Inħarsu l-art agrikola: kollha

Tul is-snin il-Gvern dejjem kien fuq quddiem fil-ħidma biex tinqered il-biedja. Kontinwament il-Gvern jagħmilha iktar faċli biex art agrikola tingħata għall-iżvilupp. Huwa l-Gvern li kontinwament jidentifika art agrikola tajba għal toroq ġodda (mhux meħtieġa) inkella biex jestendi toroq eżistenti.

Il-White Paper li ippubblika iktar kmieni din il-ġimgħa l-Ministeru tal-Agrikultura, intitolata Riforma fil-Qasam tar-Raba’  tfittex li tirregola l-assalt tas-settur privat fuq l-art agrikola. Imma ma issemmi xejn dwar l-assalt li għaddej mis-settur pubbliku: dak għall-Gvern hu aċċettabbli! Imma m’għandux ikun għax ir-raba’ kollha teħtieġ li tkun imħarsa.

Awtoritajiet eżistenti, bħall-Awtorità tal-Ippjanar, diġa għandhom il-poteri bil-liġi biex jieħdu passi u ma jħallux l-art agrikola tinbidel f’art għall-picnics jew għall-barbeques! Imma tul is-snin din l-awtorità ma għamlet xejn minn dan. Għalqet għajnejha.

Id-Dipartiment tal-Agrikultura imbagħad, dejjem jispiċċa jiddefendi id-deċiżjonijiet tal-Gvern favur il-qerda tar-raba’ għal toroq inutli. Is-Central Link hi waħda mill-aħħar eżempji li miegħu aħna familjari. Hemmhekk raba’ saqwi f’Ħ’Attard inqerdet fl-interess tal-karozzi. L-għixien ta’ numru ta’ bdiewa inqered. L-anqas ħoss mill-awtoritajiet fid-Dipartiment tal-Agrikultura ma nstema’ biex jiddefendu lill-bdiewa li laqqtuha.

B’dawn it-tip ta’ awtoritajiet li mhux kapaċi jaħdmu, x’sens hemm fil-ħolqien ta’ iktar awtoritajiet bħalhom? Mhux aħjar li jitneħħew is-sriep mill-Awtorità tal-Ippjanar u mid-Dipartiment tal-Agrikultura u flokhom ikunu ngaġġati persuni kwalifikati u motivati biex jaħdmu? Għax jekk l-Awtorità tal-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Agrikultura jitħallew jaħdmu sewwa, bi tmexxija tajba u kapaċi, parti mdaqqsa mill-kontenut tal-White Paper ma jkunx hemm ħtieġa għalih!

Lejn l-aħħar tas-sena 2021 l-Imħallef Wenzu Mintoff, f’deċiżjoni tiegħu dwar applikazzjoni kostituzzjonali fuq raba’ fil-Qrendi kien emfasizza li l-valur realistiku tar-raba’ għandu jkun rifless ta’ dak li l-istess raba’ tista’ tipproduċi. Dan hu punt li l-White Paper tibni fuqu meta titkellem dwar il-valur esaġerat li r-raba’ qed jinbiegħ jew jiġi stmat kif ukoll dwar kif għandha tkun ikkalkulata l-valur tal-qbiela. Il-White Paper fil-fatt tipproponi li l-qbiela għandhom ikunu 1.5 fil-mija tal-valur realistiku tar-raba’. Għad irridu naraw, iżda, kemm dan kollu ser jiflaħ għall-battalji legali li inevitabilment ser ifaqqsu da parti ta’ min ma jridx din ir-regolamentazzjoni.

Punt interessanti li joħrog mill-White Paper hi l-introduzzjoni ta’ taxxa li hu propost li titħallas fuq ir-raba’ li ma tibqax tintuża għal skop agrikolu. Din il-proposta hi simili għall-proposti tal-partit tiegħi dwar taxxa fuq propjetajet vojta liema proposti saru f’diversi manifesti elettorali tul is-snin.  

Safejn niftakar, din hi l-ewwel darba li l-Partit Laburista qed jipproponi li jagħmel użu mit-tassazzjoni bħala għodda biex jilħaq oġġettiv politiku: f’dan il-każ il-ħarsien tar-raba’.  Ma naħsibx li din il-proposta partikolari ser timmaterjalizza u dan minħabba li l-Partit Laburista kontinwament jitkellem b’ċerta qawwa kontra l-użu tat-tassazzjoni bħala strument politiku fi kwalunkwe forma. Imma l-fatt li l-proposta qed issir, minnu nnifsu hu pass tajjeb.

Il-proposti fil-White Paper fuq ir-riforma meħtieġa dwar ir-raba’ huma l-ewwel pass lejn diskussjoni serja u matura. Imma għadhom il-bogħod  minn dak li hu meħtieġ.  

L-ewwel pass għandu jsir biex ikun stabilit element ta’ rieda tajba. B’dan il-ħsieb nistieden lill-Gvern biex jippreżenta mozzjoni fil-Parlament biex iħassar l-eżerċizzju ta’ razzjonalizzazzjoni approvat mill-Parlament fl-2006 u li permezz tiegħu eluf ta’ metri kwadri ta’ raba’ spiċċaw tajba biex jinbnew. Naħseb li l-Ministru tal-Agrikultura tal-lum, Anton Refalo, għandu l-kredibilità biex jagħmel dan il-pass. Hu wieħed mill-ftit Membri Parlamentari li għadhom fil-Kamra u li fl-2006 kienu ivvutaw kontra li din l-art tingħata għal-iżvilupp. Għamel dan flimkien ma sħabu tal-Grupp Parlamentari Laburista ta’ dakinnhar!

Bħala t-tieni pass il-Ministru responsabbli mill-Ippjanar għall-Iżvilupp tal-Art jista jħaffef ftit il-pass li bih għandhom ikunu reveduti r-regoli dwar id-diżinn għall-iżvilupp rurali (Rural Design Guidelines). Forsi, ma tafx kif, jingħalqu darba għal dejjem it-toqob fir-regoli, li bihom qed ikun imħeġġeg l-iżvilupp fil-kampanja.

Imbagħad, kieku dan kellu jsir, il-Gvern ikun kredibbli fil-proposti li qed jagħmel dwar il-ħarsien tar-raba’.  Għax ir-raba’ kollha teħtieġ il-ħarsien mingħandna. Dan hu meħtieġ dejjem, mhux biss meta jkun politikament konvenjenti.

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 9 t’Ottubru 2022

Protecting agricultural land: all of it

Over the years government has been actively at the forefront in the assault on agricultural land. It continuously makes it easier for agricultural land to be developed. It also takes up good quality agricultural land in order to develop new (and many times unnecessary) roads or else to extend existing ones.

The White Paper published earlier this week by the Ministry for Agriculture, entitled Agricultural Land Reform seeks to control the private sector assault on agricultural land. By omission, the assault being carried out by the public sector is being deemed acceptable!

Existing authorities like the Planning Authority already have the legal powers to stop agricultural land being transformed into picnic or barbeque areas. Yet it has done nothing to stop this over the years.

The Department of Agriculture always ends up defending the uptake of good agricultural land by Government for unnecessary roads. The Central Link is one of the latest examples as a result of which naturally irrigated agricultural land at Attard was destroyed in order to make way for more cars. The livelihood of a number of full-time farmers was destroyed. Not even a whimper from the authorities at the Department of Agriculture was heard.

Faced with existing authorities which are not functioning properly what sense does it make to create more authorities, as proposed by the agricultural reform White Paper? Would it not be better to remove the snakes from the Planning Authority and the Department of Agriculture and replace them with suitably qualified and motivated personnel? If the Planning Authority and the Department of Agriculture are allowed to function properly, with suitable leadership and expertise, most of the contents of the White Paper would not even be required!

Towards the end of 2021 Mr Justice Lawrence Mintoff, in his decision on a constitutional application relative to agricultural land at Qrendi had emphasised that the realistic value of agricultural land ought to be a reflection of what that agricultural land can produce. This is a point validly taken up by the White Paper when discussing the value currently being attached to agricultural holdings. The White Paper also proposes that the rental value of agricultural holdings should be determined at 1.5 per cent of their realistic value.  It remains to be seen whether and to what extent these limitations on the determination of value and rental value will be able to withstand the legal assault which will inevitably follow once the White paper proposal in this respect is implemented.

An interesting point made by the White Paper is to introduce a tax on agricultural land which is not being used for agricultural purposes! This is similar to the proposals which my party repeatedly brought forward relative to taxes on vacant dwellings!

This is the first time, as far as I can recollect, that the Labour Party is proposing the utilisation of taxation as a tool to attain a political objective: the protection of agricultural land. I do not however think that this proposal will materialise as the Labour Party has been vociferous over the years against the use of taxation as a political instrument in any form or shape. However, it is positive that the proposal is being tabled.

The proposals in the White Paper on agricultural reform are definitely a first step towards a mature debate. They are however very far from what is required to protect agricultural land.

The first step should be to establish an element of good faith, which is currently inexistent. In this line of thought I would invite government to present a motion in Parliament to cancel the rationalisation exercise approved by Parliament in 2006 as a result of which thousands of square metres of agricultural land all over the islands were defined as being suitable for development. I believe that the current Minister for Agricultural, Anton Refalo, has the credibility to do it. He is in fact one of the few remaining Members of Parliament who way back in 2006 had voted against adopting the rationalisation exercise, together with the rest of the then Labour Party Parliamentary Group!

As a second step the Minister for Land Use Planning could accelerate the revision of the Rural Design Guidelines, thereby closing the loopholes which continuously encourage the urbanisation of the countryside.

Only then, maybe, can government be credible in its proposals to protect agricultural land. All agricultural land needs our protection. This is required all of the time, not only when it is politically convenient.

published in The Malta Independent on Sunday: 9 October 2022

Ir-raba’ qed isejħilna

Diversi tefgħu għajnejhom fuq art agrikola biex jixtruha. Ma jriduhiex għax għandhom xi interess fl-agrikultura iżda għal diversi raġunijiet oħra. Hemm min iridha għal investiment u hemm min iridha biex fiha jqatta’ l-ħin liberu tiegħu, għall-kwiet, il-bogħod mill-istorbju madwar l-inħawi fejn noqgħodu jew naħdmu.

Dawn, għax jifilħu jħallsu qed jgħollu l-prezz li qed joffru u bi prezz għoli qed jispiċċaw jixtru bosta tmiem raba’ f’diversi partijiet ta’ Malta u Għawdex.

Billi bħalissa din it-tip ta’ domanda qed tikber qed jinħoloq suq li fih il-prezz offrut għal art agrikola hu għoli, għax hemm min jiflaħ u jrid iħallas. Dan qed iħajjar sewwa lil min ibiegħ.

Ma hemmx għalfejn ngħidilkom li bosta sidien tar-raba’ jippreferu somma tajba milli l-ftit ċekċik ta’ euro li bħalissa qed idaħħlu mill-qbiela.

Fin-nofs, imma, hemm il-bidwi li l-qbiela li illum iħallas hi baxxa wisq, ftit euro fis-sena. Bla dubju l-qbiela trid tiżdied. Id-diffikultà hi dwar kemm għandha tkun din iż-żieda. Għax ir-raba’ anke jekk fgata bil-kimika, prinċipalment fil-forma ta’ pestiċidi, ftit tista’ tikkompetti ma dawk li għandhom but fond ħafna. Dan apparti l-fatt li l-kimika fir-raba’ teħtieġ li tonqos sewwa, u preferibilment ma tintużax iktar!

Il-biedja ma tirrendix qliegħ biżżejjed biex tagħmel tajjeb għal dawn il-prezzijiet li qed jintalbu. Għal uħud dan ifisser li l-biedja allura għandha tagħmel il-wisa’ għal min jiflaħ iħallas. Il-bdiewa allura, x’ser jiġri minnhom? L-ikel meħtieġ minn artna, min ser jieħu ħsiebu? Ma nistgħux niddependu biss minn ikel impurtat.

Sa ftit ġranet ilu dan kien l-argument li f’każ wara l-ieħor il-Qrati tagħna kienu qed jaċċettaw. Il-każijiet kienu qed jinqatgħu wieħed wara l-ieħor a bażi ta’ din il-liġi tal-ġungla: li min jiflaħ għall-prezz tas-suq għandu d-dritt li jħawwel lil min ma jiflaħx għalih.

Iżda din il-ġimgħa kellna każ interessanti li poġġa l-argumenti li smajna s’issa rashom l-isfel.

F’sentenza mogħtija nhar it-Tlieta li għaddew l-Imħallef Wenzu Mintoff għamel l-argument favur il-biedja. Argument li rari, jekk qatt, instema’ fl-awli tal-Qrati tagħna. Il-pajjiż, qal l-Imħallef, għandu jħares il-biedja u japprezza iktar dak li tirrendi. Jekk ma nħarsux il-biedja, x’ser nieklu? Il-kummerċ ma’ barra mhux dejjem jipprovdi, biżżejjed jew fil-ħin.  Ma nistgħux nistrieħu fuq il-kummerċ ma’ barra biss. L-art tagħna, jekk tinħadem tista’ tipprovdi, kif ipprovdiet iktar minn biżżejjed fil-passat. Imma jeħtieġ li l-art inħarsuha.

L-imħallef Mintoff għamel tlett osservazzjonijiet importanti.

Fl-1967 il-Parlament Malti, osserva l-Imħallef, approva liġi dwar il-qbiela. Dan għamlu biex iħares l-użu tal-art agrikola, għax anke dakinnhar kien ikkunsidrat li kien hemm il-ħtieġa għal dan il-ħarsien. Dan kien skop leġittimu tal-Parlament Malti.

L-Imħallef kompla josserva li l-istat għandu r-responsabbiltà li jassigura li pajjiż ikollu biżżejjed prodotti tal-ikel għall-ħtiġijiet tal-pajjiż. Dan kien rifess tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż.

Ikompli josserva li minkejja l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-importazzjoni tal-ikel minn barra, l-istat xorta jibqalu l-obbligu li jassigura ruħu li l-pajjiż ma jkunx jiddependi iżżejjed fuq l-importazzjoni. Jekk dan ma jsirx, l-agrikultura, ftit ftit tispiċċa, darba għal dejjem.

Dan kollu għandu jseħħ f’kuntest ta’ rispett sħih tad-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd.

Huwa fid-dawl ta’ dan kollu li jridu nfasslu u niddeċiedu t-triq il-quddiem.

Fid-deċiżjoni tiegħu l-Imħallef Wenzu Mintoff jemfasizza li l-valur reali tar-raba’ jrid ikun rifless ta’ dak li l-art verament tirrendi. L-argumenti legali li tagħmel il-Qorti huma kumplessi ħafna iktar minn hekk, imma essenzjalment il-Qorti qed tgħid li l-biedja għandha valur fih innifsu u huwa f’dan il-valur li wieħed irid isib is-soluzzjoni għall-problema li għandna quddiemna.

Il-kobba hi mħabbla sewwa u każ wieħed mhux ser isolvi l-biżibilju kawżi li bħalissa deħlin fil-Qrati biex ikunu żgumbrati l-bdiewa minn raba’ li ġieb prezz tajjeb fis-suq tal-propjetà. Apparti dan, hu fatt li l-messaġġ ċar u etiku tal-Imħallef Mintoff idarras lil bosta li l-unika valur li jafu bih u japprezzaw hu il-valur tal-flus.

Din hi l-problema reali li minħabba fiha r-raba’ qed isejħilna. Qed jgħajjat u jokrob, imma ħafna mhux qed jagħtu każ.

Ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 26 ta’ Diċembru 2021

l-Ombudsman u l-Armata : ħadd ma hu il-fuq mil-liġi

RepublicDay_13122013_11

 

Minħabba l-budget intilfet ftit l-attenzjoni minn fuq id-deċiżjoni dwar il-kawża li fetaħ l-Ombudsman biex ikun dikjarat jekk għandux il-jedd (jew forsi aħjar l-obbligu) li jinvestiga l-ilmenti li rċieva mingħand l-uffiċjali tal-armata.

Fi stqarrija li ħriġt nhar it-Tnejn fil-għodu f’isem Alternattiva Demokratika, hekk kif ħarġet id-deċiżjoni, apparti li lqajt b’sodisfazzjon d-deċiżjoni tal-Imħallef Wenzu Mintoff esprimejt it-tama li wara din id-decizjoni l-Gvern ma jibqax jostakola lill-Ombudsman fil-qadi ta’ dmirijietu.

Din id-deċiżjoni timmarka punt importanti ħafna fil-ħidma tal-Ombudsman fid-difiża tiegħu taċ-ċittadin Malti. B’din id-deċiżjoni ġie assigurat li anke fl-armata allegazzjonijiet ta’ abbuż ta’ poter għandhom ikunu investigati.

Naħseb li ilkoll nippreferu li ma jkunx hemm abbuż. Imma jekk l-abbuż iseħħ, din id-deċiżjoni tal-Qorti isserħilna rasna li ħadd ma hu il-fuq mil-liġi.

Dan kien pass kbir il-quddiem fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż.