Merkurju fl-ikel ?

  

Nhar t-Tnejn li għaddew f’Nairobi l-Kenya kulħadd baqa’ ssummat meta waqt laqgħa tal-Kunsill tal-UNEP (United Nations Environment Programme) ir-Rapprezentant tal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika ħabbar appoġġ tal-Gvern ta’ Barack Obama għall-inizzjattiva tal-UNEP dwar trattat internazzjonali li jikkontrolla t-tniġġiż mill-merkurju fuq livell dinji.

 

Il-Gvern ta’ Bush qatt ma ta’ widen, imma Obama f’inqas minn xahar dawwar ir-rotta !

 

Dan il-merkurju joriġina prinċipalment mill-faħam li jintuża f’xi power stations għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Jintuża ukoll fil-batteriji u f’xi proċessi industrijali.

 

L-merkurju meta bħala riżultat ta’ ħruq ta’ faħam jew għal xi raġuni oħra jsib ruħu fl-atmosfera ma jirrispettax il-funtieri fil-mixja tiegħu. Fost oħrajn jakkumula f’affarijiet li nieklu bħall-ħut. (ara per eżempju r rapport intitolat Mercury in Fish. A Global Health Hazard. Ippubblikat dan ix-xahar : Frar 2009)

 

Dan imbagħad jakkumula fina u f’uliedna b’konsegwenzi kbar għas-saħħa tagħna lkoll. Għalhekk huwa importanti li l-merkurju jkun ikkontrollat aħjar.

 

L-inizzjattiva tal-Gvern ta’Obama hi pass kbir il-quddiem u tawgura tajjeb għall-kooperazjoni internazzjonali fil-qasam tal-ambjent.

 

Il-5 Bozoz ta’ Lawrence Gonzi

bulb_5 

 

Kif tħabbar fil-budget f’data mhux il-bogħod ser nirċievu voucher li jintitolana nġibu 5 bozoz energy savers mill-ħanut tal-għażla tagħna.

Dawn il-bozoz jużaw bejn 66% u 80% inqas enerġija mill-bozoz li aħna mdorrijin nużaw u jibqgħu tajbin għall-użu għall-perjodu ferm itwal.

 

 Issa li l-Gvern beda il-kampanja favur dawn il-bozoz li jaħlu anqas hemm ħtieġa ukoll ta’ kampanja edukattiva dwar :

a)       kemm hu utli li nagħmlu użu minn dawn il-bozoz biex ma naħlux elettriku,

b)       kif niddisponu mill-bozoz li jkunu spiċċaw,

c)       x’għandna nagħmlu meta tinkiser bozza.

 

L-utilita’ tal-użu ta’ dawn il-bozoz m’għandix dubju li jifhimha kważi kulħadd. Mhux ċajta li tifranka sa 80% tal-elettriku li normalment tuża’ biex iddawwal id-dar.

Xi ħaga importanti li s’issa għadu ma ntqal xejn dwarha f’Malta hu kif niddisponu minn dawn il-bozoz energy savers meta jintemm l-użu tagħhom. Dawn il-bozoz fihom ammont żgħir ħafna ta’ merkurju, sustanza perikoluża li insibuha ukoll f’ammont ferm ikbar fit-termometri u l-barometri li għandna minnhom fi djarna. Meta bozza energy saver tispiċċa allura ma tistax tintrema mal-iskart normali u dan biex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-merkurju li hu meqjus bħala hazardous waste. Jiena naħseb li l-WasteServe, l-aġenzija tal-Gvern li tieħu ħsieb l-immaniġjar tal-iskart għandha teduka u tinforma lill-pubbliku ta’ x’għandu jsir f’dan ir-rigward.

 

Meta tinkiser bozza m’għandniex nallarmaw ruħna. Kif jgħidu l-esperti f’pajjiżi oħra huwa importanti li meta tinkiser bozza nagħtu ċans lit-trab tal-merkurju joqgħod, jiġifieri li ma jkunx għadu fl-arja u b’hekk ma nassorbuhx man-nifs. Id-Dipartiment tal-Ambjent Ingliż fil-fatt jirrakkomanda li l-kamra li fiha tinkiser bozza energy saver għandha tkun evakwata għal 15-il minuta. Nistenna li l-awtoritajiet f’Malta jispjegaw b’mod iżjed ċar x’għandu jsir

Issa li l-Gvern iddeċieda nittama li jibda kampanja pubbliċitarja ta’ tagħrif biex b’hekk kulħadd ikun infurmat u kulħadd ikun jaf kemm jaqbel nużaw il-bozoz energy savers, kif niddisponu minnhom u x’għandu jsir jekk tinkiser bozza.

 

Ara ukoll dawn il-links :  BBC        u      DEFRA     

 

 

Dik il-bozza

bulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpgbulb_52.jpg

Fil-kampanja elettorali li għada kif intemmet, kemm il-manifest elettorali tal-Alternattiva Demokratika kif ukoll dak tal-Partit Nazzjonalista jitkellmu dwar l-għoti ta’ bozoz energy saving b’xejn.

Issa dawn il-proposti huma frott ta’ pika tajba. Huma motivati mill-idea li n-nies jiġu mħajra ma jaħlux. Għax il-bozza li ma taħlix tiswa iktar, għall-bidu biex jitħajru jew biex ma jitgerrxux nies saret il-proposta tal-għotja ta’ bozoz b’xejn. Hi proposta li saret ukoll u ġiet attwata f’pajjiżi oħra. Miżura żgħira li ftit tinvolvi spejjes imma kien hemm ukoll min ipprova jirredikolha.

Tfisser li taħli inqas elettriku (inqas surcharge) u allura tnaqqas l-impatti ambjentali li jeffettwaw lil kulħadd. Teffettwa lil butek, lill-kaxxa ta’ Malta u lis-saħħa ta’ kulħadd minħabba inqas emissjonijiet !

Imma hemm affarijiet oħra li m’huwiex ċar jekk humiex qed jiġu meqjusa bir-reqqa neċessarja. Il-bozoz energy savers fihom ammont żgħir ta’ merkurju. X’passi qed jittieħdu biex dawn il-bozoz, meta jagħmlu żmienhom ma jispiċċawx mal-bqija tal-iskart ? Jekk bozza tinkiser nafu li t-trab tal-merkurju li fihom jista’ jkun ta’ periklu ? Tajjeb li jkun hemm min jispjega ftit.

Għal iktar informazzjoni ara ftit dan l-artiklu ‘Shining a light on hazards of fluorescent bulbs