Mela issa nafu li l-Bank of Vassallo ġabar lura flusu. Dawk il-€250,000 li kien silef lill-kumpaniji kummerċjali tal-Partit Nazzjonalista. Skond rapport fil-gazzetti tal-lum intqal li dan is-self ilu li tħallas lura minn Awwissu li għadda.
Mhux magħruf jekk tħallsux interessi fuq is-self. Fil-fatt l-aħbar kienet li tħallsu il-€250,000. Imkien ma issemmew il-ħlas ta’ interessi. Probabbilment li dan sar minħabba li ma tħallsux flus. S’issa ħadd għadu ma qal jekk l-interessi tħallsux f’xi forma oħra. F’kaz li dan sar ma naħsibx li ser ikun hemm xi irċevuta.