Mhux kulħadd bħal Salvu

Għamel tajjeb il-Kap tal-Opposizzjoni li rrefera t-trasferiment tal-art fPembroke fejn hemm l-Istitut għall-Istudji Turistiċi għand l-Awditur Ġenerali għal investgazzjoni, għax dan hu trasferiment li fih bosta irregolaritajiet.

Ftit ħin wara li Simon Busuttil għamel id-dikjarazzjoni li ser imur għand l-Awditur Ġenerali huwa irċieva SMS li biha ċ-CEO tal-kumpaniji ta Silvio Debono talbu lura l-flus li kienu ngħataw bħala donazzjoni lill-PN. Hu ċar għal kulħadd li dan mgħamlux brispett lejn il-liġi, jew minħabba li jrid is-serjetá, iżda bi tpattija immedjata. Kuntrarjament għal dak li qal il-Kap tal-Opposizzjoni dan ma kienx rikatt iżda ritaljazzjoni għal dak li kien diġa intqal.

Imma bħala riżultat ta din ir-ritaljazzjoni min-naħa ta Silvio Debono, sirna nafu mingħand l-istess Debono li fl-2016 huwa kien intalab jagħmel ħlasijiet ta 70,800 għal servizzi li ma kellux bżonn imma li kienu ser iservu għall-ħtiġijiet ta Partit Nazzjonalista. Debono żied jgħid li tħejjew invoices u ħallashom.

Ħadd ma jista jeħodha kontra l-Kap tal-Opposizzjoni li mar għand l-Awditur Ġenerali biex dan jinvestiga dak li jidhru li huma irregolaritajiet kbar. Imma bla dubju dan il-pass tajjeb ta Simon Busuttil ma jikkanċellax l-abbużi li qed ikun allegat li saru dwar donazzjonijiet lill-Partit Nazzjonalista li ukoll jeħtieġu li jkunu investigati.

Huwa ovvju li Debono mhux qed jitkellem għax iħobb l-ordni, is-serjetá u l-osservanza tal-liġi. Imma jekk dak li qed jgħid Debono seħħ, u nistennew li jkunu prodotti l-provi dwar dan, dan huwa abbuz gravi u jeħtieġ li jkun investigat.  Dan mhux tfettieq kif qed jippruvaw jgħidu xuħud.

Jekk dak li qed jgħid Debono seħħ ifisser li nkisru l-iktar prinċipji bażiċi tal-liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi. Nistenna li ma ndumux ma naraw kopja tal-irċevuti u l-kontijiet li nħarġu biex jiġġustifikaw il-ħlas.

L-istorja ma tieqafx hawn. Għax dan kollu għandu konsegwenzi li m’humiex żgħar.

Jekk ippruvat, dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista jipprietka s-serjetá fil-pubbliku, imma imbagħad, fejn ma jidhirx, jagħmel mod ieħor.

Jekk ippruvat dan ifisser li hi illużjoni li naħsbu li wara dawk l-uċuħ mimlija qdusija hemm min għandu rieda tajba.

Ifisser fuq kollox li filwaqt li qatt mgħandna nagħlqu l-bibien għal ħadd, irridu noqgħodu bseba għajnejn il-ħin kollu għax bejn dak li jidher u dak li hemm fil-fatt tezisti differenza kbira.

Għax kif tista tippreżenta front wieħed u magħqud kontra l-korruzzjoni jekk min jilgħaba tal-paladin tal-imġieba tajba jgħid mod fid-deher u jagħmel ieħor meta ma jidhirx. Mhux kulħadd għandu fiduċja għamja f’Simon Busuttil bħalma għandu Salvu. Dak jaħseb li l-maħmuġ jista xi darba jirreklama l-indafa. Erħilu li sa ftit ilu kien konvintissimu li mhemmx xtagħżel bejn il-PN u l-PL. Imma issa ikkonverta u donnu nesa’ kollox.

Dak li naraw bgħajnejna u mmissu bidejna ma nistgħux ninjorawh. Il-ħmieġ jibqa’ ħmieġ, jagħmlu min jagħmlu. Imma meta jitwettaq minn min jagħmel il-ġurnata kollha jipprietka l-indafa, tajjeb ukoll li jkun ċar li mhux qed jirnexxielu jgħaddina biżżmien.

 

 

Marlene bħal stenbħet …………… u Salvu Mallia?

 marlene-farrugia-simon-busuttil      salvu-mallia

Marlene Farrugia bħal stenbħet u ndunat li l-PN kien qed jgħaddiha biżżmien. Inqeda biha fid-dimostrazzjonijiet kontra l-korruzzjoni u favur il-governanza tajba. Waqt li Simon Busuttil kien qiegħed jippontifika dwar il-governanza tajba, il-partit tiegħu kien fl-istess ħin qiegħed jitliegħeb quddiem Silvio Debono biex dan jimpalalu l-euros biex jitħallsu l-pagi tal-partit. Marlene għaġġlet u żbaljat.

Il-maskra tal-ipokrezija politika tal-Partit Nazzjonalista, issa inkixfet u Marlene tħossha li ġiet ittraduta. L-ewwel ittradiha Joseph u issa reġgħet ingidmet minn Simon. Donna ma titgħallem qatt!

Xgħandu xi jgħid Salvu Mallia li illum hu parti mill-PN għax bela il-kliem kollu li qal kontra żżewġ partiti l-kbar meta fdaqqa waħda ħass li l-PN kien ippurifikat. Salvu Mallia fetaħ il-kanuni fuq Mario de Marco. Issa xser jgħidilna fuq l-ipokrezija politika ta Simon Busuttil. Għax issa qiesu immuta.

Forsi issa jkun hemm iktar min jifhem kemm kellha raġun Alternattiva Demokratika li ma ħaditx sehem fid-dimostrazzjonijiet li organizza l-PN. Iżżmien tana raġun, sfortunatament, li l-PN ma tistax tafdah kif għamlu Salvu Mallia u Marlene Farrugia.

Meta Salvu Mallia kellu raġun!

salvu-mallia

Il-lingwaġġ politiku tal-lum donnu mar il-baħar. Ilu ftit li qabad din it-triq imma forsi din, issa, hi ftit iktar ovvja minn qatt qabel.

Matul din il-ġimgħa kelmiet li instemgħu spiss kienu ħalliel u giddieb. Ngħiduha kif inhi: jekk pajjiżna jrid jagħzel bejn ħalliel u giddieb huwa tassew veru miskin.

Kellu raġun Salvu meta kien qal li ma hemmx x’tagħżel bejn il-Labour u l-PN: qieshom l-istess. Għax daqqa jerda’ wieħed u daqqa jisraq l-ieħor.

Ikun tajjeb li għall-Parlament li jmiss la nagħżlu ħallelin u l-anqas giddibin.

Kellu raġun Salvu Mallia. Ħasra imma, li fil-mument li induna li kellu raġun donnu reġa’ bdielu!

Kif qal tant tajjeb Simon Busuttil, kieku Malta pajjiż normali l-Prim Ministru Joseph Muscat ilu li irreżenja. Għandu raġun. Imma jiena kieku jiena inżid ngħid li miegħu imisshom ilhom li irreżenjaw ukoll numru mhux żgħir mill-Ministri kif ukoll Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra.

Bħan-nagħaġ ta’ Bendu

naghag-ta-bendu

Il-viżjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista dwar il-politika fMalta tipprova tittratta lill-votanti bħan-nagħaġ ta Bendu. Għax il-ħarsien tad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, skond il-PN u s-segwaċi fidili tiegħu, huma assigurati biss permezz tal-Partit Nazzjonalista u għaldaqstant it-taqbida t-tajba tista issir biss permezz tiegħu u taħt it-tmexxija tiegħu.

Għal uħud, il-pluraliżmu hu tajjeb biss għaċċikkulata u, forsi, ftit għax-xandir!

Matul ix-xhur li ġejjin, bħalma jiġri kważi qabel kull elezzjoni ġenerali, bla dubju qed tikber l-għajta tal-Partit Nazzjonalista u ta dawk li jinċensawh dwar il-ħtieġa ta koalizzjoni kontra Joseph Muscat u l-Partit Laburista u dak kollu li dawn jirrappreżentaw.

Il-politika ta Simon Busuttil tidher differenti minn dik tal-predeċessur tiegħu. Lawrence Gonzi kien esprima lilu innifsu diversi drabi kontra anke l-idea innifisha ta koalizzjoni li ġieli ddeskriviha bħala kalċI avvelenat li jippreferi li ma jmissx.

Imma fir-realtá, għalkemm Simon Busuttil qed jipprietka ħafna dwar koalizzjoni kontra l-korruzzjoni, fil-prattika qed imexxi l-quddiem process ta assimilizzazzjoni ta kull min jaħseb li jista jikkompeti lill-Partit Nazzjonalista għall-voti, anke bl-iżjed mod remot. Beda bSalvu Mallia li illum hu parti mill-Partit Nazzjonalista u presentement għaddej bil-proċess tal-assimilazzjoni tal-partit ta Marlene Farrugia. Milli qed jingħad jidher li dan il-proċess wasal fit-tmiem tiegħu.

Koalizzjoni ma issirx billi nimxu bħan-nagħaġ ta Bendu wara l-Partit Nazzjonalista. Imma issir bejn partiti politiċi differenti wara li dawn jaqblu fuq programm politiku komuni kif ukoll dwar il-mod kif dan għandu jitwettaq. Għandi dubju kemm il-Partit Nazzjonalista qatt jista jasal li mhux biss jagħmel xi forma ta kompromess fuq il-proposti li jrid ipoġġi quddiem l-elettorat, imma iktar minn hekk dwar kemm hu lest li jaċċetta li jikkampanja ukoll favur ideat u idejali ta partiti politiċI oħra. Għax jekk ser nitkellmu fuq koalizzjoni pre-elettorali jfisser li jrid ikun ifformulat programm politiku aċċettabbli għall-elementi kollha ta din il-koalizzjoni.

Programm politiku ta koalizzjoni pre-elettorali jinvolvi ferm iktar minn ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tat-tmexxija tajba fl-istrutturi tal-istat. Jinkludi firxa sħiħa ta oqsma li dwarhom partiti politiċi differenti għandhom fehmiet differenti. Xi drabi differenzi żgħar imma xi minn daqqiet differenzi sostanzjali. Dan ma jgħoddx biss għall-politika ambjentali, imma jgħodd ukoll għall-edukazzjoni, għall-politika soċjali kif ukoll għall-politika fiskali, dik ekonomika u dik kulturali, fost oħajn.

Koalizzjoni politika teħtieġ li tkun mibnija fuq dan il-pedament bażiku, jiġifieri ftehim programmatiku, inkella ma jkollix direzzjoni jew skop ċar għajr li tiġbor lil kulħadd fmerħla waħda l-uniku skop reali li jidher li għandu bħalissa l-Partit Nazzjonalista.

Koalizzjoni li issir bxi mod ieħor tkun biss ezerċizzju li jittratta lill-Maltin bħan-nagħaġ ta Bendu.

ippubblikat fuq Illum : 12 ta’ Frar 2017

 

Basics for coalition building

green-light

It happens on the eve of most general elections in Malta. We are once more being bombarded with comments emphasising the need to set up a pre-electoral coalition in order to present a united opposition to Joseph Muscats Labour Party.

The Leader of the Opposition, as a self-appointed messiah, has reiterated many a time that the country can only be delivered from the clutches of corruption if it unites under his leadership in opposition to Joseph Muscat, the Labour Party and all that they represent. It is claimed that he can deliver us from all evil!

In public fora, Simon Busuttil speaks in favour of setting up a coalition against corruption, yet privately – far away from the glaring spotlight – he is actively working on trying to assimilate within the Nationalist Party those whom he thinks can help increase his own partys vote tally. He has successfully recruited Salvu Mallia and is apparently currently in the final stages of the process of assimilating Marlene Farrugias Democratic Party within the Nationalist Party.  

In my view this can in no way be described as the manner in which to go about assembling a pre-electoral coalition of political parties. Rather, it is an attempt by the Nationalist Party at cannibalising other political parties, an exercise which, in fairness, has been going on for years. Just like the Labour Party, the Nationalist Party has, to date, demonstrated that the only coalition that made any sense to them was the one within their own parties, as both of them have, over the years, developed into grand coalitions – at times simultaneously championing diametrically opposed causes.

Real pre-electoral coalitions are assembled in a quite different manner. They should be formed on the basis of a commonly agreed political platform – one which plots an agreed electoral programme as well as the manner in which this should be implemented by the coalition partners.

Given its method of operation to date, I have reasonable doubts as to whether the Nationalist Party is able to compromise on its electoral pledges as well as to whether it can ever agree to take on board (at least) the basic issues championed by the other political parties with which it may seek to form a coalition. If a pre-electoral  coalition is ever to be formed, the coalitions electoral platform must be acceptable to all the constituent elements of that coalition.

An agreed electoral platform would address much more than issues of corruption and governance – on which there is a general common position. An agreed electoral platform would necessarily be all-embracing and range from environmental matters to education, social, economic, fiscal and cultural policy, as well as all other matters so essential in running the country.

A pre-electoral coalition must of necessity be constructed on the basis of this agreed electoral platform, a crystallisation of thought and political direction shared by the political parties forming the coalition. The process to achieve such an agreed shared electoral platform is long and laborious, as a multitude of red lines have to be agreed on or else overcome. It is an exercise that should be based on mutual respect in contrast to the often acrimonious relationship so prevalent in local politics.

By its very nature, a pre-electoral coalition, if formed, signifies a commitment to do away with, once and for all, two-party politics and consequently signifies the substitution of the politics of confrontation with the politics of consensus.

This would be a watershed in Maltese politics and this is the real challenge, if we wish to move forward.

published in The Malta Independent on Sunday: 12 February 2017

Salvu Mallia qed jitfewwaq spiss

 tifwieqa

 

It-tifwieq huwa naturali. Imma b’daqshekk ma jfissirx li nieħdu gost jew niftaħru bih. Fil-fatt hu normali li meta taħrablek tifwieqa tgħatti ħalqek u tiskuża ruħek. Jekk minn waħda jiġu tnejn jew iktar, imbagħad ifisser li jkun wasal iż-żmien li twarrab ftit għax ma tkunx ta’ quddiem in-nies.

Bħalissa Salvu Mallia qed jitfewwaq spiss. Sfortunatament, dawk ta’ madwaru flok ma jistiednuh iwarrab ftit sakemm forsi jiġi ftit f’siktu, qed jiftaħru bih, għax, jgħidu, li l-lingwaġġ tiegħu jirrifletti l-weġgħat tan-nies tat-triq.

Il-lingwaġġ li juża Salvu Mallia huwa dak li jħossu komdu biex jesprimi ruħu bih. Il-lingwaġġ ikkulurit ma jagħmel ħsara lil ħadd imma dak insolenti jagħmel il-ħsara: kemm lil min jgħidu kif ukoll lil min jirċievieh.

Mhux sinjal tajjeb li irġajna nżilna f’dan il-livell.

 

Simon Busuttil u l-kannibaliżmu politiku

salvu-times-230916

Simon irid koalizzjoni. Koalizzjoni kontra l-korruzzjoni. Imma l-koalizzjoni m’għandiex tkun biss kontra l-korruzzjoni, imma fuq kollox għandha tkun koalizzjoni favur it-tmexxija għaqlija (good governance).

Għal Simon Busuttil l-unika mod kif tieħu forma din il-koalizzjoni hi jekk tinġabar fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Fil-prattika dan ifisser li Simon Busuttil irid li jibla l-partiti ż-żgħar billi jipprova jikkondizzjonhom illi jekk huma kontra l-korruzzjoni (u favur it-tmexxija għaqlija) posthom hu mal-Partit Nazzjonalista. Dan qiegħed jingħad b’mod ċar ħafna bħal per eżempju fl-editorjal tat-Times ta’ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru 2016 intitolat How many a Salvu is there?

It-Times bħal Simon tgħid li “Given our electoral system, to achieve that realistically would mean that people like Mr Mallia, Dr Farrugia and others who share the same ideals would have to stand on the PN ticket even if they might not feel totally at home with the party.”

Imma t-Times iżżid tgħid li dan kollu (li l-koalizzjoni isseħħ ġewwa l-PN) hi “an issue of concern”. Għax, ikompli jargumenta l-editorjal tat-Times, li tirbaħ elezzjoni mhux kollox. Għax wara irid ikollok il-kapaċità li tiggverna.

L-editorjal jirreferi għall-instabilità tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi b’referenzi speċifiċi għal Franco Debono u Jeffrey Pullicino Orlando u jagħti parir lill-Partit Nazzjonalista li jekk qed joħlom dwar l-allejanzi għandu jaħseb fit-tul, għax l-allejanzi għandhom ikunu ibbażati “on sound political principles and on a clear and agreed electoral programme”. Dan hu l-messaġġ rejali tat-Times u mhux il-lixka li bela sa grixmejh Salvu Mallia. Il-Times ġustament qed temfasizza li x-xogħol rejali tal-koalizzjoni li qed joħlom biha Simon jibda wara l-elezzjoni u allura huwa importanti ħafna li koalizzjoni tkun mibnija fuq programm politiku miftiehem u mhux li individwi jintelqu fi ħdan partit avolja jafu (kif iddikjara Salvu Mallia innnifsu) li hemm diversi affarijiet li dwarhom ma jaqblux mal-istess partit.

Il-proposta ta’ Simon Busuttil hi ibbażata fuq il-kannibaliżmu politiku. Koalizzjoni serja min-naħa l-oħra tkun ibbażata fuq programm politiku miftiehem u fuq ir-rispett sħiħ tal-elementi kollha li jiffurmawha. Ma hemmx lok għal fiduċja għamja. Il-fiduċja għamja fit-tmexxija politika, bħala pajjiż, wasslitna sal-punt diżastruż li qegħdin fih illum.

Is-soluzzjoni għall-kriżi etika fil-politika Maltija mhiex li tkun ikkonsolidata sistema ta’ Parlament b’żewġ partiti imma li jkollna Parlament b’iżjed minn żewġ partiti. Ma hemmx bżonn emendi fil-liġijiet tal-pajjiż biex dan ikun jista’ jsir. Isir meta jirnexxielna nfehmu lin-nies li din hi is-saħħa rejali tal-vot ta’ kull wieħed u waħda minna.

Għax filwaqt li hu importanti li min m’għandux idea ta’ tmexxija għaqlija (good governance) jaqla’ ċamata tajba fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, huwa daqstant ieħor importanti li l-ebda partit politiku ma jkollu iktar il-kontroll assolut tal-makkinarju tal-istat.

Din hi l-ikbar u l-aħjar garanzja kontra l-korruzzjoni u favur it-tmexxija għaqlija.

Il-kummiedji ta’ Salvu Mallia

salvu-mallia-illum-marzu16

 

Salvu Mallia persuna interessanti. Jimxi bi pjan. B’saqajh mal-art u mingħajr kummiedji.

F’Marzu li għadda f’intervista fl-Illum kien qalilna li f’Malta “għandna żewġ partiti li daqqa jerda’ wieħed u daqqa jisraq l-ieħor”.

L-Independent illum tgħidilna li Salvu Mallia huwa lest li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li ġejja mal-Partit Nazzjonalista.

Forsi Salvu Mallia jgħidilna ftit x’inhu biħsiebu jagħmel issa. Għax billi fi kliemu stess ta’ ftit xhur ilu qalilna li f’Malta “għandna żewġ partiti li daqqa jerda’ wieħed u daqqa jisraq l-ieħor” forsi ddeċieda li jagħżel waħda minn dawn ż-żewġ attivitajiet. Dejjem sakemm m’għandux xi pjan li jibdel il-PN. Pjan li s’issa b’ħażen kbir, għadu ma qal xejn dwaru.

Il-kummiedja tkompli! Awguri Salv.

Salvu Mallia f’pajjiż tal-Mickey Mouse

Mickey-mouse

 

Salvu Mallia ħadha bi kbira li l-programm tiegħu Madwarna mhux ser ikun parti mill-iskeda tal-ħarifa ta’ TVM. Ma ntagħżilx għall-iskeda li jmiss, bħal Times Talk. Ta’ Times Talk min-naħa l-oħra kienu qed jistennewha! Għax rifsu l-kallijiet.

Salvu Mallia kellu l-istil tiegħu li, għalkemm mhux bilfors jogħġob lil kulħadd kien kapaċi jwassal messaġġ ta’ apprezzament dwar dak kollu li hawn madwarna. Messaġġ li kien jinftiehem minn uħud li soltu ma jagħtux każ. U għalhekk laħaq uħud li forsi ma ntlaħqux qabel.

Jiena ma naħsibx li Salvu Mallia u Times Talk jippretendu li jkollhom ċens perpetwu fuq TVM. Kif inhu xieraq, iċ-ċens perpetwu hu riżervat għal programmi ta’ kwalità għolja ħafna. Probabbilment li ġie meqjus illi Times Talk u l-programm ta’ Salvu Mallia għalkemm kienu tajbin ma laħqux il-livell għoli ħafna ta’ programmi bħal Realtà.

Għax ngħiduha kif inhi, biex iżżomm fuq l-iskeda programm bħal Realtà, bilfors li tkun tikkunsidrah bħala programm ta’ kwalità għolja ħafna.

Ovvjament dan ifisser li ma nifhmux l-istess ħaġa meta ngħidu “kwalità għolja”. Imma dawn huma l-konsegwenzi li ngħixu f’pajjiż tal-Mickey Mouse.