Tnissil assistit

3042164YH001_invitro

L-Ministeru tas-Saħħa ħareġ sejħa għall-offerti biex ikun jista’ jimplimenta l-liġi tal-IVF. Jew biex nitkellmu bil-Malti biex min ma jistax inissel l-ulied b’mod naturali jkun assistit biex dan it-tnissil ikun jista’  jsir.

Il-liġi Maltija dwar l-IVF bit-titlu bombastiku ta’ “Att tal-2012 dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni”  kienet approvat mill-Parlament li għadu kif spiċċa. Din il-liġi tirregola t-tnissil assistit u tillimitah għall-koppji miżżewġa kif ukoll għal dawk il-koppji li għalkemm mhux miżżewġa huma f’relazzjoni stabbli.  Il-liġi hi ċara għax fid-definizzjoni ta’ ġenitur prospettiv (artiklu 2 tal-liġi)   titkellem fuq koppja magħmula minn żewġ persuni ta’ sess oppost.

B’mod ċar mela il-liġi tiddiskrimina kontra koppji ta’ l-istess sess u m’hemm l-ebda dubju li attakkata fuq kriterji ta’ drittijiet umani, u preċiżament fuq il-fatt li tiddiskrimina  jkollha tinbidel b’mod li d-diskriminazzjoni li hi parti intrinsika tal-liġi titneħħa.

Li titneħħa d-diskriminazzjoni mill-liġi jkun pass tajjeb. Il-kontroversja iżda m’hiex ser tisparixxi meta titneħħa d-diskriminazzjoni. Għax id-diskriminazzjoni jkollha titneħħa f’data mhux il-bogħod. Imma mbagħad ikun meħtieġ li niffaċċjaw diversi materji ta’ kontroversja relatata. Irridu nibdew naħsbu dwarhom.

 Kif għandha tkun regolata d-donazzjoni taż-żerriegħa tar-raġel jew tal-bajda tal-mara ? Direttament bejn il-partijiet konċernati b’mod li tista’ tagħti lok għal abbuż?  Permezz ta’ bank għal dan l-iskop?  Bi ħlas jew bi pjaċir?

Xi drittijiet għandu jkollhom il-ġenituri bioloġiċi? Jiena naħseb li l-ġenituri bioloġiċi għandhom jagħtu l-kunsens tagħhom qabel ma jsir it-tnissil fil-laboratorju. Mhux sempliċement jagħtu ż-żerriegħa jew il-bajda. Mhux dan biss. Għandu jkun hemm informazzjoni sħiħa dwar l-identita’ tal-persuni involuti. Mhux informazzjoni pubblika imma informazzjoni li għandha tkun magħrufa bejn il-ġenituri bioloġiċi, l-ġenituri prospettivi u eventwalment l-ulied. M’hemmx lok għal anonimita’. Id-donazzjonijiet taż-żerriegħa tar-raġel u tal-bajda tal-mara jridu jsiru b’mod trasparenti biex kull min ikun involut ikun jaf x’inhu jagħmel u b’hekk jerfa’ sewwa r-responsabbiltajiet tiegħu/tagħha. Dan hu essenzjali l-iktar in konnessjoni ma’ mard ereditarju.  Jiena konxju li dan iwassal għall-argument dwar jekk hux etiku li nagħżlu l-ġenetika tal-ulied għax fil-prattika dan hekk ifisser. Imma din hi l-konsegwenza loġika tal-IVF miftuħa għal kulħadd.  It-tnissil tal-ulied a la carté. Punt li ma jqumx direttament bejn koppji miżżewġin jew koppji f’relazzjoni stabbli.

Hemm imbagħad l-issue tas-surrogate motherhood. Jiġifieri l-ħtieġa li mara tislef jew tikri ġufha biex twelled tarbija li m’hiex tagħha għal ħtieġa ta’ ħaddieħor.  Fil-kuntest wiesa’ tal-applikazzjoni tal-IVF din hi miżura li tista’ tkun meħtiega biex mara jkollha l-ulied (li anke jkunu bioloġikament tagħha) kif ukoll jekk l-IVF tkun tapplika għal koppji tal-istess sess.

Kif għandu jkun regolat dan is-self jew il-kiri tal-ġuf?  Dan mhux sfruttament?  Imma fl-istess ħin mingħajru l-IVF ma tistax tkun verament aċċessibli għal kulħadd.

M’għandix tweġibiet għal dan kollu. F’pajjiżi oħra d-diskussjoni bdiet. S’issa f’Malta ta’ l-inqas fil-pubbliku għad ma bdietx.

L-ebda wieħed mill-partiti politiċi f’Malta għadu ma tkellem fuq dawn l-affarijiet. Għalkemm f’ Alternattiva Demokratika iddiskutejna xi ftit internament is-suġgett l-anqas AD għad ma ħadet posizzjoni. Imma ma nistgħux nibqgħu naħarbu minn dawn l-affarijiet għax l-introduzzjoni tal-IVF ser twassalna inevitabilment biex niffaċċjawhom. Ikun aħjar jekk inkunu ippreparati.

kif ippubblikat fil-blog ta’ iNews it-Tlieta 10 ta’ Settembru 2013

Snippets from AD’s electoral manifesto: (18) Sexual Orientation. Lesbians, Gays, Bisexuals and Transexuals (LGBT).

gay-pride-1009-1280x960

The following extract is taken verbatim from Chapter 15 of AD’s Electoral Manifesto

Sexual Orientation. Lesbians, Gays, Bisexuals and Transexuals (LGBT).

There should be full equality between same-sex couples and heterosexual couples in every aspect of life. The state should open the institution of civil marriage to same-sex couples and hence provide the same rights and obligations to all couples (irrespective of whether they are heterosexual or of the same sex).

Full equality should also be guaranteed, among others, for the right to IVF treatment and to adoption regardless of sexual orientation and civil status.

There should be a national human right and equality plan ensuring full inclusion of LGBT persons in Maltese society. This plan should be developed following a dialogue with the Maltese LGBT community.

There should be a constitutional amendment by means of which discrimination on the basis of sexual orientation and gender identity would be prohibited.

The state should immediately recognise the gender identity of persons who have assumed a new gender identity and this should be reflected in the person’s official documents such as identity card and passport. The state should allow these persons to marry.

Protocol 12 of the European Convention on Human Rights should be ratified, and Malta should take a more active role in the promotion of human rights of LGBT

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 15 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Orjentazzjoni Sesswali.Lesbjani, Gays, Bisesswaliu Transesswali (LGBT).

Għandu jkun hemm ugwaljanza sħiħa bejn koppji tal-istess sess u koppji eterosesswali f’kull aspett tal-hajja. L-istat għandu jiftaħ l-istituzzjoni taż-żwieg ċivili għall-koppji tal-istess sess u għaldaqstant jagħti l-istess drittijiet u obbligi lil kull koppja (kemm dawk eterosesswali kif ukoll dawk tal-istess sess).

Ugwaljanza sħiħa ghandha tkun garantita ukoll, fost oħrajn, għad-dritt għall- IVF u għall-adozzjoni, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali u l-istat ċivili ta’ dak li jkun.

Għandu jkun hemm pjan nazzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet u l-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-persuni LGBT f’kull qasam tal-ħajja. Dan il-pjan għandu jiġi żviluppat bi djalogu mal-komunita’ LGBT.

Għandu jkun hemm emenda fil-kostituzzjoni li permezz tagħha d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali u identita’ tal-generu tiġi ipprojbita.

L-istat għandu immedjatament jagħraf l-identita` tal-ġeneru ta’ persuni li jkunu assummew identita’ ġdida u din għandha tkun riflessa fid-dokumenti uffiċjali tal-persuna bħall-karta tal-identita` u l-passaport. L-istat ghandu jippermetti li dawn il-persuni jiżżewġu.

Għandu jiġi ratifikat Protokol 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u Malta għandha tieħu rwol aktar attiv fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBT fuq livell internazzjonali.

Iż-Żmien jagħtina parir

 

Ir-riżenja ta’JPO mill-Partit Nazzjonalista ma tibdel xejn min-numri Parlamentari. Fil-fatt JPO innifsu iddikjara li dwar materji li hemm fil-programm elettorali ser ikun lejali lejn l-elettorat li eleġġieh u jappoġġa tali proposti.

Dak imma iħalli għad-diskussjoni materji li m’humiex fil-programm elettorali, u nafu li minn dawn hemm ħafna.

Il-Liġi dwar il-Koabitazzjoni, il-Liġi dwar l-IVF, il-Liġi dwar il-Whistleblower m’humiex fil-programm elettorali tal-PN biex insemmi biss tlett miżuri.

U xi ngħidu dwar miżuri li jistgħu jkunu neċessarji fil-budget? Avolja huwa improbabbli li lejlet l-elezzjoni ġenerali  jkun hemm xi miżura iebsa.

Jibqa’ mbagħad miżuri partikolari li jistgħu jittieħdu biex jaġevolaw lil xi ħadd partikolari. Jekk dawn jitressqu għall-iskrutinju tal-Parlament membru parlamentari Indipendenti jħossu liberu dwar dak li għandu jagħmel, nittama. Iż-żmien jagħtina parir.

Dan kollu meta nikkunsidraw il-posizzjoni ta’ JPO. Għad irridu naraw dik ta’ oħrajn !

AD on IVF Parliamentary Recommendations

 

Alternattiva Demokratika – The Green Party welcomed the unanimous approval of the report on In Vitrio Fertilisation (IVF) by the Parliamentary Select Committee on Medically Assisted Procreation chaired by Hon Jean Pierre Farrugia.

Michael Briguglio, AD Chairperson, said: ‘In particular AD welcomes the proposals contained in the report insofar as they address the IVF requirements of both married couples as well as those in a stable relationship. However AD notes that the report does not address access to IVF of those not in a stable relationship. This creates a void in the conclusions of the Select Committee which needs answers’.

Bernardette Mercieca, AD spokesperson for Health added:  ‘AD agrees with the emphasis which the report makes on the need to respect human life and the translation of this into a limitation on the number of embryos which IVF treatment will be permitted to produce coupled with the proposal for embryo adoption to utilise excess embryos. These proposals lay the foundation for ensuring that none of the embryos are destroyed’.

IVF: il-pozizzjoni ta’ AD

Alternattiva Demokratika laqgħet l-approvazzjoni unanima tar-rapport dwar l- In Vitrio Fertilisation (IVF) mill-kumitat parlamentari dwar il-prokreazzjoni bl-assistenza medika, liema kumitat hu mmexxi mill-Onor Jean Pierre Farrugia.

Michael Briguglio, chairperson ta’ AD, qal: ‘AD tilqa’ l-proposti li jaraw il-ħtiġijiet mhux biss ta’ min hu miżżewweġ iżda ukoll ta’ min qiegħed f’relazzjoni stabbli. AD iżda tinnota li r-rapport ma jindirizzax l-aċċess għall-IVF għal dawk li m’humiex f’relazzjoni stabbli. Dan joħloq vojt li jeħtieġ risposti fil-konklużjonijiet tal-kumitat parlamentari’.

Bernardette Mercieca, kelliema ta’ AD għas-saħħa, qalet:  ‘AD taqbel ma’ l-emfazi tar-rapport dwar il-ħtieġa li tiġi rrispettata l-ħajja umana u li ser ikun hemm limitu ta’ embrijuni li jiġu prodotti bit-trattament ta’ l-IVF, kif ukoll li hemm proposta dwar l-adozzjoni ta’ embrijuni żejda. Dawn il-proposti jiżguraw li l-ebda wieħed mill-embrijuni ma jiġi distrutt’.