It-Tibdil fil-Klima: wara t-twissja ta’ Covid-19

 

Il-virus Covid-19 beżbiżna waħda sew u ħarbat il-ħidma ta’ kulħadd. Imma ħdejn l-impatti antiċipati tat-tibdil tal-klima dan hu kollu logħob tat-tfal li dwaru Covid-19 jista’ jitqies bħala prova parzjali. Twissija li forsi tiftħilna ftit għajnejna.

F’Pariġi fis-7.25pm ta’ nhar it-12 ta’ Diċembru 2015, 5,000 delegat li kienu qed jirrappreżentaw 195 pajjiż, unanimament aċċettaw l-evidenza dwar l-impatti tal-klima. Huma għażlu t-triq għall-futur.

Nhar il-25 ta’ Frar 2020 Christiana Figueres u Tom Rivette-Carnac ippreżentawna b’publikazzjoni li għandha tkun ta’ interess kbir. Hi intitolata “The Future We Choose. Surviving the Climate Crisis.” Christiana Figueres, li magħha hu assoċjat il-ftehim ta’ Pariġi, kienet tmexxi l-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda inkarigata mit-Tibdil fil-Klima (UNFCC) bħala Segretarju Eżekuttiv. Tom Rivette-Carnac kien l-istrateġista ewlieni tagħha inkarigat biex jaħdem dwar l-appoġġ minn utenti (mhux Gvernijiet) li kienu nteressati f’dan il-ftehim li kien ilu jinħema s-snin.

Wara l-qbil dwar it-triq li setgħet twassal għal bidla, biex il-kliem miktub ikun trasformat f’azzjoni konkreta hu dejjem sfida. L-għażliet quddiemna huma ċari.

L-attitudni li qiesu mhu jiġri xejn (business as usual) twassal biex it-temperatura medja globali, li diġa qabżet bi grad wieħed Celsius it-temperatura medja ta’ qabel żmien ir-rivoluzzjoni industrijali, tista’ tiżdied b’madwar 4 sa 5 gradi Celsius. L-impatti ta’ żieda bħal din ikunu katastrofiċi. Riżultat ta’ żieda fit-temperatura globali f’xi reġjuni jkun impossibli li persuna toqgħod barra fl-apert għal ħin twil. Ħtija ta’ hekk partijiet mid-dinja isiru mhux abitabbli. Iż-żieda fit-temperatura tkompli taċċellera id-dewbien tas-silġ fil-poli u ħtija t’hekk il-livell tal-ibħra jibqa’ jiżdied. Il-komunitajiet mal-kosta jkunu taħt theddida kontinwa. L-impatti fuq l-infrastruttura kostali kifukoll fuq kull attività mal-kosta jkunu sostanzjali.

It-tibdil fil-kundizzjonijiet atmosferiċi jżidu x-xita intensiva f’żoni u nixfa tqarqaċ f’żoni oħra. Il-maltemp iżid kemm fil-frekwenza kif ukoll fl-intensità u l-ħerba assoċjata miegħu tikber bil-bosta kif naraw spiss diġa f’diversi partijiet tad-dinja.

Il-konklużjonijiet ta’ Pariġi jfissru li l-komunità internazzjonali għarfet u àccettat l-evidenza xjentifika akkumulata dwar it-tibdil fil-klima. F’Pariġi kien hemm qbil li kull pajjiż kellu jidentifika sensiela ta’ wegħdiet li kellu jwettaq fl-isforz globali biex tkun indirizzata l-kawża tat-tibdil fil-klima. Wegħdiet li għandhom ikunu aġġornati kull ħames snin. Il-wegħdiet reġistrati s’issa, anke kieku kellhom jitwettqu kollha, m’humiex biżżejjed biex iż-żieda fit-temperatura globali ma taqbiżx iż-żewġ gradi Celsius, u preferibilment mhux iktar minn grad u nofs Celsius, kif insistew il-komunitajiet ta’ mal-kosta kif ukoll il-gżejjer li mhumiex wisq il-fuq mil-livell tal-baħar. Bejn il-kliem u l-fatti, hemm baħar jikkumbatti.

Sal-2030 l-emissjonijiet globali jeħtieġ li jonqsu b’mhux inqas min-nofs biex jintlaħqu l-miri stabiliti f’Pariġi. Sal-2050, min-naħa l-oħra jrid jintlaħaq l-istatus ta’ karbonju żero. Biex jintlaħqu dawn il-miri essenzjali Christiana Figueres u Tom Rivett-Carnac jagħmlu użu minn diversi proposti li saru tul is-snin. Il-bidla meħtieġa hi waħda enormi: hi bidla li tant hi kbira li taqleb ta’ taħt fuq kważi kull ħaġa li jmmissu jdejna.

Tirrikjedi bidliet radikali dwar kif ngħixu, kif naħdmu u kif niċċaqalqu minn post għall-ieħor. Tibdil f’dak li nikkunsmaw kif ukoll kemm dwar dak li nipproduċu kif ukoll dwar il-mod kif nipproduċuħ.

Il-wasla fuqna għall-għarrieda tal-kriżi Covid-19 tatna togħma żgħira ta’ xi tibdil essenzjali. Ix-xogħol b’mod virtwali għandu, bla dubju, jkun element permanenti dwar il-mod kif naħdmu. M’għandux ikun eċċezzjoni ta’ natura temporanja. L-edukazzjoni ukoll għandha tingrana iktar fid-direzzjoni tat-tagħlim virtwali b’mod permanenti.

L-ivvjaġġar mhux essenzjali għandu jkun skoraġġit fuq bażi permanenti. Fejn meħtieġ l-ivvjaġġar għandu jsir b’mezzi sostenibbli. Dan m’għandux ikun limitat għall-elettrifikazzjoni tal-karozzi, wara li jkunu tnaqqsu drastikament fin-numru, imma għandu jinkludi tnaqqis sostanzjali tal-ajruplani. Għax l-azzjoni dwar it-tibdil fil-klima jfisser li l-ivvjaġġar bl-ajru (inkluż it-turiżmu) kif nafuh sal-lum m’għandux futur. L-ivvjaġġar bl-ajru jiġi jiswa’ ferm iktar mil-lum kemm-il darba l-impatti ambjentali sostanzjali tiegħu ikunu riflessi fl-ispejjes reali.

Jekk inħarsu fit-tul l-iżvilupp intensiv tal-infrastruttura tat-toroq mhi ser isservi l-ebda skop. Inqas karozzi fit-toroq ikun ifisser ukoll impatti konsiderevoli fuq l-ippjanar għall-użu tal-art. Inqas karozzi jfisser inqas ħtieġa għal parkeġġ u garaxxijiet u iktar spazju għan-nies. Ikun wasal iż-żmien li fl-ibliet u l-irħula tagħna r-reżidenti jiġu mill-ġdid qabel il-karozzi. Dejjem, mhux kultant.

Jeħtieġ li napprezzaw u nagħmlu użu iktar minn prodotti agrikoli lokali. Imma anke l-prezz tal-prodotti agrikoli għandhom jirriflettu l-impatti ambjentali sostanzjali li jinħolqu biex il-biedja tagħti r-riżultati. L-ispiża tal-produzzjoni tal-laħam u tal-prodotti derivati mill-ħalib, per eżempju, ma tkunx waħda żgħira jekk din tinkludi l-impatti ambjentali tal-produzzjoni. Fil-fatt, Christiana u Tom, jistqarru li l-ikel fl-2050 hu għali minħabba li jeħtieġ riżorsi ta’ valur biex il-produzzjoni tiegħu tkun possibli. “L-ilma. Il-ħamrija. L-għaraq. Il-ħin.” Hu ċar li jekk irridu nimplimentaw bis-serjetà l-ftehim ta’ Pariġi l-Politika Komuni kurrenti dwar l-Agrikultura m’għandhiex futur.

L-impatti tal-Covid-19 huma logħob tat-tfal meta wieħed jara sewwa x’hemm lest għalina bħala riżultat tat-tibdil fil-klima. Fid-dawl tat-tibdil fil-klima hemm soluzzjoni prattika waħda: bidla radikali fil-mod kif ngħixu, naħdmu u nqattgħu l-ħin liberu. Permezz tal-Covid-19 in-natura tatna twissija ċara. Jekk dan ninjorawh m’hemm ħadd f’min nistgħu nwaħħlu.

Pubblikat fuq Illum: il-Ħadd 10 ta’ Mejju 2020

Climate Change: after the Covid-19 rehearsal

Covid-19 virus has rattled each one of us, throwing all into unprecedented turmoil. This is however child’s play when contrasted with the anticipated impacts of climate change in respect of which Covid-19 may be considered as a rehearsal or a minor drill!

In Paris, at 7.25pm on 12 December 2015, five thousand delegates representing 195 nations unanimously accepted irrefutable evidence on the impacts of climate change and selected a pathway for the future.

On 25 February 2020 Christiana Figueres and Tom Rivette-Carnac presented us with a riveting publication entitled “The Future We Choose. Surviving the Climate Crisis.” Christiana Figueres, public face of the Paris agreement, was the Executive Secretary of the United Nations Framework for Climate Change (UNFCC). Tom Rivette-Carnac was her Chief Political Strategist. He joined the effort to advance the Paris Agreement negotiations, mobilising support from a wide range of stakeholders outside national governments.

After selecting the pathway which could lead to change, transforming words into action can be quite a challenge. The options we face are unequivocal.

Business as usual would signify that the current mean global temperature, which is already around 1 degree Celsius above average temperatures before the industrial revolution, can warm up by 4 to 5 degrees Celsius. The impacts of such an increase in global temperature would be catastrophic.

Increasingly, in some regions, as a result of an increase in global temperature it would be impossible to stay outdoors for a length of time. Parts of the earth will, as a result, become uninhabitable. The increased temperatures at the poles will accelerate the melting of the polar ice-caps, as a result further increasing the rise in sea-level. Coastal communities will be under threat and all coastal activity and infrastructure will be severely impacted.

The change in atmospheric conditions will increase precipitation in areas and drought in others. The frequency and intensity of storms and the resulting havoc will multiply as is already evident in the various parts of the globe.

The Paris summit conclusions signified that the international community has recognised and accepted the accumulated scientific evidence on climate change. In Paris it was agreed that each individual country will identify and communicate its pledges through which they will participate in the global effort to address the causes of the change in climate. These pledges have to be updated every five years. The pledges registered so far, even if adhered to, are however insufficient to limit warming to well below two degrees Celsius, and preferably to not more than one and a half degrees Celsius, in line with the expectation of communities spread along coastal areas and low-lying islands. Much more is required to walk the talk.

To achieve the Paris targets global emissions must be reduced by not less than half not later than 2030. We must attain a carbon neutral status by not later than the year 2050.
In order to reach these essential targets Christiana Figueres and Tom Rivett-Carnac draw on the various proposals which have been made to date. They emphasise that the change required is significant: a change of this magnitude, they emphasise, would require major transformations in all that we do. It would require radical changes as to how we live, work and travel, along with changes to what we consume as well as to how and what to produce.

The sudden advent of the Covid-19 crisis has given a minor hint of some of the changes.
Telework must be a permanent component of our method of operation and not a temporary exception. Education can and should contain a more permanent online component.

Non-essential travel should be curtailed on a permanent basis. Where necessary, travelling should use sustainable means. This does not only include electrification of our cars, after drastically reducing their numbers, but also a substantial reduction of aeroplanes from our skies permanently. Acting on climate change means that tourism as currently practised has no future. Air travel will become quite costly if its considerable environmental impacts are internalised.

On a long-term basis the current intensive development of our road infrastructure also serves no purpose. Fewer cars on our roads will also signify extensive land use planning impacts. Local communities can then reclaim back our roads. With fewer cars there will be less need of parking space and/or garages. Our towns and villages may then be planned for residents, not for cars.

We need to appreciate and make full use of local agricultural products. However, agriculture must internalise its substantial environmental costs. The cost of production of meat and dairy products, for example, would be substantial if their environmental impacts are internalised. Christiana and Tom, comment that in 2050 food is expensive because it requires valuable resources to produce. “Water. Soil. Sweat. Time.” Clearly the current Common Agricultural Policy of the European Union has no future once we seriously start implementing the conclusions of the Paris agreement.

The impacts of Covid-19 are child’s play when considering the long-term impacts of climate change. Faced with climate change we have one practical option: a radical change in how we live, work and play. The Covid-19 rehearsal is nature’s clear warning. We ignore it at our peril.

published in The Malta Independent on Sunday : 10 May 2020

Is-Solidarjetà mhiex għażla, iżda obbligu

Iktar kmieni din il-ġimgħa, Evarist Bartolo, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, b’wiċċ ta’ qdusija artifiċjali, iddikjara fuq it-televiżjoni li kien iddiskuta fit-tul il-kriżi tal-immigrazzjoni li qed tiżviluppa fl-ibħra Maltin mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Vatikan u ma uffiċjali mlaħħqin tal-aġenzija tal-Ġnus Magħquda dwar ir-Refuġjati (UNHCR). Ilkoll kienu tal-fehma, qal, li Malta għandha raġun.

Evarist Bartolo qed jipprova jagħti l-impressjoni falza li l-għeluq tal-portijiet Maltin għall-NGOs biex ikunu jistgħu jisbarkaw l-immigranti meħlusa mill-għarqa fl-ibħra ta’ madwarna li qed jiżviluppaw f’ċimiterju hi aċċettabbli u jew raġjonevoli għall-komunità internazzjonali. Il-verità hi ferm differenti minn hekk.

Il-Ħodor, kemm f’Malta kif ukoll fl-Unjoni Ewropea, repetutament emfasizzaw li Malta ma tistax titħalla terfa’ waħedha dawn l-obbligi ta’ salvataġġ. Dan ġie emfasizzat din il-ġimgħa stess fi stqarrija konġunta bejn il-Partit tal-Ħodor Ewropej (EGP) u Alternattiva Demokratika. Is-solidarjetà fjakka jew ineżistenti ma tħassarx l-obbligi ta’ Malta fiż-żona ta’ salvataġġ li hi responsabbli għaliha fil-Mediterran ċentrali.

Hi tabilħaqq sfortuna li tul is-snin, Malta, repetutament ippruvat taħrab mir-responsabbiltajiet tagħha. Ilkoll niftakru meta l-PN fil-Gvern wasal fi ftehim mal-Gvern immexxi minn Silvio Berlusconi fl-Italja biex il-qawwiet tal-baħar Taljani jimbuttaw lura d-dgħajjes mgħobbija bl-immigranti li jkunu telqu mill-kosta Libjana.

Iktar qrib fiż-żmien il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat wasal f’xi forma ta’ ftehim sigriet imma mhux miktub (safejn hu magħruf) li permezz tiegħu il-Gvern Taljan immexxi minn Matteo Renzi b’mod li ma waslux iktar immigranti f’Malta għal perjodu twil.

Imbagħad hemm il-każ ta’ Neville Gafà, il-mibgħut speċjali tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-laqgħat li hu kellu ma’ Haithem Tajouri mexxej tal-brigati rivoluzzjonarji ta’ Tripli. Tajouri, mid-dehra viċin ħafna tal-Gvern ta’ Joseph Muscat jissemma f’rapport ta’ ‘l fuq minn 200 paġna tal-Ġnus Magħquda liema rapport hu dwar ksur ta’diversi drittijiet tal-bniedem. Skond l-istess rapport Tajouri hu responsabbli ukoll għal ċentru privat ta’ detenzjoni fejn jinżammu ħafna nies.

Fl-istampa lokali kien ġie rappurtat ukoll li kien hemm laqgħat fil-Libja bejn Neville Gafà, l-mibgħut speċjali tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, u uffiċjali għoljin tal-Gvern Libjan. F’dawn il-laqgħat, li għalihom attenda Kurunell mill-Forzi Armati ta’ Malta ġew diskussi l-mezzi li kellhom jintużaw biex iwaqqfu l-immigrazzjoni. L-ismijiet u r-ritratti ta’ dawk presenti kienu ġew ippubblikati.

Dan m’għadux effettiv għax illum jidher li nbidlet l-istrateġija u jeħtieġilna li niffaċċjaw allegazzjonijiet serji fil-konfront tal-Forzi Armati ta’ Malta dwar sabutaġġ tal-opri tal-baħar użati minn dawk li qed ifittxu l-ażil. Qed ikun allegat li s-suldati/baħrin tal-patrol boat P52 qatgħu l-cable tal-mutur li bih kienet għaddejja l-opra tal-baħar b’mod li ħallihom bejn sema’ u ilma fiż-żona ta’ tiftix li hi responsabbiltà ta’ Malta.

Prosit lill-NGO Repubblika li qed tinsisti li issir investigazzjoni kriminali dwar dan l-inċident biex jiġi stabilit eżattament x’ġara u min huwa responsabbli għalih. Kont nistenna li kellu jkun il-Kmandant tal-Forzi Armati minn rajh li jagħti bidu għall-investigazzjoni hekk kif saru dawk li s’issa għadhom allegazzjonijiet. Ma kellux joqgħod jistenna li jkun ħaddieħor li jinsisti li dan isir.

Il-proposta riċenti tal-Ministru Bartolo biex l-Unjoni Ewropeja tgħin lil-Libja b’mod li ittaffilha l-piz umanitarju li qed iġġorr bħalissa kif ukoll biex ikun iffaċilitat li l-komunità internazzjonali tkun tista’ tipprovdi l-għajnuna tant meħtieġa kemm lir-refuġjati kif ukoll lil-Libjani infushom hi pass il-quddiem. Imma tajjeb li jkun ċar illi minkejja d-diffikultajiet kollha fil-Libja nnifisha dan diġa qed isir.

Fil-fatt mill-2014 sal-lum l-Unjoni Ewropeja diġa ħarget għajnuna umanitarja ta’ madwar €50 miljun indirizzata lejn il-Libja.

Sfortunatament la hemm rieda u l-anqas aptit għal soluzzjoni Ewropea fost il-Gvernijiet tal-Unjoni Ewropeja u dan minkejja li erbgħa fost l-ikbar pajjiżi tal-unjoni (il-Ġermanja, Franza, Spanja u l-Italja), xi ġranet ilu ħadu inizjattiva biex il-migrazzjoni tirritorna fuq l-aġenda.

Naħseb li lkoll napprezzaw li s-sitwazzjoni hi waħda diffiċli. Imma anke f’dawn iċ-ċirkustanzi kulħadd għandu jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu.

Il-Gvern Malti għandu jibdel ir-rotta u flok ma jibqa’ kontinwament ifittex li jipprova jaħrab mir-responsabbiltajiet tiegħu ifittex li jaħdem id f’id mal-NGOs li qed isalvaw il-ħajjiet b’mod li qed jagħmlu ħidma li messha qed issir mill-Gvernijiet. Li jkun hemm min jipprova jimita lil mexxej lemini Matteo Salvini biex ikunu kkriminalizzati l-NGOs iservi biss biex tkompli tixtered il-mibgħeda imżejna b’lingwaġġ taparsi patrijottiku.

Hemm il-ħtieġa li l-Gvern Malti jifhem li s-solidarjetà mhiex għażla, imma dmir.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 19 t’April 2020

 

 

 

Solidarity is not an option but a duty

Earlier this week, Foreign Minister Evarist Bartolo sanctimoniously declared on TV that he had discussed at length the immigration crisis in Maltese waters with the EU Commission, with the Vatican and with senior officers of UNHCR. All agreed, he said, that Malta was in the right.

Mr Bartolo is trying to create a false perception that the closure of Maltese ports to NGOs disembarking immigrants saved from being engulfed in the cemetery developing around us is reasonable and acceptable to the international community. He cannot be more distant from the truth.

Greens, both in Malta and in the EU, have repeatedly emphasised that Malta cannot shoulder its “save and rescue responsibilities” on its own. This was emphasised as recently as this week in a joint statement between the European Green Party and Alternattiva Demokratika. However, inadequate or at times inexistent solidarity from EU member states does not absolve Malta of its international responsibilities from coordinating safety and rescue operations within its area of responsibility in the central Mediterranean.

It is indeed unfortunate that over the years Malta has repeatedly tried to wriggle out of its responsibilities. We do remember when the PN led government arrived at an agreement with the Berlusconi administration in Italy in order that the Italian navy pushes back all departing boats carrying immigrants along the Libyan coast.

Closer in time the Joseph Muscat administration is known to have arrived at some sort of secret but unwritten agreement with the then Renzi led government in Italy such that the arrival of immigrants in Malta trickled down to zero.

What about Neville Gafà, then special envoy of Prime Minister Joseph Muscat and his meetings with Libyan militia leader Haithem Tajouri of the Tripoli Revolutionary brigades? Tajouri, apparently a close acquaintance of the Muscat led government was singled out in a United Nations report for a number of human rights breaches. He is also, according to the same report, responsible for the running of a private detention centre where many are held in captivity.

It was also reported in the press that at a point in time Neville Gafà, envoy of the Prime Minister had accompanied the Maltese Colonel in charge of AFM Operations at high level meetings in Libya to stem immigration. Photographs and names were published.

Apparently this is no longer effective as we now have to face serious allegations of AFM personnel sabotaging rubber boats carrying asylum seekers in Maltese waters. It is being alleged that the crew of patrol boat P52 cut the cable of the motor driving the rubber boat carrying the asylum seekers leaving them adrift in the Maltese search and rescue area. Hats off to NGO Repubblika for filing criminal complaints. I would have expected the Commander of the Armed Forces to initiate an investigation himself without the need for any prompting, as soon as the allegations surfaced.

The recent proposal of Minister Bartolo for the EU to engage with Libya in order to lessen its humanitarian burden and enable the international community to provide much-needed assistance to both refugees and the Libyan people is positive. It is however to be underlined that this is already being done notwithstanding the difficult circumstances within Libya itself.

The EU has in fact disbursed around €50 million in humanitarian aid utilised in Libya since 2014.

Unfortunately there is no will among EU governments for an EU solution even though the four largest EU countries (Germany, France, Spain and Italy), a couple of days ago, have taken steps to push the migration issue back onto the EU agenda.

Everyone recognises that the situation is very difficult. Everyone must however shoulder their responsibilities.

The Maltese government should change tack and instead of constantly seeking ways to wriggle out of its responsibilities actively develop a close collaboration with those NGOs who have volunteered to deploy their own rescue missions to save lives, thereby filling in the gaps left by the EU states. Aping Italian right-wing leader Matteo Salvini in criminalising NGOs only serves to further encourage pseudo-patriotic vitriol.

It is about time that the Maltese Government recognises that solidarity is not an option but a duty.

published in the Malta Independent on Sunday 19 April 2020