L-istupru t’Għawdex

Il-PLPN kontinwament jipperfezzjonaw l-istrateġija tagħhom dwar l-istupru t’Għawdex. Din l-istrateġija illum il-ġurnata jispjegawha fil-wegħdiet elettorali tagħhom.  Sfortunatament, f’din il-ħidma tagħhom għandhom l-appoġġ ta’ għaqdiet bħall-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija li għadhom kif ħarġu dokument bil-prijoritajiet li huma qed jipproponu għall-leġislatura li jmiss.

Il-mina taħt il-fliegu bejn Malta u Għawdex, għalihom tibqa’ prijorità. Ma’ dan issa żdied mitjar rurali. Jidher li jridu jassiguraw li l-istupru li qed jippjanaw fuq Għawdex ikollu effett massimu.

Il-mina proposta mhiex għan-nies iżda għall-karozzi. Hi mina dipendenti b’mod assolut fuq il-karozzi u l-inġenji kummerċjali oħra li jkunu jistgħu jagħmlu użu minna. Kull waħda minn dawn il-karozzi jew inġenji kummerċjali tħallas biex tgħaddi mill-mina. Il-vijabilità ekonomika tal-mina tiddependi milli jkunu mħajjra jagħmlu użu minna l-ikbar numru possibli ta’ karozzi.

F’wieħed mill-istudji li saru kien ħadem stima li bħala riżultat tal-mina proposta, il-moviment ta’ karozzi bejn Malta u Għawdex jimmultiplika ruħu bi tlieta, minn 3000 moviment kuljum għal 9000 movement kuljum. L-istudju hu intitolat Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options.  Dan l-istudju kien ikkummissjonat mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija  u  Transport Malta.

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdija qegħda fuq quddiem nett fl-isforz biex Għawdex ikun stuprat. Flimkien mal-PLPN iridu jerfgħu r-responsabbiltà għall-konsegwenzi.

X’sens jagħmel li żżid bi tlett darbiet il-moviment tal-karozzi Maltin fit-toroq Għawdxin? It-toroq Għawdxin jifilħu għal dan? Għandna nissagrifikaw il-kwalità tal-arja f’Għawdex ukoll?  Jagħmel sens li nesportaw il-problemi tat-traffiku minn Malta għal Għawdex?

It-tweġiba ovvja għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet hi le. Bosta minnha huma konxji li t-toroq Għawdxin ma baqax fejn tqiegħed labra fihom u dan bħala riżultat tal-karozzi li diġa qed jaqsmu l-fliegu f’dan il-mument.

Anke fit-toroq Għawdxin hemm il-ħtieġa li jonqsu l-karozzi.  Diġa hemm wisq. Ma jagħmilx sens li jiżdiedu. Dan imur kontra dak kollu li jipprovdi l-pjan nazzjonali għat-trasport. Dan il-pjan japplika għal-Għawdex ukoll.

Is-servizz tal-fast-ferry service, jekk organizzat sewwa b’mod li jwassal in-nies f’punti differenti tul il-kosta Maltija, jibqa’ soluzzjoni tajba. B’hekk tkun assigurata mobilità sostenibbli bejn il-gżejjer.  Imma biex dan ikun effettiv, jeħtieġ ukoll transport pubbliku iffukat u faċilitajiet aħjar fil-port tal-iMġarr Għawdex. Dan jassigura mobilità aħjar b’impatt ambjentali sostanzjalment imnaqqas.  

Il-pjan nazzjonali għat-trasport, ippubblikat mill-Gvern Laburista jemfasizza l-ħtieġa li jonqsu l-karozzi mit-toroq tagħna. Il-proposta għal mina bejn Malta u Għawdex tikkontradixxi dan il-pjan. Għalfejn il-Gvern jieħu parir, iħallas għalih minn fondi pubbliċi u imbagħad jinjorah? Għaliex il-Gvern qiegħed kontinwament jinjora l-pjan tat-trasport tiegħu stess?

Jekk il-proġett tal-mina isseħħ, dan ser ikun il-kawża ta’ ħsara ambjentali sostanzjali kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.  F’Malta ser jinqered il-villaġġ trogloditiku tal-Għerien fil-limiti tal-Mellieħa. F’Għawdex ser jinqered ammont mhux żgħir ta’ raba’ f’ Ta’ Kenuna, limiti tan-Nadur.

Hemm iktar soluzzjonijiet biex tkun indirizzata l-mobilità bejn Malta u Għawdex. Dan jirrikjedi li niffukaw fuq il-mobilità tan-nies. Jirrikjedi li nindirizzaw id-dipendenza li żviluppajna fuq il-karozza, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Sakemm nieħdu d-deċiżjoni li nibdew nindirizzaw din id-dipendenza, kull soluzzjoni li nippruvaw, ftit tista’ tkun effettiva.  

Ilna nopponu l-proposta għall-mina sa mill-ewwel jum minn meta, madwar għaxar snin ilu, din ġiet proposta mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdija bl-appoġġ tal-PLPN. Jekk inti ukoll ma taqbilx li issir din il-mina żomm quddiem għajnejk li huma biss membri parlamentari eletti f’isem ADPD li jistgħu jmexxu l-quddiem l-idejat tiegħek.  

Bl-appoġġ tiegħek nhar is-26 ta’ Marzu hu possibli li dan l-istupru li l-PLPN qed jippjanaw nevitawh.

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2022

The rape of Gozo

The PLPN have elevated their strategy to accelerate the rape of Gozo to manifesto status. Unfortunately, they are supported in their endeavours by the likes of the Gozo Business Chamber which has just issued its key priority areas for the next legislature.

The tunnel below the Gozo Channel remains a priority on their books. To this they have now added a “rural airfield”. It seems that they want to ensure that their planned rape has maximum effect on Gozo.

The proposed tunnel is a tunnel for cars not for people.

The proposed Gozo tunnel is dependent on cars and other vehicles making use of it. It is these cars which will be subject to the payment of tolls. Maximising such vehicular use is crucial for the proposed tunnel to make any economic sense.

One of the studies carried out, which is in the public domain, had estimated that as a result of the proposed tunnel, the current daily movements of vehicles between Malta and Gozo would be trebled from 3000 daily movements to 9000 daily movements. The study entitled Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options was commissioned some years back by the Gozo Business Chamber together with Transport Malta.

The Gozo Business Chamber is in the front seat in this effort to rape Gozo. Together with the PLPN it has to shoulder responsibility for the consequences.

Does it make sense to treble the daily vehicle movements on Gozitan roads? Do Gozitan roads have that capacity? Should we sacrifice air quality in Gozo too? Does it make sense to export traffic problems from Malta to Gozo? The obvious answer to all these questions is a clear no. Most of us are aware that Gozitan roads are already bursting at the seams as a result of the number vehicles crossing over at this point in time.

Cars should be decreased on Gozitan roads too! There are already too many on the road. Increasing them exponentially is not on. This is the antithesis of the underlying theme of the National Transport Master Plan.

The fast-ferry service, suitably organised and servicing multiple destinations along the Maltese coast, is the potential long-term solution to ensure having a reasonable and sustainable mobility between the islands. In order for this to be effective, however, it has to be buttressed by a more focused public transport service and substantially improved port facilities at Mġarr Gozo. This will ensure better mobility with a much-reduced environmental impact.

The National Transport Master Plan published by this Labour administration advocates the need to reduce the number of cars on our roads. The proposal for the Gozo tunnel contradicts this objective. Why does government seek advice and then ignore it? Why does government repeatedly ignore its own Transport Master Plan?

If the tunnel materialises, it will result in significant environmental damage in both Malta and Gozo. On the Malta side it would include the obliteration of the troglodytic village at l-Għerien in the limits of Mellieħa. In Gozo it would ruin extensive agricultural holdings in the Ta’ Kenuna area, in the limits of Nadur.

There are other solutions which can adequately address the mobility between Malta and Gozo. It does however require thinking outside the box and focusing on the real issue: the sustainable mobility of people. This would require a bold initiative of addressing head-on car-dependency in both Malta and Gozo. Until we take the decision to start shedding our car- dependency, however, no solution can be really effective.

The Green Party has been opposing the proposal for an undersea tunnel continuously since it was first tabled by the Gozo Business Chamber and supported by the PLPN, around ten years ago. If you disagree with this tunnel proposal kindly note that it is only green members of parliament on the ADPD list that can represent your views.

Your support on the 26 March is essential to prevent this from happening.

Published in The Malta Independent on Sunday: 13 March 2022

Mina : rovina

Il-mina proposta bejn Malta u Għawdex, għal darba oħra qegħda fl-aħbarijiet.

Waqt konferenza stampa, iktar kmieni matul il-ġimgħa, kelliema tal-PN fissru kif jaħsbuha dwar il-mina proposta bejn Malta u Għawdex. Bħas-soltu jippruvaw jogħġbu liż-żewġ naħat (favur u kontra l-mina), din id-darba bil-proposta ta’ referendum dwar jekk il-mina għandhiex issir jew le.

Kieku kellu jseħħ referendum ta’ din ix-xorta, dan għandu jinvolvi lil kulħadd, u mhux biss lill-Għawdxin. Dan billi l-impatti negattivi tal-mina, jekk isseħħ, ser jolqtu liż-żewġ naħat tal-fliegu: kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.  

Mid-dettalji li nafu s’issa dwar il-mina, hu magħruf li f’Malta din ser tibda minn ħdejn l-Għerien, villaġġ ċkejken, villaġġ trogloditiku fil-limiti tal-Mellieħa. Kif jixhed ismu dan il-villaġġ hu parzjalment fl-għerien, fejn kienu jgħixu uħud mill-ewwel abitanti f’dawn il-gżejjer. Riżultat tat-tħaffir għall-mina dan il-villaġġ ser jinqered kompletament. F’Għawdex, min-naħa l-oħra, l-mina tibda fl-inħawi Ta’ Kenuna, fil-limiti tan-Nadur b’impatt qawwi u negattiv fuq il-biedja lokali.  

Tajjeb li neżaminaw mill-ġdid uħud mill-argumenti għala mhemmx ħtieġa ta’ mina li kull ma ser iġġib hu rovina.  

Il-mina proposta bejn Malta u Għawdex ser tkun tiddependi mill-karozzi w inġenji oħra li għax jagħmlu użu minnha jħallsu. Biex il-mina tagħmel sens ekonomiku n-numru ta’ karozzi u inġenji li jagħmlu użu mill-mina jrid ikun wieħed sostanzjali.  F’wieħed mill-istudji li saru u li hu pubbliku kien hemm estimu li l-moviment ta’ karozzi u inġenji oħra bejn Malta u Għawdex jiżdied bi tlett darbiet, minn tlett elef kuljum għal disat elef kuljum. L-istudju hu intitolat Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options u kien ikkummissjunat mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija flimkien ma’ Transport Malta.

Jagħmel sens li l-karozzi li kull jum jiżdiedu fit-toroq Għawdxin jiżiedu bi tlett darbiet? It-toroq Għawdxin jifilħu għal dan? Għandna nissagrifikaw il-kwalità tal-arja f’Għawdex ukoll?  Jagħmel sens li nesportaw il-problemi tat-traffiku minn Malta għal Għawdex?  it-tweġiba ovvja għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet hi: le, dan ma jagħmilx sens. Bosta minna huma konxji li anke illum, it-toroq Għawdxin diġa ma jifilħux għat-traffiku li jiġi minn Malta kuljum.

Is-servizz tal-katamaran (fast-ferry service) li riċentement beda jitħaddem għandu l-potenzjal għal soluzzjoni fit-tul biex tkun indirizzata b’mod raġjonevoli l-mobilità sostenibbli bejn il-gżejjer.  Imma dan is-servizz, waħdu, mhux biżżejjed, jeħtieġ li jkun rinfurzat mis-servizz tat-trasport pubbliku kif ukoll minn faċilitajiet aħjar fil-port tal-Imġarr Għawdex.

Mid-dibattitu tul ix-xhur qed tissaħħaħ l-idea li minbarra r-rotta diretta bejn l-Imġarr u l-Port il-Kbir jista’ jkun utli li jkun hemm xi waqfiet. Din hi proposta li tajjeb li tkun ikkunsidrata, imma irridu noqgħodu attenti li din ma tkunx skuża li warajha tinħeba strateġija biex jiżdied l-iżvilupp mal-kosta, b’mod partikolari dawk il-partijiet tal-kosta li għadhom mhux mittiefsa. Ikun tajjeb li nillimitaw ruħna għall-infrastruttura kostali eżistenti.

L-iżvilupp tas-servizz tal-katamaran, b’dan il-mod, mhux biss iwassal għal ħolqa effiċjenti u permanenti bejn il-gżejjer. Iwassal ukoll għal tnaqqis ta’ karozzi mit-toroq tagħna, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.  

Il-mina proposta mhiex soluzzjoni, hi problema, iġġib rovina. Nistgħu nsolvu l-problemi ta’ mobilità bis-sens komun. Is-servizz tal-katamaran hi waħda minn dawn is-soluzzjonijiet: issolvi problema illum mingħajr ma tgħabbi l-ġenerazzjonijiet futuri.  

ippubblikata fuq Illum : 8 t’Awwissu 2021

The Gozo tunnel white elephant

The Gozo tunnel issue is once more on the agenda. It forms part of the Father Christmas politics of the Nationalist and the Labour Party.

At a press conference earlier during the week, spokespersons on behalf of the PN put forward their arguments on the Gozo tunnel, as usual trying to straddle both sides of the debate through a proposal for a referendum as to whether the tunnel should proceed or not!

If such a referendum were to take place it should involve everyone and not just Gozitans, as the proposed tunnel will have considerable (negative) impacts on both sides of the Channel.

The details of the proposed tunnel, as known to date, signify that the tunnel will have a Malta starting point close to the troglodytic hamlet at l-Għerien in the limits of Mellieħa which hamlet would, as a result, be completely obliterated. At Gozo the tunnel will start at Ta’ Kenuna, within the limits of Nadur impacting considerably the agricultural community in the area.

It would be pertinent however to reiterate some of the arguments as to why we do not need another white elephant.

The proposed Gozo tunnel is dependent on cars and other vehicles making use of it, consequently paying the relevant tolls. Maximising such vehicular use is crucial for the proposed tunnel to make any economic sense. One of the studies carried out, which is in the public domain, had estimated that the current daily movements of vehicles between Malta and Gozo should be trebled from 3000 daily movements to 9000 daily movements. The study entitled Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options was commissioned by the Gozo Business Chamber together with Transport Malta.

Does it make sense to treble the daily vehicle movements on Gozitan roads? Do Gozitan roads have that capacity? Should we sacrifice air quality in Gozo too? Does it make sense to export traffic problems from Malta to Gozo? The obvious answer to all these questions is a clear no. Most of us are aware that Gozitan roads are already bursting at the seams as a result of the vehicles crossing over at this point in time.

The fast-ferry service, recently commencing operation is the potential long-term solution to having a reasonable and sustainable mobility between the islands. It has however to be buttressed by a more focused public transport service and better port facilities at Mġarr Gozo.

The debate over the months has suggested that in addition to a direct Mġarr-Valletta-Mġarr route one could consider intermediate stops on the coast along the route. This is an option worth considering in some depth. Care should however be taken that this would not increase development along the coast, particularly in those stretches of the coast which are still in an almost natural state. The preference for establishing intermediate stops should go for existing coastal infrastructure which could be improved.

The further development of the fast-ferry service would thus not only lead to a permanent efficient link between the islands, but also to a considerable reduction of cars from our roads on both sides of the Channel.

The proposed tunnel is not a solution, it is a problem. We can solve our mobility problems by opting for common sense solutions. The fast-ferry service is one such solution: it solves today’s problem without burdening future generations.

published in The Malta Independent on Sunday : 8 August 2021

Il-mina bejn Malta u Għawdex: lil hinn mill-ponta ta’ mneħirna

Il-mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex ser tkun mina għall-karozzi u mhux mina għan-nies. Biex din tagħmel sens ekonomiku ser ikollha tiddependi minn żieda fit-traffiku bejn il-gżejjer u għaldaqstant tikkontradixxi l-ispirtu tal-Pjan Nazzjonali għat-Trasport sas-sena 2025.

Tajjeb li niftakru li l-Pjan Nazzjonali għat-Trasport imfassal fl-2016 mill-Gvern Laburista jenfasizza li l-linja politika dwar it-transport u l-ippjanar tiegħu f’Malta baqgħet qatt ma ħares fit-tul. Dan ikkaġuna “nuqqas ta’ direzzjoni strateġika u n-nuqqas ta’ kapaċità li jkunu ndirizzati materji diffiċli, bħar-restrizzjonijiet dwar karozzi privati.”

Minflok ma jippresenta politika maħsuba biex tindirizza t-tnaqqis tal-karozzi privati mit-toroq tagħna, l-Gvern u l-aġenziji tiegħu baqgħu għaddejin b’ħidma li tkompli ssaħħaħ id-dipendenza mill-karozzi privati. Dan qed isir permezz ta’ investiment eċċessiv fl-infrastruttura tat-trasport lokali. Dan l-investiment qed isir bil-għan li jżid iżjed karozzi minn kemm filfatt jesgħu t-toroq tal-pajjiż, u dan biex jissodisfa lin-negozjanti tal-karozzi. Importanti ukoll li nirrealizzaw li ladarba l-emmissjonijiet mit-trasport jirrappreżentaw l-ikbar kontribut tagħna għaż-żieda tal-karbonju fl-arja, dawn qegħdin ixekklu l-politika dwar it-tibdil fil-klima li kull Gvern sensibbli jenħtieg isegwi. Dan minkejja li l-Gvern jiftaħar li kien minn tal-ewwel li segwa u beda jimplimenta l-konklużjonijiet tas-summit ta’ Pariġi dwar il-klima.

Fil-konferenza stampa il-Ministri Ian Borg u Justyne Caruana saħqu li l-investituri li ser jinvestu fil-mina għandhom jimmiraw lejn mina li tkun kapaċi tiffaċilita l-moviment ta’ 9,000 karozza kuljum bejn il-gżejjer. Dan ifisser illi jiġi ġġenerat livell ta’ traffiku li jlaħħaq it-tripplu ta’ dak li għandna illum, b’mod konsistenti mal-projezzjonijiet tal-istudju li għamlet id-ditta E-cubed rigward il-vijabilità ekonomika tal-proġett. Dan l-istudju kien ġie kkummissjonat minn Transport Malta u l-Kamra Għawdxija tal-Kummerċ.

Il-ħlas li jkun meħtieġ li jsir għall-użu tal-mina, jiġifieri t-toll, jiddetermina kif jinġabru lura l-ispejjes biex tiġi żviluppata l-mina u biex din tibqa’ topera tul is-snin. Dan kollu jiddependi minn kemm il-mina tintuża mill-karozzi. L-esiġenza li mill-mina jgħaddi l-ikbar traffiku possibli hija l-bażi li ssejjes l-esistenza tal-mina, għax mingħajr dan it-traffiku ma jinġabrux il-flejjes li għandhom jagħmlu tajjeb għall-ispejjes u l-profitti ta’ min ser jidħol għal dan “l-investiment”. Imma dan min-naħa l-oħra jmur kontra objettiv bażiku tal-Pjan Nazzjonali għat-Trasport li bi kliem ċar jispjega li t-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq hu essenzjali jekk tassew irridu nħarsu lil hinn mill-ponta ta’ mneħirna.

L-ammont ta’ ħlas li ser jinġabar mill-utenti tal-mina ser jiddependi mill-ispiża meħtieġa biex din tiġi żviluppata u mill-ħtieġijiet tal-operat tagħha. Ir-rapporti tal-konferenza stampa li saret iktar kmieni din il-ġimgħa ma taw l-ebda indikazzjoni dwar l-istima ta’ din l-ispiża. F’dan l-istadju dan jinftiehem għax għadu ma ġie iffinalizzat l-ebda diżinn. Hemm ukoll raġuni partikolari oħra. L-informazzjoni dwar il-ġejoloġija tal-Fliegu inġabret biss dan l-aħħar u mhemm l-ebda dubju li ser ikun meħtieġ iżjed iżjed tagħrif speċifiku rigward iż-żoni problematiċi. L-istudji mistennija li jkollhom impatt kemm fuq id-disinn finali u kemm fuq l-ispiża li tirriżulta u allura fuq il-ħlas li jkun meħtieg li jintalab mill-utenti tal-mina.

Rari ħafna li proġetti bħal dawn isegwu l-istima tal-ispejjes. Pereżempju, rigward il-każ tal-mina bejn il-power station tal-Marsa u dik ta’ Delimara nafu li l-ispiża finali kienet viċin id-doppju tal-istima iniżjali u dan minħabba in-nuqqas ta’ informazzjoni ġeoloġika. Minħabba dan sfrondaw partijiet mill-mina waqt li kien għaddej ix-xogħol u kellhom isiru ħafna iżjed xogħolijiet, fosthom ċerti bidliet f’partijiet mir-rotta tal-mina nifsha!

Min-naħa l-oħra l-ispiża fuq iċ-Channel Tunnel bejn Folkestone f’Kent u Coquelles ħdejn Calais qabżet l-istima b’madwar 80 fil-mija u dan minkejja li kienu saru studji ġeoloġiċi dettaljati.

Fl-aħħar l-ispiża reali ser tkun bejn is-600 miljun u biljun euro, u din ser tiddependi mid-disinn finali u mid-diffikultajiet ġeoloġiċi li ser jaffaċċja t-tħaffir tal-mina taħt il-Fliegu.

Dejjem jekk isir, dan il-proġett ser iħalli impatti ambjentali sinifikanti, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, fosthom li qerda tal-villaġġ trogloditiku fl-Għerien, fil-limiti tal-Mellieħa.

Hemm soluzzjonijiet oħra li jistgħu jindirizzaw b’mod adegwat il-mobilità bejn il-gżejjer Maltin. Irridu nkunu kapaċi naħsbu b’mod kreattiv sabiex insibu soluzzjoni għall-problema reali tal-mobilità tan-nies, iżjed minn dik tal-karozzi. Dan jista’ jseħħ biss jekk nieħdu inizjattivi li bihom naslu ninfatmu mid-dipendenza tagħna mill-karozzi. Dment li ma naslux sa dan il-punt m’aħniex ser inkunu nistgħu nsibu soluzzjoni sostenibbli.

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020

 

Gozo tunnel depends on maximising car movements

The Gozo-Malta undersea tunnel is a tunnel for cars, not for people. It is, in fact, the antithesis of the underlying theme of the National Transport Master Plan for 2025.

It is pertinent to remember that the Transport Master Plan, drawn up in 2016 by the present government, emphasises that the approach to transport planning and policy in Malta has, to date, generally been short-term in nature. This “has resulted in the lack of strategic direction and the inherent inability to address difficult issues such as private vehicle restraint.”

Instead of presenting a rigorous policy addressing private vehicle restraint, the government and its agencies are continuously seeking to reinforce car-dependency through the encouragement of excessive investments in the local transport infrastructure. This investment aims at increasing the capacity of our roads and consequently dances to the tune of the car lobby. Also, knowing that emissions originating from transport are currently the major contributor to carbon emissions in Malta, encouraging car-dependency is directly opposite to the climate change policy which any sensible government should follow at this point in time.

The Gozo-Malta undersea tunnel is no exception. This week’s press conference by Ministers Ian Borg and Justyne Caruana emphasised the fact that the brief for would-be investors is a tunnel that should have a capacity of 9,000 vehicle movements on a daily basis. This is three times the current movement of vehicles between the islands and is in line with the projections of the 2015 E-cubed study commissioned by Transport Malta and the Gozo Business Chamber dealing with an economic cost benefit analysis of the available strategic options.

The toll to be charged – and, consequently, the tunnel’s economic performance – is dependent on generating the maximum traffic possible. Maximising traffic underpins the very existence of the tunnel. This runs counter to the basic objective of the National Transport Master Plan 2025 which – in crystal clear language – spells out the reduction of cars from our roads as the long-term objective of Malta’s National Transport Policy.

The toll which will eventually have to be paid is also dependent on the costs to be incurred in the development and the operation of the tunnel. Reports on this week’s press conference do not indicate any estimated cost which is, at this stage,  understandable in view of the fact that the design of the tunnel is not yet cast in stone. There is, however, a specific reason for this: geological information of relevance has been compiled very recently and it will undoubtedly require additional studies focusing on problem areas, which studies will have a significant bearing on both the actual design as well as the eventual cost and consequently the toll expected.

This type of projects very rarely follow estimated costs; the tunnel linking the Marsa and Delimara powers stations in Malta, for example, overshot its projected costs by around 100 per cent due to the absence of adequate geological information. As a result, parts of the tunnel caved its construction, necessitating a substantial amount of additional work, including redirecting parts of it.

On the other hand, expenditure on the Channel Tunnel linking Folkestone in Kent to Coquelles near Calais exceeded the projected estimates by around 80 per cent, notwithstanding the availability of detailed geological studies.

At the end of the day, the actual costs of the tunnel will be anything between 600 million and one billion euros, depending on the actual design as well as the geological issues encountered below the Gozo Channel.

If the tunnel materialises, it will result in significant environmental damage in both Malta and Gozo, including the obliteration of the troglodytic village at l-Għerien in the limits of Mellieħa.

There are other solutions which can adequately address the mobility between Malta and Gozo. It does however require thinking outside the box and focusing on the real issue: people mobility. This would require a bold initiative of addressing head-on car-dependency in both Malta and Gozo. Until we take the decision to start shedding our car- dependency, however, no solution can be achieved.

published in The Malta Independent on Sunday: 12 January 2020

Aħdar ir-risposta

(diskors li għamilt illum is-Sibt 6 t’April 2019 f’egħluq Laqgħa Ġenerali Straordinarja li approvat il-kandidati u l-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika għall-elezzjonijiet ta’ Mejju 2019)

Il-Manifest Elettorali li għadna kif iddiskutejna u approvajna huwa mibni fuq erba’ argumenti: l-ugwaljanza, l-ekoloġija, is-saħħa u d-demokrazija. Hija r-rabta kontinwa li nfittxu bejn il-politika ambjentali u l-politika soċjali.

Kif ngħidu fil-Manifest li għadna kif approvajna, “Biex tkompli tinbena Ewropa b’saħħitha li tiddefendi liċ-ċittadin hemm bżonn li tissaħħaħ id-demokrazija. Id-demokrazija trid titħaddem dejjem iżjed fl-istituzzjonijiet kollha, b’mod li d-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu mhux biss ikunu trasparenti imma fuq kollox jittieħdu minn persuni eletti u politikament kontabbli. Iċ-ċittadini għandu jkunilhom possibli li jinvolvu ruħhom direttament f’dan il-proċess demokratiku.

Għal dan l-iskop, anke l-lobbying għandu jkun trasparenti, b’regoli ċari li japplikaw għal kulħadd. (hu ta’ sodisfazzjoni li illum qrajna fil-gazzetti li l-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika beda jaħdem dwar l-ewwel regoli dwar il-lobbying)

Għax mhux aċċettabbli f’soċjetà Demokratika li ma jkunx magħruf min qed jipprova jinfluwenza d-deċiżjonijiet, kif u għaliex.

Dan ma’ jgħoddx biss fl-Unjoni Ewropeja imma fuq kollox għandu jgħodd f’kull wieħed mill-istati membri.

Ir-rapporti ippubblikati dwar Malta mill-Kunsill tal-Ewropa, mill-Kummissjoni Venezja u il-GRECO (il-kumitat kontra l-korruzzjoni) lilna ma ssorpreduniex. Fihom ħafna affarijiet li mhux biss Alternattiva Demokratika ilha żmien titkellem dwarhom imma dwarhom ukoll għamilna proposti konkreti matul is-snin, inkluż fil-Manifesti Elettorali differenti.

Il-Gvern qed jipprova jiddefendi ruħu li l-kritika qed issir dwar liġijiet li saru żmien ilu li l-gvern tal-lum wiret mingħand il-gverijiet ta’qabel. Filwaqt li f’numru ta’ kazijiet dan hu minnu jibqa’ l-fatt li l-Gvern preżenti sabha komda li jibqa’ għaddej fuq dak li sab, għax hu komdu ħafna li meta tiġi dahrek mal-ħajt twaħħal f’ dawk li ġew qablek.

Ħu per eżempju l-poteri li għandu l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Intern li jawtorizza l-intercettazzjoni tat-telekomunikazzjoni (tapping). Ma kellniex bżonn li l-GRECO jiġbdulna l-attenzjoni għaliha din. Ilna ngħiduha, kif għamilna anke fil-Manifest Elettorali tal-2017 ta’ AD. Kif jista’jkun li jibqa’ jkun il-politku li jiddeċiedi jekk jingħatax permess jew le biex isir it-tapping? Kif ser jiddeċiedi l-politiku meta jkun iffaċċjat b’talba biex ikunu investigati dawk ta’ madwaru? Dan mhux konflitt ta’ interess kbir? Hu għalhekk li ilna ngħidu li l-awtorità li jsir it-tapping għandha tingħata lill-ġudikatura li bla dubju tfittex li toqgħod attenta illi fil-ġlieda kontra l-kriminalità mhux biss titwarrab il-politika partiġjana u l-protezzjoni tal-ħbieb tal-politiku imma fuq kollox tassigura li jkun imħarsa d-drittijiet fundamentali.
Għidna ferm iktar minn hekk. Fl-2017 fil-Manifest Elettorali tkellimna ukoll fuq l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) fejn insistejna li m’għandiex tkompli tkun imexxija mill-AG (Avukat Ġenerali) u li r-rapporti tagħha m’għandhomx imorru għand il-Pulizija imma direttament għand il-Magistrat tal-Għassa. Irid ikun assigurat li r-rapporti tal-FIAU meta jaslu għand il-Pulizija ma jispiċċawx fil-bir tas-skieken imma li dawn ikunu investigati sewwa u li jittieħdu passi kull fejn jirriżulta meħtieġ.

Il-Kummissjoni Venezja u l-GRECO qalulna li istituzzjonijiet f’Malta għandna ħafna imma li dawn huwa dgħajfa. Qalu tajjeb, imma l-opinjoni pubblika f’Malta ilha konxja minn dan. Imma dan ġie injorat mill-Gvern immexxi mill-Partit Laburista. Il-PN min-naħa l-oħra, kellu jkun fl-Opposizzjoni biex jirrealizza dwar id-djgħufija tal-istituzzjonjijiet. Uħud minnhom ħoloqhom hu stess, iddiżinjati dgħajfa apposta, u dwar oħrajn sakemm inqeda għalaq għajnejh.

Huwa f’dan il-kuntest li ilna naħdmu għal dawn is-snin kollha.
Il-ħidma tagħna f’din il-kampanja elettorali b’differenza is-soltu mhiex limitat inkella iffukatan kważi esklussivament fuq il-Parlament Ewropew. Għall-ewwel darba qed niffaċċjaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kollha fl-istess jum.

Ser nippreżentaw tal-inqas 9 kandidati, l-parti l-kbira minnhom żgħażagħ li qed jikkontestaw għall-ewwel darba fuq il-Mellieħa (Luke Caruana), Marsaskala (Daniel Desira), B’Kara (Anna Azzopardi), Naxxar (James Gabarretta), u Ħaż-Żebbuġ (Samwel Muscat). Għandna ukoll Irlandiż li jgħix Malta (Donal Kelly) li offra s-servizz tiegħu bħala kandidat fuq ix-Xgħajra u l-attivist ambjentali fil-Gżira (Jamie Mercieca). Ma dawn ngħodd ukoll lill-veteran tagħna fil-Kunsill Lokali ta’ H’Attard Ralph Cassar, li issa ilu jiġi elett għal snin twal – madwar għoxrin sena.

Grazzi lilkom ilkoll li qed toffru s-servizz tagħkom.

Ma dawn kollha, bħala partit iddeċidejna li għandi nikkontesta jiena ukoll fil-lokalità ta’ San Ġiljan. Għażilna din il-lokalità għax bħala partit irridu nagħtu kontribut dirett lir-residenti f’San Ġiljan li qed jiffaċċjaw problemi kbar. San Ġiljan hu fost dawk il-lokalitajiet li huma l-iktar milquta mill-iżvilupp bla rażan li bħalissa qed iħarbat il-ħajja ta’ kuljum ta’ bosta mill-Maltin.

Fiċ-ċentru tal-ħidma politika tagħna bħalissa hemm il-ħarsien tal-ambjent urban. Tul dawn il-ġimgħat dorna diversi lokalitajiet nitkellmu dwar il-kundizzjonijiet tat-toroq, dwar il-politika tat-trasport intenzjonata biex tkompli iżżid il-karozzi fit-toroq, dwar in-nuqqas ta’ aċċessibilità kif ukoll dwar it-teħid tal-ispazji pubbliċi, inkluż il-bankini, min-negozji għad-detriment tar-residenti.

F’diversi lokalitajiet, primarjament mal-kosta r-residenti ġew ridotti għal priġuniera f’darhom għax il-bankini okkupati minn imwejjed u siġġijiet li qed joħlqu diffikultajiet kbar kemm għall-aċċess tar-residenti għal djarhom kif ukoll għal servizzi bażiċi bħall-ġbir tal-iskart.

It-traskuraġni amministrattiva tul is-snin irrediet lokalità bħall-B’Kara bħala lokalità perikoluża kull meta jkollna maltempata. B’Kara għadha tiffaċċja l-għargħar kull meta jkun hawn ħalba xita, qawwija u mhux. Il-Gvernijiet repetutament fittxew li jindirizzaw l-effett u ftit li xejn saret ħidma dwar il-kawża ta’ dan kollu. Parti mhux żgħira mill-bini ta’ dan l-aħħar ħamisn sena fiħ nuqqas ta’ bjar (jew bjar ta’ qisien żgħar) bil-konsegwenza li f’kull ħalba xita miljuni ta’ litri ta’ ilma tax-xita jispiċċa fit-toroq ta’ B’Kara flok fil-bjar li suppost inbnew. Dan mhux biss hu ħtija ta’ nuqqas ta’ bjar f’B’Kara imma ukoll fil-lokalitajiet fil-madwar. F’dan is-sens B’Kara hi l-vittma ta’ amministrazzjoni pubblika inkompetenti li tul is-snin injorat ir-responsabbiltà li tara illi kull binja hi mgħammra b’bir ta’ daqs adegwat.

Hemm il-ħtieġa li nenfasizzaw iktar fuq il-ħtieġa li tkun implimentata mingħajr iktar dewmien l-istrateġija nazzjonali dwar it-trasport li teżiġi li jonqsu l-karozzi mit-toroq tagħna, primarjament għax m’għandniex bżonn din il-kwantità ta’ karozzi. Għandna bżonn investiment ikbar fit-trasport pubbliku, inkluż transport pubbliku reġjonali u lokali għax dan iservi biex inaqqas l-użu ta’ karozzi privati fit-toroq tagħna għal distanzi qosra. Irridu nirrealizzaw li 50% tal-vjaġġi li jsiru bil-karozzi privati fit-toroq Maltin isiru għal distanzi qosra li jdumu inqas minn 15-il minuta.

Fuq kollox hemm bżonn ta’ investiment ikbar fl-infrastruttura lokali, iffukata fuq il-ħtieġa li niffaċilitaw dejjem iktar l-aċċessibilità għal in jagħżel li jimxi inkella li jsuq ir-rota.

Il-kwalità tal-ambjent urban jirrifletti l-kwalità tal-ħajja tagħna. Jeffettwa l-arja tant essenzjali biex ngħixu. Jeffettwa l-ispazji pubbliċi tant essenzjali biex bħala l-pulmun tal-lokalitajiet tagħna jagħtuna in-nifs u l-ispazju fejn ngħixu.

Il-karozzi ħadulna t-toroq. In-negożji ħadulna l-bankini. Irriduhom lura. Dawn huma essenzjali għall-ħajja urbana. Huma l-ispazji pubbliċi bażiċi li flimkien mal-pjazez tagħna jimmarkaw lill-komunitajiet tagħna.

Neħtieġu toroq u bankini li jkunu aċċessibli għal kulħadd. Il-Kunsilli Lokali, għandhom ikunu fuq quddiem biex iħeġġu lill-gvern sabiex mis-€700 miljun li qed jipproġetta bħala nefqa biex jirranġa t-toroq, jitbiddlu ukoll il-bankini. Ħafna minnhom saru biex jaġevolaw il-karozzi fil-garaxxijiet bil-konsegwenza li diversi bankini spiċċaw tlajja u nżul kontinwi b’detriment għal min huwa vulnerabbli. Bl-istess mod, il-Kunsilli Lokali għandhom jaraw li l-bankini ikunu ħielsa minn ostakli li ħafna drabi iġiegħlu lir-residenti, partikolarment dawk l-iktar vulnerabbli jimxu fin-nofs tat-triq.

Għal kunsilliera f’isem Alternattiva Demokratika, din hija kwistjoni prijoritarja ta′ aċċessibilità għar-residenti kollha.

Irridu nsellmu lill-dawk il-kunsilliera kollha li tul is-snin ħarġu għonqhom b’konvinzjoni kbira biex inħarsu l-wirt storiku u l-wirt ekoliġiku ta’pajjiżna. Mhux xogħol faċli. Ħidma li f’Alternattiva Demokratika nagħmluha bla waqfien. Uħud mill-proġetti l-kbar li huma fuq l-aġenda tal-pajjiż għax-xhur u s-snin li ġejjin huma ta’ ħsara kbira. M’għandix f’moħħi biss il-mina bejn Malta u Għawdex li barra li mhiex meħtieġa ser tagħmel ħsara mhux biss lill-Għawdex fit-totalità tiegħu imma ukoll lill-agrikultura madwar in-Nadur f’ Ta’ Kenuna kif ukoll lill-Wied tal-Pwales u z-zona tal-Għerien fil-limiti tal-Mellieħa. Iktar kmieni din il-ġimgħa ippreżentajna oġġezzjini għall-bini tat-torri tat-Toyota f’Ħaż-Żebbuġ li qed ifittex li joħloq mostru ta’ 14-il sular, 11 minnhom il-fuq mit-triq f’zona li ser ikollha impatti kbar fuq ir-residenti ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Aħna qegħdin hawn biex inservu. Ilkoll.

Qed noffru mill-ġdid is-servizz tagħna fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsilli Lokali. Hi ħidma li ser tkun imsejsa fuq il-valuri bażiċi li fuqhom hi mibnija l-ħidma ħadra: l-għarfien ekoloġiku, il-ġustizzja soċjali, id-demokrazija parteċipattiva, n-non-vjolenza, s-sostenibilità u r-rispett lejn id-diversità.

Qegħdin nippreżentaw Manifest li jiftaħ il-bibien u t-twieqi għal żiffa li tnaddaf, għal diskussjoni li tfittex risposti għall-mistoqsijiet u teżamina s-soluzzjonijiet possibli. Irridu b’mod kontinwu nisfidaw l-istatus quo u f’dan il-proċess inneħħu l-għanqbut li hemm f’diversi irkejjen mhux biss f’Malta imma ukoll fi Brussell.

Il-politika ħadra tfisser li ma tibża’ tiddiskuti xejn.

Jekk inti tfittex u tistaqsi kif il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll tista′ tkun aħjar, kif għandha tonqos u eventwalment tkun eliminata l-emarġinazzjoni, kif tissaħħaħ id-demokrazija, m’għandekx wisq minn fejn tagħżel.

Pajjiżna ma jistax jibqa’ b’rasu fir-ramel: għalhekk l-aħdar hu r-risposta għall-mistoqsijiet tiegħek.

Alternattiva Demokratika hi l-unika garanzija li leħen kulħadd jinstema’ .

 

Il-Manifest Elettorali issibu hawn

Il-mina mhix soluzzjoni: hi problema

Il-mina li hi proposta taħt qiegħ il-baħar bejn Għawdex u Malta ser ikollha impatti negattivi konsiderevoli kemm fuq Għawdex kif ukoll fuq Malta. L-iżjed wieħed ovvju hu l-ġenerazzjoni ta’ madwar miljun u nofs metru kubu ta’ radam li ser jispiċċa fil-baħar. Dan ser jagħti bidu għal ħmar il-lejl ambjentali ieħor: għax l-iżviluppaturi ma baqgħalhomx fejn “jiżviluppaw” fuq l-art! Qed ifittxu l-ispazju. L-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi diġa identifikat fejn dan jista’ jsir. Mhux ta’ b’xejn li r-residenti tax-Xgħajra qed jirvellaw.

Il-problemi assoċjati mal-mina proposta huma bosta. Art agrikola madwar il-punti tad-dħul, fuq iż-żewġ naħat, kemm f’ Ta’ Kenuna fil-limiti tan-Nadur kif ukoll ħdejn

L-Għerien fil-periferija tal-Mellieħa u ma tul il-wied tal-Pwales ser ikollha tagħmel il-wisgħa. Din ser tispiċċa tkun trasformata f’toroq kif ukoll f’faċilitajiet għall-kontroll tad-dħul fil-mina. Magħhom imbagħad jiżdiedu pompi tal-petrol, kull naħa tal-mina.

Hu ċar, minn dak magħruf s’issa, li d-dħul għall-mina min-naħa ta’ Malta ser ikun viċin ħafna tal-ilma tal-pjan tal-Miżieb, jekk mhux dritt minn ġo fih ukoll! Dan l-ilma tal-pjan hu f’kundizzjoni tajba, l-aħjar wieħed fil-gżejjer Maltin. Din kienet ukoll waħda mir-ragunijiet ewlenin l-għaliex fil-passat riċenti kellhom ikunu abbandunati żewġ proġetti kbar fl-inħawi, dak tal-golf course u ieħor konness mat-toroq (in-network TEN-T).

Għandu jingħad ukoll li volum kbir ta’ traffiku ser ikun iġġenerat u dan ser jgħaddi viċin ħafna tar-riżerva naturali tas-Simar fix-Xemxija. Il-ħsejjes, id-dwal u t-tniġġiż tal-arja ser ikollhom impatt negattiv konsiderevoli fuq ir-riżerva, b’mod partikolari matul il-lejl, ħin li fih in-natura ukoll tfittex li tistrieħ.

Dawn il-problemi li inevitabilment jinħolqu mill-mina għandhom iwasslu lil min hu rasu fuq għonqu biex ifittex soluzzjoni alternattiva biex titjieb il-konnettività bejn Għawdex u Malta. Soluzzjoni li tevita dawn il-problemi u iktar.

Ħa nkun ċar: il-konnettività bejn il-gżejjer ta’ Għawdex u Malta teħtieġ titjib konsiderevoli: is-soluzzjoni imma, mhiex il-mina. Is-soluzzjoni għandha tkun waħda li tiffaċilita l-moviment bejn il-gżejjer mingħajr ma żżid mal-problemi li diġa għandna. B’mod partikolari għandna nevitaw li nkabbru l-problema tat-traffiku iktar milli hi diġa. Dan nistgħu nagħmluh jekk niżviluppaw soluzzjoni li tnaqqas flok ma tkabbar id-dipendenza tagħna fuq il-karozzi.

Hu stmat li l-mina proposta ser iżżid il-medja kull jum tal-movimenti tat-traffiku bejn il-gżejjer mit-3000 tal-lum għal madwar 9000: żieda bi tlett darbiet fuq perjodu ta’ ħmistax-il sena. Wieħed ma jridx wisq għerf biex jifhem dawn iċ-ċifri, li nsibuhom ukoll fl-istudju ekonomiku kkummissjonat fl-2015 mill-Awtorità tat-Trasport u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija. Għax il-ħlas biex tgħaddi mill-mina ser jinġabar minn fuq kull karozza u allura d-dħul ser jiddependi mill-ġenerazzjoni tal-ikbar ammont possibli ta’ traffiku. L-eżistenza tal-mina tiddependi fuq dan: bla traffiku ma tistax teżisti. Dan imur kontra l-oġġettiv ewlieni tal-Pjan Nazzjonali tat-Trasport (National Transport Master-Plan 2025) li fi kliem mill-iktar ċar jispjega kemm it-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq tagħna hu l-mira fit-tul tal-politika tagħna dwar it-trasport.

Is-soluzzjoni meħtieġa trid tindirizza l-moviment tan-nies u mhux il-moviment tal-karozzi. L-unika soluzzjoni raġjonevoli allura hi l-introduzzjoni ta’ katamaran (fast ferry service) bejn Għawdex u Malta: bejn l-Imġarr f’Għawdex u punti varji mal-kosta f’Malta li jistgħu jinkludu x-Xemxija, Tas-Sliema u l-Belt Valletta. Ma dan imbagħad ikun hemm ħtieġa tat-titjib tas-servizz tat-trasport pubbliku minn fejn jieqaf il-katamaran għall-bqija tal-pajjiż.

Hu essenzjali li s-soluzzjonijiet li nagħżlu għall-problemi tagħna tat-trasport ikun jħarsu fit-tul ħalli nnaqqsu u mhux inżidu l-problemi li nħallu lil ta’ warajna.

Ippubblikat f’Illum: il-Ħadd 3 ta’ Frar 2019

The proposed Tunnel is not a solution: it is a problem

The proposed tunnel below the seabed linking Malta and Gozo will have considerable negative impacts on both Gozo and Malta. The most obvious one is the generation of around one and a half million cubic metres of bits of rock which will be dumped into our seas, kick-starting another environmental nightmare, land reclamation. The construction lobby has run out of space to “develop” on land. The Environment and Resources Authority has already started identifying potential sites. The residents of Xgħajra have good reason to be up in arms.

The problems associated with the proposed tunnel are manifold. Agricultural land around the two points of exit of the proposed tunnel will be gobbled up: at Ta’ Kenuna on the outskirts of Nadur, and close to L-Għerien, on the periphery of Mellieħa and further along the Pwales valley. This agricultural land will make way for the roads and toll-control facilities leading to the tunnel. Then, they will inevitably be complemented by more petrol stations.

On the basis of what is known so far, it is already clear that on the Malta side the tunnel will be bored through or very close to the Miżieb aquifer, which is still in a very good state – the only one on the island so graded. This fact has been one of the determining issues leading to the abandonment of other large scale projects in the area (the golf-course and part of the TEN-T network).

One could also add that a substantial amount of traffic will be channelled very close to the Simar Nature Reserve in Xemxija. The resulting noise, light and air pollution will have a considerable negative impact on the reserve, especially at night, a time when nature seeks its resting time.

The problems generated by the proposed tunnel are substantial. There is, however, a reasonable solution to the connectivity issue.

Let me be clear: connectivity between the islands of Gozo and Malta needs considerable improvement. The proposed tunnel, however, is not the solution. The solution should be one which facilitates movement between the islands without creating more problems than we already have! In particular, we should avoid worsening the traffic problem. This can be done if the solution we seek is not one which increases our car dependency.

It is estimated that the proposed tunnel will increase average daily traffic movements between the two islands from the current 3,000 to a projected 9,000 – a threefold increase estimated over a fifteen-year period. One immediately understands the purpose of these projections referred to in the feasibility study commissioned jointly by Transport Malta and the Gozo Business Chamber in 2015. The toll to be charged – and, consequently, the tunnel’s economic performance – is dependent on generating the maximum traffic possible. Traffic underpins the very existence of the tunnel. This runs counter to the basic objective of the National Transport Master-Plan 2025 which in crystal clear language spells out the reduction of cars from our roads as the long-term objective of Malta’s National Transport Policy.

The solution needs to address the movement of people between the islands, not the movement of cars. The only reasonable solution would be the introduction of a fast-ferry service between Gozo and Malta, between Mġarr in Gozo and various points in Malta, which would include Xemxija, Sliema and Valletta. This should be linked to an improvement in the public transport links between these points and the rest of the country.

It is essential that we seek long-term solutions to our transport problems, such that we do not leave future generations burdened by our problems.

published in The Malta Independent on Sunday – 3 February 2019