Nitgħallmu min-natura

Aħna familjari ma kif taħdem l-ekonomija linejari. Nagħmlu użu mir-riżorsi li nsibu madwarna u wara li ma jkollniex iktar bżonnhom narmuhom.  

In-natura taħdem ferm differenti minn hekk u minn għandha nistgħu nitgħallmu ħafna. Fil-fatt jekk nippruvaw nimxu fuq il-passi tan-natura nistgħu nsolvu bosta mill-problemi li nħabbtu wiċċna magħhom.  

Teżisti linja ta’ studju speċjali imsejħa biomimicry (imitazzjoni tan-natura) li tfittex kif nistgħu nifhmu iktar lin-natura u nitgħallmu minn għandha. Li nibdlu l-mentalità tagħna li narmu kollox hi waħda mit-tagħlimiet bażiċi li għandna bżonn.

Ħarsu lejn siġra. Meta jasal il-waqt addattat għaliha twaqqa’ l-weraq li jitmermru fil-ħamrija madwar is-siġra.  Dawn, imbagħad isiru ħaġa waħda mal-ħamrija u jservu biex is-siġra terġa tassorbi n-nutrijenti akkumulati.

Hekk taħdem l-ekonomija naturali. In-natura ma timxix bħalna, ma tarmi xejn. Issib użu għal kollox. Għalhekk ngħidu li l-ekonomija tan-natura hi waħda ċirkulari għax ma tarmi xejn, u tirriċikla kollox.  Kull prodott naturali li jispiċċa ma jintremiex iżda jitmermer u jerġa’ jitwieled mill-ġdid f’xi forma jew oħra. Jidħol f’ċiklu naturali ġdid.

Fil-ktieb tagħhom Cradle to Cradle: Remaking the way we make things William McDonough and Michael Braungart jiffukaw fuq dan kollu. Jidentifikaw inizjattivi speċifiċi  industrijali u kummerċjali li bihom inaqqsu l-użu ta’ materjali fl-ekonomija, dik li nsejħula dematerialisation. Bħala riżultat ta’ dan jista’ jitwettaq ħafna iktar bl-użu ta’ inqas riżorsi.  Ikollna l-istess kwalità ta’ servizz (jew aħjar) b’inqas użu ta’materjal: effiċjenza prattika fl-użu tar-riżorsi.

Dan iwassal mhux biss biex jonqsu l-ispejjes tal-użu tal-materjal imma ukoll jitnaqqsu l-ispejjes konnessi mal-enerġija użata: dawn huma uħud mill-benefiċċji li ġġib bidla minn ekonomija linejari għal waħda cirkulari.  Twassal ukoll għal żieda fl-investiment kif ukoll għal żieda fl-impiegi li jistgħu jinħolqu. Il-kontribut finali jkun li ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd.

Din il-ġimgħa l-Ministru tal-Ambjent aġġornana dwar il-pjan nazzjonali ta’ azzjoni biex ikunu applikati f’pajjiżna l-prinċipji tal-ekonomija ċirkulari.  Dan hu tajjeb, avolja dan hu paroli li ilna ħafna nisimgħu dwaru tul is-snin: mingħajr ma jsir xejn.

Il-Ministru fisser il-pjani tal-Gvern fuq il-magni li ser ikunu stallati madwar Malta biex permezz tagħhom ikun iffaċilitat ir-riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik u skart ieħor konness mal-ippakkeġġjar. Riżultat ta’ din l-inizjattiva fliexken tal-plastik u kontenituri oħra (tal-birra u tal-inbid, per eżempju) jinġabru f’magni mxerrdin mal-pajjiż u minnhom tieħu lura d-depożitu li tkun ħallast meta tkun xtrajt l-ilma, birra, inbid jew inkella luminata.

Però jkun utili li niftakru li fl-2004, kien hemm proposta kważi simili li kienet ġiet ippreżentata lill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Din il-proposta kienet bħala alternattiva għall-eko-kontribuzzjoni li kienet qed tkun introdotta dakinnhar.   Kienu Farsons li fl-2004 ipproponew skema ta’ depożitu fuq il-kontenituri, liema depożitu kien ikun jista’ jittieħed lura kif kien qed iseħħ fid-Danimarka. Sfortunatament kien hemm oġġezzjonijiet kbar għall-dik il-proposta u din għaldaqstant flok ma kienet diskussa u mtejba ġiet imwarrba u injorata. Il-Gvern dakinnhar qagħad fuq dak li qalu industrijalisti oħra tal-luminati li kellhom aċċess ikbar għall-widna tal-Prim Ministru Gonzi. Dan hu kollu dokumentat.

Wara sbatax-il sena, mela, erġajna wasalna fil-punt tat-tluq oriġinali. Imma sadanittant inħlew sbatax-il sena.  

Hu fl-interess ta’ kulħadd li din l-iskema titħaddem sewwa u li tirnexxi. L-iskop hu li jkun irkuprat 85 fil-mija tal-iskart tal-ippakkeġġjar li hu ġġenerat fil-gżejjer Maltin. Nemmen li hu possibli li din il-mira tintlaħaq, kif kien anke possibli li tintlaħaq sbatax-il sena ilu. Din l-iskema ddaħħal ftit sens fil-politika tal-immaniġjar tal-iskart f’Malta. Nittama li ma tkunx ostakolata bħal ta’ qabilha.

Nistennew li jasal il-jum li tkun implimentata.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 23 ta’ Mejju 2021

Lessons from nature

We are accustomed to the functioning of the linear economy. We extract the resources from the earth, we make use of them and subsequently when they are beyond their useful life, we throw them away.

Nature works quite differently. We can learn a lot from nature. As a matter of fact, if we try to imitate nature, we can solve many of the problems which we face.

Biomimicry is a relatively new branch of study which seeks ways in which we can learn from nature. Discarding our throwaway attitudes is one such basic lesson.

Take a look at any tree. At the appropriate time, it sheds its leaves, which disintegrate in the soil below. Nature does not waste the leaves shed by the tree, as they are reused and reabsorbed through the roots of the same tree as nutrients.

This is how nature’s economy works. Mother nature functions on the basis of a cradle-to-cradle philosophy in contrast to our cradle-to-grave attitude. The natural economy is a circular one which does not throw anything away: it recycles everything. At the end of the useful life of any natural product this does not end in a landfill but it gives birth to another product, a new fruit. It is reintroduced into the natural cycle.

In their book Cradle to Cradle: Remaking the way we make things William McDonough and Michael Braungart focus specifically on this matter. They identify specific industrial and commercial initiatives which seek to dematerialise the economy as a result of which we can end up doing much more with less use of resources. The same or better level of service is achieved but, in the process, there are substantially fewer material inputs: practical resource efficiency.

In addition to saving on material costs as well as energy used, the transition from a linear to a circular economy presents numerous potential benefits. In particular, it attracts additional investment and can create thousands of jobs that practically and realistically contribute to making the world a better place to live in.

This week the Minister for the Environment gave an update on a national action plan to intensify efforts to align Malta to circular economy principles. This is positive even though we have heard this a multitude of times over the years.

The Honourable Minister outlined government’s plans on plastic bottle return machines which will be available all over the islands to facilitate their recycling. As a result of this initiative plastic bottles will be returned at which point a deposit paid on their purchase will be refunded.

It would be pertinent to point out that way back in 2004, or thereabouts, a proposal essentially very similar to this had been submitted to the then PN led government as an alternative to the eco-contribution scheme.  In fact, Farsons had then proposed the setting up of a deposit refund scheme for packaging waste on the basis of the Danish model. It was however unfortunately shot down instead of being developed and adapted to the local circumstances. Government instead opted for an eco-tax as emphasised by another powerful lobby which had a much easier access to Prime Minister Gonzi and his entourage. This is all documented.

Seventeen years down the line we are back at the original point of departure. Seventeen years have in the meantime been wasted. It is in everybody’s interest that the proposed scheme functions successfully. The objective is to achieve an 85 per cent recycling of the packaging waste generated on these islands. I believe that it is achievable now just as it was seventeen years ago. It puts back some sense in Malta’s waste management policy! Hopefully it will not be sabotaged once more.

I look forward to the implementation date.

published in The Malta Independent on Sunday : 23 May 2021

Il-governanza tajba u l-ħarsien tal-ambjent

Fl-assenza ta’ governanza tajba ma nistgħux inħarsu l-ambjent sewwa. Il-governanza tajba hi essenzjali għall-ħarsien ambjentali.  Huwa għalhekk li iktar kmieni din il-ġimgħa ssottomettejt oġġezzjonijiet dettaljati bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika mniedi mill-ERA fil-kaz tal-istudji dwar l-impatt ambjentali (EIA) dwar l-inċineratur propost għall-Magħtab.  

Li jkunu regolati l-kunflitti ta’ interess li b’mod inevitabbli jitfaċċaw f’kull proċess regolatorju huwa element essenzjali mill-proċess ta’ governanza tajba.

Ir-regolamenti f’Malta dwar l-istudju tal-impatt ambjentali, imsejsa fuq is-sens komun u fuq id-direttivi tal-Unjoni Ewropea jfittxu li jassiguraw illi dawk involuti fil-proċess tal-EIA ikunu ħielsa minn kull xorta ta’ konflitt ta’ interess. Kunflitt ta’ interess hi sitwazzjoni li tinħoloq meta persuna b’interessi varji jispiċċa  jaqdi interess u fl-istess ħin jikkonfliġġi ma ieħor.

Ħmistax ilu fl-artiklu intitolat Il-fiduċja: għal ġol-inċineratur emfasizzajt li dawk li jaħdmu fuq EIA għandhom ikunu professjonali, indipendenti u imparzjali. B’referenza partikolari għall-applikazzjoni dwar l-inċineratur għidt li m’huwiex aċċettabbli li dawk inkarigati biex jagħmlu EIA ikunu fl-istess ħin li qed jagħtu parir lill-iżviluppatur parti ukoll mill-awtorità regolatorja. Dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil-qasam tat-tħejjija ta’ rapporti tekniċi għall-EIA huma liberi li jagħmlu dan imma mbagħad m’għandhomx jitħallew jikkontaminaw il-proċess tal-EIA.

F’artiklu f’ġurnal ieħor bl-Ingliż il-ġimgħa l-oħra l-Professur Alan Deidun, is-suġġett ta’ din il-kitba, kien kritiku ta’ dan kollu. M’għandi l-ebda diffikulta dwar dan għax jagħtini opportunità li nispjega iktar.   

Il-Professur Deidun li hu membru tal-Bord tal-ERA ġibed l-attenzjoni tagħna li kieku hu ma jinvolvix ruħu darba kull tant f’rapporti tekniċi għall-EIA, bħalma għamel fil-kaz tal-inċineratur, ikun hemm il-periklu li nispiċċaw b’numru ta’ konsulenti mhux Maltin li jieħdu f’idejhom partijiet sħaħ tal-proċess tat-tfassil tal-EIA. Fil-fehma tal-Professur Deidun dan jiġġustifika li waqt li hu regolatur, fl-istess ħin jagħti parir lill-iżviluppatur!

Jiena konxju li għandna numru żgħir ta’ konsulenti, uħud minnhom professuri fl-Università tagħna li fil-passat mhux imbiegħed ġiebu ruħhom bl-istess mod tal-Professur Deidun: membri fuq il-Bord tar-regulatur u jagħtu l-pariri lil dawk regolati, imbagħad meta l-kaz jiġi quddiemhom jastjenu!  

Waqt li dan kien ħażin, fil-kaz tal-Professur Deidun l-affarijiet huma agħar. Deidun ġie maħtur biex ikun membru tal-Bord tal-ERA biex hemmhekk huwa jirrappreżenta lill-għaqdiet ambjentali. Jekk jastjeni mill-jieħu sehem fi kwalunkwe kaz li jiġi quddiemu fil-Bord ikun qed joħnoq il-vuċi tal-għaqdiet ambjentali. Għaldaqstant, b’żieda mal-kunflitt ta’ interess ikun qed imur ukoll kontra l-iskop li għalih inħatar fuq il-Bord tal-ERA.  Minħabba l-kunflitt ta’ interess tiegħu il-Professur Deidun ser joħnoq il-vuċi tal-għaqdiet ambjentali fl-iktar mument kritiku: meta jeħtieġilhom isemmgħu leħinhom.  

Apparti lill-Professur Deidun l-EIA tal- inċineratur jippreżentalna persuna oħra: il-koordinatur tal-EIA, l-Inġinier  Mario Schembri.

Is-Sur Schembri ilu żmien attiv fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart fejn kien ta kontribut pożittiv sostanzjali. Kien strumentali biex twaqqfet il-GreenPak li taħdem bħala kooperattiva: iġġib flimkien diversi negozji li jpoġġu fuq is-suq Malti diversi prodotti. Il-GreenPak taħdem biex f’isem il-membri tal-kooperattiva tirkupra l-iskart tal-ippakkeġġjar (packaging waste). Kienet fuq quddiem nett biex tinkoraġixxi ir-riċiklar fil-gżejjer Maltin, kontinwament tħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali u lill-pubbliku biex jirriċiklaw.  

Is-Sur Schembri ilu CEO tal-GreenPak sa mill-2005. Għandu għarfien u esperjenza sostanzjali fl-immaniġjar tal-iskart. Huwa operatur fl-immaniġjar tal-iskart u għaldaqstant fil-proċess tal-EIA tal-inċineratur ma jistax ikun la imparzjali u l-anqas indipendenti huwa u janalizza d-dokumenti u r-rapporti li għandu quddiemu.  Anke hu għaldaqstant għandu kunflitt ta’ interess li jkompli jikkontamina l-process tal-EIA.

Ma nistax nifhem kif l-ERA ħalliet dan kollu għaddej u ma ħaditx passi, għax dak li qed ngħid m’huwiex xi sigriet, iżda huma fatti magħrufa minn kulħadd.  

F’soċjeta demokratika li tfittex li tapplika l-prinċipji ta’ governanza tajba huwa normali li jkunu identifikati każi ta’ kunflitt ta’ interess li dwarhom jittieħdu passi. Imma fejn ma jitieħdux passi jinħolqu bosta problemi. Fil-qasam ambjentali meta ma jittieħdux passi, dan jimmina l-isforzi li jkunu saru favur il-ħarsien ambjentali.  

Għax fil-qasam ambjentali, is-saltna tad-dritt (rule of law) hi importanti ukoll!

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 25 t’Ottubru 2020

Good governance and environment protection

We cannot adequately protect the environment in the absence of good governance. Good governance is an essential prerequisite for environment protection.

This is why, earlier this week, I submitted detailed objections to the incinerator EIA process in the ERA-driven public consultation process. Adequate regulation of the conflict of interests which inevitably present themselves in any regulatory process is an essential element of good governance.

Based on both common sense as well as the relative EU Directive, Malta’s EIA Regulations seek to ensure that those involved in the EIA process should be free from conflict of interests.  A conflict of interest being a situation in which a person is involved in multiple interests and serving one interest could involve working against another.

As emphasised in my article a fortnight ago (Incinerating fairness, trust and common sense: 11 October) those carrying out an EIA must be “professional, independent and impartial”. It is not acceptable for those carrying out an EIA to be part of the regulatory process and simultaneously advise those regulated. Those who wish to embark on a career carrying out EIA technical reports are free to do so but they should not be permitted to contaminate the EIA process.

In an article entitled ‘C’ is for Cacopardo, not for collegiality…………. In last week’s edition, Professor Alan Deidun took me to task for my views. I have no difficulty with that, on the contrary it gives me the opportunity to explain further.  

Professor Deidun drew our attention that if he did not involve himself in the “occasional” consultancy there was a risk that we would end up with non-Maltese consultants taking over parts of the EIA process. In Professor Deidun’s lexicon this justifies acting in this manner.

I am aware that we had quite a handful of other consultants, some of them professors from our University, who in the recent past acted in the same manner as Professor Deidun: sitting on regulatory boards and then advising those regulated, subsequently abstaining from the board’s sitting when their report turns up for consideration.

That was bad enough.  In Professor Deidun’s case it is even worse. He is appointed to sit on the ERA Board in representation of environmental NGOs. If he abstains from giving his input in any instance on the ERA Board, the voice of the eNGOs, as a result, cannot be heard. In addition to having a conflict of interest between his role as a regulator and being the advisor of the regulated, Professor Deidun is thus ignoring completely the purpose of his appointment to the ERA Board. Professor Deidun’s conflict of interest will be silencing eNGOs at a crucial point: when it is essential that their voice is heard.

In addition to Professor Deidun the incinerator EIA presents us with another character: the EIA coordinator, Engineer Mario Schembri.

Mr Schembri has been active in waste management in Malta for a very long time. Among his positive contributions he was instrumental in setting up GreenPak which operates as a cooperative, bringing together the business interests which place various products on the Maltese market. GreenPak seeks to recover packaging waste on behalf of the members of the cooperative. It has been a positive contribution in encouraging recycling in Malta, continuously encouraging Local Councils and the public to do their bit.

Mr Schembri has been CEO of GreenPak since 2005. He is definitely knowledgeable and experienced in waste management. He is however a waste management operator and cannot as a result of this fact be an impartial or independent contributor to the EIA process. He too, thus, has a conflict of interest and thus contaminates the EIA process too.

I fail to understand how ERA has allowed the incinerator EIA process to proceed this far without acting to address these cases of conflict of interest as the above are well known facts to all.

In a democratic society seeking to apply good governance rules it is normal to identify and act on a conflict of interest. Failure to act, however, is problematic. In environmental matters such failure undermines the whole effort of environment protection.

The rule of law matters, in environmental issues too! 

published on The Malta Independent on Sunday: 25 October 2020

Inċineratur? Le grazzi.

 

L-iskart hu riżors li għandna nutilizzawh flok ma narmuh. Biex nilħqu dan l-iskop irridu nibdlu l-attitudni tagħna u minn ekonomija lineari naqilbu għal waħda ċirkulari. L-istrateġija dwar l-iskart tistabilixxi s-sena 2050 biex sa dakinhar jintlaħaq l-oġġettiv ta’ skart zero fil-miżbliet. Biex dan l-oġġettiv ikun jista’ jintlaħaq hemm diversi għodda amministrattivi.

F’ekonomija lineari aħna nużaw (jew nikkonsmaw) prodott u wara li l-ħajja utli ta’ dan il-prodott tiġi fi tmiemha narmuh. L-ekonomija ċirkulari taħdem b’mod differenti b’mod li l-prodott użat (jew il-partijiet li jiffurmawh) jibqa’ jeżisti wara li jtemm il-ħajja utli tiegħu u dan billi jintuża biex jinħoloq prodott ġdid.

Hu possibli li nimmiraw għal tnaqqis fil-ġenerazzjoni tal-iskart (waste minimisation). Dan isir billi meta l-prodott ikun iddisinjat, min joħolqu iqis sewwa l-iskart li dan il-prodott jiġġenera matul il-perjodu kollu li jkun qed jiġi użat. Permezz ta’ eko-diżinn il-prodott jissaffa minn dawk l-elementi tiegħu li ma jkunux neċessarji u b’hekk jonqsu id-diffikultajiet li jkun riċiklat.

Nistgħu nnaqqsu l-iskart li niġġeneraw billi nassiguraw li nixtru biss dak li għandna bżonn u li dan nagħmluh fi kwantitajiet addattati għall-ħtiġijiet tagħna. Nistgħu, pereżempju nużaw prodotti fi qies kbir flok kwantita ferm ikbar tal-istess prodott f’qies iżgħar. Bħala riżultat ta’ dan aħna jirnexxielna nnaqqsu l-iskart li niġġeneraw u dan billi narmu numru inqas ta’ kontenituri jew pakkjeġġar.

L-iskart li xorta jkun iġġenerat minkejja politika li tfittex li tnaqqsu jista’ jkun irriċiklat. Fil-fatt nirriċiklaw il-karta, l-metall, il-plastik u l-ħġieġ. Nirriċiklaw ukoll l-apparat elettriku u elettroniku. F’xi lokalitajiet beda ukoll ir-riċiklaġġ tal-iskart organiku li niġġeneraw.

Sfortunatament madwar 12% biss tal-iskart li niġġeneraw hu rriċiklat, ferm inqas milli qed jirnexxilhom iwettqu l-parti l-kbira ta’ pajjiżi oħra. Dan hu falliment fl-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar l-iskart. Biex jgħatti dan il-falliment, il-Ministru għall-Ambjent, għan-nom tal-Gvern, qed jipproponi li nibdew naħarqu l-iskart li niġġeneraw f’inċineratur. Il-mira hi li jinħaraq 40% tal-iskart tal-gżejjer Maltin. Il-Gvern qed jipproponi li flok ma nibgħatu l-iskart dan naħarquh f’inċineratur biex nevitaw il-ħtieġa ta’ iktar art għal iktar miżbliet.

L-inċinerazzjoni ma tinkoraġix lin-nies biex jagħtu kaz ta’ dak li jikkunsmaw. L-inċinerazzjoni tinkoraġixxi soċjetà li tarmi u twassal il-messaġġ li hemm ħaddieħor li qed jieħu ħsieb jerfa’ l-problemi li noħolqu bil-konsum tagħna.

Qed jinfurmawna li bl-inċinerazzjoni ser niġġeneraw l-enerġija mill-iskart. Studju li ġie ikkummissjonat mill-NGO internazzjonali Zero Waste Europe intitolat The Potential Contribution of Waste Management to a Low Carbon Economy jindika li meta nirriċiklaw l-iskart niffrankaw bil-bosta iktar enerġija milli tista’ tkun iġġenerata meta jinħaraq l-istess skart. Allura fejn hu l-benefiċċju ambjentali?

Hemm bżonn ninvestu sforz ferm ikbar fir-riċiklaġġ tal-iskart. Din l-industrija għandha l-potenzjal li tiżviluppa f’pilastru ewlieni tal-ekonomija l-ħadra b’kontribut sostanzjali lill-ekonomija inkluż bil-ħolqien ta’ numru ta’ impiegi. Il-proposta tal-Gvern favur l-inċineratur ser joħloq ostaklu sostanzjali biex dan l-element importanti tal-ekonomija ċirkulari ma jitħalliex jiżviluppa.

Ikun ferm iktar utli kieku flok ma jwaqqaf kumitati dwar deċiżjonijiet li jkun diġa ħa, l-Onorevoli Ministru tal-Ambjent jipprova jifhem ftit x’inhu mistenni minnu.

Il-ħruq tal-iskart permezz tal-inċinerazzjoni ser iservi biex ikompli jnaqqas l-impenn tal-ftit li qed jirriċiklaw. Hu meħtieġ li minflok ma naħarbu mill-problema tal-falliment tal-politika dwar l-immaniġġjar tal-iskart neżaminaw bir-reqqa ir-raġunijiet għal dan il-falliment.

Ippubblikat fuq Illum : 24 ta’ Settembru 2017

Incinerator? No thanks.

Waste is a resource which should be used instead of being thrown away. For this to be achieved, we need to change from a linear to a circular economy.

Malta’s waste management strategy identifies the year 2050 as the target for achieving zero waste going to landfill sites and in order to achieve this target, various policy tools are available.
In a linear economy, we use (or consume) a product and at the end of its useful life we throw it away. A circular economy functions differently in that at the end of its useful life, a product – or its constituent parts – remains in existence by being utilised to create another product.

Through waste minimisation, the waste we generate is reduced to the minimum possible. Life-cycle thinking is key to reducing waste throughout the useful life of a product and this is done when a product is still on the drawing board. Through the application of eco-design, the unnecessary constituent elements of a product are weeded out. In addition, these constituent elements are also examined to ensure that none of them impede eventual re-cycling at the end of the product’s useful life.

We can also minimise waste by ensuring that we purchase and use only that which is required in appropriate quantities. We can do this, for example, by using products in large sizes instead of similar multiple products in small sizes, which will result in less packaging being sent to waste.

The waste that is generated, notwithstanding a waste prevention policy, can be dealt with in various ways. The preferred option is to recycle it, that is to seek alternative uses. We recycle paper, metal, plastics and glass. We also recycle electric and electronic equipment. Recycling of the organic part of the waste we generate is also in hand in various localities.

Unfortunately only around 12 per cent of our waste is being recycled, substantially less than in other countries. This is a failure in implementing the objectives of the Waste Management Strategy. To cover up this failure, the Environment Minister, on behalf of the government, has proposed to embark on a process of incineration, targeting a maximum of 40 per cent of the waste generated in the Maltese Islands. The government is proposing that, instead of sending waste to landfill, it should be incinerated –  thus eliminating the problem of identifying more sites for landfills.

Incineration does not encourage citizens to care about what they consume. It encourages the throw-away society and sends the message that others will shoulder the problems created by our consumption.

We are being informed that incineration will generate energy from waste. A study commissioned by the international NGO Zero Waste Europe entitled The Potential Contribution of Waste Management to a Low Carbon Economy indicates that recycling of waste can save substantially much more energy that can be generated through the incineration of the same waste. So where is the environmental benefit of incineration?

More effort needs to be invested in the recycling of waste. The recycling industry has the potential of developing into a very robust pillar of the green economy, creating a number of green jobs. The government proposal in favour of incineration will be an insurmountable obstacle as a result of which this important element of the circular economy will not be allowed to develop.

Rather then setting up committees to consider half baked decisions, it would be more appropriate if the Honourable Minister for the Environment would attempt to master his brief.

Burning waste in an incinerator will further reduce the commitment of the few who are currently bothering to recycle. Instead of avoiding addressing the failure of implementing the waste management strategy, it would be more appropriate if the reasons for this failure are identified.

published in The Malta Independent on Sunday : 24 September 2017

Snippets from AD’s electoral manifesto: (19) Waste

scrapyard

The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto

Waste.
We encourage waste separation in localities. However we recognise that this is not enough. As a country we still lag behind and have failed to reach targets on packaging waste as well as waste generated by electrical and electronic equipment.
It is essential to address the operation of scrapyards. These process waste which is subject to at least three Directives of the EU, namely the WEEE Directive, the End of life Vehicles Directive and the Batteries Directive. The manner in which scrapyards have been permitted to operate signifies a total disregard of the principles and safeguards listed in the said Directives. The fact that after more than eight years of EU membership we are still discussing these issues signifies the low level of preparedness to shoulder environmental responsibilities resulting from EU adhesion.

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 14 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

L-Iskart.
Ninkoraġixxu s-separazzjoni tal-iskart fil-lokalitajiet. Nirrikonoxxu iżda li dan m’huwiex biżżejjed. Għadna lura bħala pajjiż biex nilħqu l-miri Ewropej għall-iskart mill-ippakkeġġjar kif ukoll l-iskart ġenerat minn apparat elettriku u elettroniku.
Hemm bżonn b’mod ġenerali li jkun imminimizzat kull xorta ta’ skart u għal dan l-iskop hu meħtieġ li jittieħdu inizzjattivi li jgħinu f’din id-direzzjoni.
Huwa neċessarju li jiġu indirizzati r-relevanza u l-mod tal-operazzjoni tal-iscrapyards. Preżentement f’dawn l-iscrapyards jiġi pproċessat skart li huwa kontrollat taħt tal-anqas tlett Direttivi tal-Unjoni Ewropea: id-Direttiva WEEE, l-End of Life Vehicles Directive u d-Direttva dwar il-Batteriji. Il-mod kif l-iscrapyards qed jitħallew joperaw f’Malta jfisser abbandun totali tal-prinċipji u salvagwardji elenkati fl-imsemmija Direttivi. Li wara iktar minn tmien snin mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea għadna nitkellmu fuq dawn l-affarijiet ifisser kemm kienet defiċjenti it-tħejjija biex pajjiżna jerfa’ l-obbligi ambjentali li dħalna għalihom bis-sħubija.