L-ekoterapja: in-natura tista’ tfejjaq

Il-bniedem hu parti integrali mill-eko-sistema. Li jkun f’kuntatt dirett mad-dinja naturali hi parti intrinsika mill-imġieba normali tiegħu. Hu għaldaqstant meħtieġ li nagħtu iktar attenzjoni lil kuntatti tagħna man-natura u dan, fost affarijiet oħra, biex nieħdu ħsieb saħħitna stess.

In-natura hi bosta drabi nieqsa minn ħajjitna. Richard Louv, awtur u ġurnalista Amerikan, fil-ktieb tiegħu The Last Child in the Woods jitkellem dwar diżordni kkawżat min-nuqqas ta’ kuntatt man-natura (Nature-Deficit Disorder) li fil-fehma tiegħu iwassal għal problema fl-imġieba ta’ tfal li tilfu jew qatt ma żviluppaw il-kuntatt tagħhom man-natura. Sfortunatament, mhux biss it-tfal qegħdin f’din is-sitwazzjoni. Hemm riskju kbir li aħna lkoll xi ftit jew wisq inkunu effettwati.

Riċentement bosta qed jitkellmu dwar l-importanza li niżviluppaw ġonna fuq il-bjut tagħna b’mod li noħolqu spazji żgħar naturali fiż-żoni urbani. Din hi idea tajba u tagħmel il-ġid, imma għandu jkun ċar li mhiex sostitut għal kuntatt dirett u reali man-natura.

Xi kultant din il-ħeġġa għal ġonna fuq il-bjut hi mod kif uħud jaħsbu li jistgħu jissodisfaw it-tniggiż tal-kuxjenza li żviluppat fil-konfront tal-ħerba fl-ambjent naturali u li qed tkompli tiżviluppa madwarna ħtija ta’ l-hekk imsejjaħ żvilupp bla rażan. Hi ukoll reazzjoni ta’ dawk li qed iħossu l-effett ta’ nuqqas ta’ kuntatt dirett mad-dinja naturali fuq tul ta’ żmien.

Il-kuntatt kontinwu tagħna man-natura hi ta’ għajnuna kbira biex inħarsu saħħitna. Dan ifisser ukoll li min hu marid, b’mod partikolari jekk soġġett għal mard mentali, jista’ jkun mgħejjun jikseb saħħtu lura permezz ta’ kuntatt dirett man-natura: f’numru ta’ każi jista’ jikseb fejqan b’mod naturali. Din hi l-ekoterapija.

Birdlife Malta u l-Fondazzjoni Richmond, flimkien, daħlu f’dan il-qasam madwar sentejn ilu. B’għotja ta’ €17,000 mingħand il-Malta Social Impact Awards fasslu programm ta’ ekoterapija li sejħulu Blooming Minds, intenzjonat biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni bi problema ta’ saħħa mentali. Żviluppaw programm impenjattiv li kien imsejjes fuq taħriġ fl-apert b’mod li jkun hemm użu tan-natura bħala għodda terrapewtika, kif ukoll bl-apprezzament tal-istess natura u tal-ġonna. Il-professjonisti inkarigati mill-programm identifikaw li dan wassal biex assista lil dawk li ipparteċipaw fi żvilupp ta’ fiduċja ikbar fihom infushom kif ukoll sensazzjoni ta’ kalma meta jkunu fil-kumpanija ta’ natura li ssaħħrek.

Waħda mill-professjonisti nkarigati mill-programm ikkummentat li dawk li ipparteċipaw fis-sessjonijiet ta’ ekoterapija ħadu pjaċir bil-parteċipazzjoni tagħhom. Irrilassaw permezz ta’ dan il-kuntatt tagħhom man-natura. L-ambjent naturali irnexxielu jħalli impatt pożittiv fuqhom.

Imma l-fondi spiċċaw u dan il-programm ta’ ekoterapija waqaf, għalissa.

Qabel din l-inizjattiva ta’ Birdlife u l-Fondazzjoni Richmond kien hemm inizjattivi simili kemm mill-għaqda ambjentali Friends of the Earth Malta f’Villa Chelsea kif ukoll minn oħrajn.

L-ekoterapija hi ta’ benefiċċju għal kulħadd imma l-iktar għal dawk bi problema ta’ mard mentali inkella li qegħdin f’riskju ta’ dan il-mard. L-ekoterapija toffri attenzjoni personalizzata, m’għandhiex impatti negattivi u tgħin lil dawk li jirċievuha jrabbu iktar fiduċja fihom infushom.

Mhux biss it-tfal jeħtieġu li jkunu mħarsa milli jiżviluppaw sintomi kkawżati min-nuqqas ta’ kuntatt man-natura. Ilkoll kemm aħna qed inqattgħu iktar ħin ġewwa! Għandna l-ħtieġa li nistabilixxu mill-ġdid il-kuntatti tagħna mal-egħruq tagħna: egħruq tagħna fin-natura, u mhux fuq il-bejt.

L-ekoterapija hi għodda li tagħtina n-natura biex nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna. In-natura tagħtina s-soluzzjonijiet għall-benefiċċju tagħna.

Il-Birdlife u l-Fondazzjoni Richmond ħadu inizjattiva tajba u li tagħmel il-ġid. Imma sfortunatament din l-inizjattiva waqfgħet għax spiċċaw il-fondi. Hu fl-interess ta’ kulħadd li nassiguraw li din l-inizjattiva terġa’ tibda mill-ġdid malajr kemm jista’ jkun u li din ma tibqax temporanja iżda issir inizjattiva permanenti. Dan ikun għall-benefiċċju ta’ kulħadd.

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 17 ta’ Mejju 2020

Ecotherapy: nature can cure

Human beings are part of the eco-system. Being in direct contact with the natural world is an integral part of our normal basic behaviour. We need to pay more attention to our natural ties in order to maintain and reinvigorate our health.

Nature is many times absent in our daily lives. Richard Louv, an American journalist and author, in his publication The Last Child in the Woods coined the term Nature-Deficit Disorder through which he points at the consequences of alienating children from the natural world causing a wide range of behavioural problems. Unfortunately, it is not only children that are developing a Nature-Deficit Disorder. There is a serious risk that this can, and most probably is, infecting most of us.

Recently there is much talk going on relative to the importance of roof gardens, transforming our roofs into small gardens as a result creating small natural spots within our urban areas. This is an idea worth pursuing, but it is no substitute for the real thing: an interaction with an unspoilt countryside.

At times the clamouring for roof gardens is more the result of pangs of conscience seeking to somehow make good for the large-scale havoc on the natural environment resulting from unbridled development. It is also a call of those who feel the impact of being deprived of contacts with nature over a long time.

Our continuous contact with nature in its authentic unspoilt form helps us stay healthy. Conversely nature can help those of us who are sick, in particular the mentally sick, to regain their health, in a natural way. This is ecotherapy, a developing area of practice and study.

Birdlife Malta and the Richmond Foundation have together ventured into this area some two years ago. With a grant of €17,000 from the Malta Social Impact Awards they designed an ecotherapy programme called Blooming Minds aimed at improving the lives of persons with mental health problems. They developed an engaging and inclusive programme of outdoor sessions making use of nature as a therapeutic tool through nature art, gardening and a general appreciation of nature. This, as evidenced by the professionals guiding the programme, assisted confidence building, and the enjoyment of the calming effect of being in green spaces in the exclusive company of nature.

One of the programme managers commented thus: “Our clients have thoroughly enjoyed the ecotherapy sessions they have attended so far. They were relaxing and a really efficient way for them to get in touch with nature and wind down at the same time. It is clear that they were impacted by the environment in a positive way.”

The funds dried up and this particular ecotherapy programme was discontinued, for the time being.

Prior to this initiative by Birdlife and Richmond Foundation similar initiatives were taken by Friends of the Earth Malta at Villa Chelsea as well as by other environmental NGOs.

Ecotherapy is beneficial for everyone – but especially for those with a mental health problem or those at risk of developing one, offering focus and care that is person-centred, non-intrusive and empowering.

It is not only children that need to be saved from a nature-deficit disorder. All of us are spending less time outdoors. We need to re-establish contact with our roots, in the countryside not on our roofs!

Ecotherapy is a green tool to improve mental health. Nature offers solutions which we should tap and use for our benefit.

NGOs Birdlife and Richmond Foundation have taken a worthwhile initiative and have shown us the way forward. Due to a lack of funds this initiative is unfortunately not active anymore. It is in everyone’s interest to ensure that this initiative is reactivated the soonest and to lay the foundations to transform it into a permanent activity. Everyone stands to gain.

published in the Malta Independent on Sunday : 17 May 2020