Id-demmiela fi Triq Żgħawri L-Munxar

 

Mela mill-Munxar hemm applikazzjoni (PA2406/18) quddiem l-Awtoritá tal-Ippjanar biex f’razzett eżistenti tkun żviluppata demmiela li tiġbor fiha d-demel minn numru ta’ irziezet.

Issa dan ir-razzett fejn iridu jagħmlu din id-demmiela huwa viċina ħafna taż-żona residenzjali.

Mhux biss.

Imma xi snin ilu kienu intefqu ammont sostanzjali ta’ fondi Ewopej (qaluli madwar €500,000) biex Triq Żgħawri tkun “upgraded” minħabba li kienet qed tiġbed ħafna nies għal mixjiet fil-kampanja. (ara ritratt) Il-fondi ġew mill-European Agricultural Fund for Rural Development : Axis 3, Improving the Quality of Life in Rural Areas!

L-applikazzjoni għadha fil-bidu u bħalissa qed niġbor l-informazzjoni għax ġejt mitlub minn xi residenti tal-Munxar ħalli nippreżenta oġġezzjoni f’isimhom quddiem l-Awtoritá tal-Ippjanar.

Id-demmiela mhux postha fi Triq Żgħawri. Jekk ifittxu sew bla dubju jsibu post addattat li ma jagħti fastidju lil ħadd.