Il-liġi elettorali tistabilixxi li kandidat għall-elezzjoni ġenerali m’għandux jonfoq iktar minn €1,400 (l-ekwivalenti ta’ Lm600). Dan l-ammont jinkludi dak li jonfqu f’isem il-kandidat il-“ħbieb tiegħu”.
Kemm-il kandidat ser jinjora dan il-limitu fl-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013 u qiesu ma ġara xejn?
Il-problema mhiex biss l-ammont minfuq, iżda iktar u iktar minn fejn jiġu dawn il-flejjes. Malajr tifhmu għaliex għal sena wara l-oħra jkollna t’kaxkir tas-saqajn biex ikollna liġi suriet in-nies dwar il-finanzjament tal-politika.
Minn fejn jiġu dawn il-flejjes?
Tweġiba żgħira ħadniha meta Noel Borg Hedley, dak li kien Segretarju Privat ta’ Tonio Fenech, Ministru tal-Finanzi, ammetta fil-Qorti, li kkorrompa ruħu billi aċċetta l-flus biex jinfluwenza proċess amministrattiv. Il-flus tal-korruzzjoni li irċieva mingħand żviluppaturi (l-ahwa Jeffrey u Peter Montebello) għamel użu minnhom fil-kampanja elettorali tal-Ministru Tonio Fenech.
Għal Lawrence Gonzi jidher li qiesu ma ġara xejn meta fil-Qorti saret dikjarazzjoni ċara li l-korruzzjoni iffinanzjat il-kampanja elettorali ta’ wieħed mill-Ministri tiegħu.
Qed ngħid wieħed: għax b’dak nafu.