Joseph Muscat u Marco Gaffarena

Auberge de Baviere 2

Fil-Parlament iktar kmieni din il-ġimgħa meta kien hemm diversi mistoqsijiet dwar il-każ ta’ Marco Gaffarena il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ankè hu għandu ħafna mistoqsijiet dwar il-każ.

Mela nesa Joseph Muscat li hu l-Ministru tal-Artijiet? Nesa Joseph Muscat li hu suppost qed jagħti direzzjoni lid-Dipartiment tal-Artijiet?

Mingħand Joseph Muscat mhux mistoqsijiet nistennew, iżda t-tweġibiet.