a result of intended fraudulent actions. Moreover, the Board is left with a distinct impression that events as they transpired were not the fruit of coincidence or providence but seem to indicate an element of concertation and direction.”

Apparently, not much has been done to date regarding the  implementation of the recommendations of these reports. Shall we wait for our own bridge collapse before action?

There is one basic lesson to be learnt from the Genova tragedy: a lack of good governance is a potential killer.

Published in The Malta Independent on Sunday : 19 August 2018

Il-każini tal-banda: liġi għall-allat u oħra għall-annimali

 

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, fil-Gazzetta tal-Gvern, ġie ppubblikat abbozz ta’ liġi li f’parti minnu jitkellem dwar il-każini tal-banda.

Wara li xahar ilu, f’April li għadda, l-Qorti, f’appell deċiż mill-Imħallef Anthony Ellul, iddeċidiet kawża kontra l-każin tal-banda De Paule tar-Raħal Ġdid, il-Gvern permezz tal-Ministru Owen Bonnici kien wiegħed li ser iħares lejn kif jista’ jemenda l-liġi biex iżid il-protezzjoni lill-każini tal-banda. Għalkemm kien tħabbar dakinnhar li l-Opposizzjoni kienet kkonsultata, s’issa mhux magħruf jekk hemmx qbil bejn Gvern u Opposizzjoni dwar l-abbozz ippubblikat.

Il-Qorti kienet iddeċidiet li fil-Każin tal-Banda de Paule kienu saru alterazzjonijiet bla awtorizzazzjoni u għaldaqstant skond ma jipprovdi l-kuntratt tal-kirja ordnat li l-każin jingħata lura lis-sidien u dan għax inkisru l-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt.

Bl-emendi proposti ser ikun possibli li dan ma jsirx. L-emendi proposti għal-Kodiċi Ċivili jipproponu li (fil-każ tal-każini tal-banda) l-kirja tista’ tibqa’ fis-seħħ jekk fost oħrajn il-kera tiżdied b’għaxar darbiet kif ukoll li tingħata garanzija li l-binja tkun tista’ tiġi restawrata għall-istat oriġinali qabel ma saru l-alterazzjonijiet mhux awtorizzati.

Bla dubju l-emendi huma motivati mill-ħsieb nobbli li tingħata difiża lill-funzjoni soċjali u importanti tal-każini tal-banda fil-komunitá.

Imma hemm problema kbira. Il-Gvern għal darba oħra qed jagħti l-messaġġ li hemm min hu l-fuq mil-liġi. Jiena u inti jekk niksru l-liġi nħallsu l-konsegwenzi. Imma għat-tieni darba għandna min qiegħed jitqiegħed il-fuq mil-liġi.

Ftit ġimgħat ilu kellna lil tal-kmamar tan-nar li wara tletin sena jiksru l-liġi kellhom sentenza kontra tagħhom u l-Gvern bidel il-liġi li tirregola d-distanzi li jridu jinżammu mill-kmamar tan-nar, biex il-bdiewa u l-komunitá rurali taż-Żebbiegħ baqgħu jsaffru l-Aida.

Issa għandna lill-każini tal-banda.

Ir-rispett lejn is-saltna tad-dritt (r-rule of law jiġifieri) tfisser ukoll r-rispett lejn is-sentenzi tal-Qrati tagħna. Tfisser ukoll li l-Gvern ma jagħtix messaġġ li f’ċerti ċirkustanzi ma jkun hemm l-ebda diffikulta li xi ħadd, hu min hu, jitqiegħed il-fuq mil-liġi.

Lil hinn mill-importanza soċjali tal-każini tal-banda il-liġi proposta hi liġi ħażina għax timmina s-saltna tad-dritt.

Hemm modi oħra kif jistgħu jkunu mgħejjuna l-każini tal-banda mingħajr ma tkun imminata s-saltna tad-dritt.

Imma mid-dehra l-Gvern mhux interessat: għax issa drajna li f’dan il-pajjiż għandna liġi għall-allat u oħra għall-annimali, kif kien ibbottja Varist Bartolo!

Fir-Raħal Ġdid : il-kwalità tal-ħajja tar-residenti

Marsa Shipbuilding site

Tħabbar dak li ilu ftit magħruf ( 1 u 2). Ċjoe li s-sit tal-Marsa Shipbuilding ser ikun żviluppat f’ċentru għas-servizzi lill-oil rigs li qed jirreferu għalih bħala l-Mediterranean Maritime Hub.

Qed jingħad li dan ser ifisser investiment ta’ €55 miljun u li ser joħloq 150 impieg ta’ kwalità fil-qasam tal-industrija taż-żejt u tal-gass.

Ħadd ma hu ser jargumenta kontra l-ħolqien tal-ġid, imma tajjeb li anke f’dan l-istadju nemfasizza li s-sit magħżul hu viċin ħafna ta’ żona residenzjali – il-parti t’isfel tar-Raħal Ġdid. L-impatt fuq ir-residenti għandu jkun indirizzat minn issa meta d-dettalji tal-proġett għadhom fl-istadju ta’ ippjanar.

Dan ser jinkludi  prinċipalment storbju u tniġġiż tal-arja imma ukoll dwar kif ser ikun immaniġjat l-iskart tossiku li bla dubju ser joriġina mix-xogħolijiet ippjanati.

Għax il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tar-Raħal Ġdid hi importanti daqs il-ħolqien tal-impiegi. Għandna diġa esperjenza qarsa fl-Isla u Birżebbuġa. Nittama li minn din l-esperjenza tgħallimna bħala pajjiż biex l-affarijiet isiru aħjar.

Il-Kunsilli Lokali : qed nagħtu kas tagħhom ?

 

Nhar is-Sibt kien ta’pjaċir għalija li nindirizza l-laqgha plenarja tal-Kunsilliera Lokali li tkun organizzata kull sena mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Din is-sena din il-laqgħa saret fil-Lukanda Corinthia ġewwa Ħ’Attard.

Osservajt illi fid-dokument konsultattiv tal-Istrateġija Nazzjonali dwar l-adattament għall-Impatti tal-Klima l-Kunsilli Lokali la jissemmew u l-anqas jidher li hemm rwol maħsub għalihom.

Meta nqiesu illi uħud mill-impatti tal-klima jolqtu direttament lill-lokalitajiet dan jistona. Ġibt l-eżempju tal-kapaċita tal-infrastruttura tat-toroq tagħna li tilqa’ għal bidla fl-intensita’ u l-frekwenza tax-xita.  Xi ħaġa li naraw b’għajnejna ta’ spiss, kull meta jkollna maltempata mhux tas-soltu kif kellna reċentement.

Għad hawn awtoritajiet u kummissjonijiet maħtura mill-Gvern li m’humiex konxji biżżejjed tar-rwol importanti li għandhom il-Kunsilli Lokali. Din il-Kummissjoni dwar il-Klima hi waħda minnhom.

F’Birżebbuġa per eżempju kellu jkun l-intervent tas-Segretarju Parlmentari Chris Said biex il-MEPA tieqaf min-negozjati  li kienet għaddejja mal-Port Ħieles dwar il-kundizzjonijiet ta’ permess ambjentali. Dan sar minħabba li dawn in-negozjati kienu għaddejjin mingħajr l-involviment tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa. Issa li l-Kunsill ġie involut in-negozjati bdew mill-ġdid u qed jiġu ndirizzati issues li qabel mhux neċessarjament li kienu qed jitqiesu bl-istess profondita’.

Hemm iżda eżempji oħra li jixhdu illi mhux il-Kunsilli Lokali kollha huma impenjati bl-istess mod.

Meta l–MEPA ħarget il-permess għall-inċineratur tal-biċċerija il-Kunsilli Lokali tal-Marsa u r-Raħal Ġdid ġew mogħtija id-dritt li a spejjes tal-Wasteserve jistabilixxu sistema alternattva għall-monitoraġġ tal-arja fl-inħawi, kif ukoll d-dritt l jqabbdu espert li jgħinhom biex jifhmu l-informazzjoni li tkun ippubblikata dwar l-emissjonijiet. Il-parti relevanti tal-permess fil-fatt tgħid hekk :

”   1.3.2     Public access to emission data (most recent half hour average values and daily average values plus results from the most recent discontinuous measurements) shall be enabled via Internet.

1.3.3     The Marsa and Paola Local Councils may, jointly and in agreement with MEPA, establish an independent ambient air monitoring system covering particulate matter, nitrogen oxides and sulphur oxides, as well as any other parameters that may be agreed with MEPA, at the expense of the permit holder.

1.3.4     The Marsa and Paola Local Councils may, in agreement with MEPA, jointly appoint an independent expert to assist in the interpretation of the emission data made publicly available pursuant to condition 1.3.2.”

Huwa ċar mill-kritika li ssir għall-operazzjoni ta’ dan l-inċineratur illi dawn iż-żewġ Kunsilli Lokali għadhom m’humiex konxji minn dan id-dritt li għandhom u s’issa jidher li m’għamlux użu minnu.

Jidher illi hemm bżonn illi l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tgħin lil dawn il-Kunsilli Lokali u oħrajn bħalhom biex jiżviluppaw il-kapaċita tagħhom biex ikunu jistgħu jkunu ta’ servizz aħjar.