Il-Covid-19 u l-ilma mid-drenaġġ irriċiklat

TVM fuq il-website tiegħu qed jirrapporta illi f’Ruma, Milan u anke f’Pariġi instab materjal ġenetiku tal-Covid-19 fid-drenaġġ. Dan jidher li seħħ ukoll fl-Awstralja u fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Hemm bżonn kjarifiċi tekniċi dwar dan minħabba li l-ilma ppurifikat mid-drenaġġ jintuża fl-agrikultura. Dan l-ilma dwaru kien hemm ukoll pilot project dwar kif jista’ jintuża iktar billi fost oħrajn jiżdied mal-ilma tal-pjan (recharge tal-aquifer).

Ikun tajjeb lil-awtoritajiet jikkjarifikaw eżatt x’miżuri ta’ salvagwardja hemm għas-saħħa minħabba l-użu ta’ dan l-ilma riċiklat.