Maurice Mizzi għandu jirriżenja

Fid-dawl tal-qtil immotivat minn razziżmu li seħħ nhar is-6 t’April li għadda, l-kummenti ta’ Maurice Mizzi, Gwardjan għall-Ġenerazzjonijiet Futuri, fit-Times tal-Ħadd, kienu, bħala minimu insensittivi. Kienu fil-fatt ħafna iktar minn hekk.

Huma kummenti li jużaw id-differenzi biex jitkattar id-disprezz u jkompli jkattar il-mibgħeda.

Maurice Mizzi jgħidilna li m’għandniex inħallu lil dawn in-nies jidħlu bla passaporti. Bħal dak li qallu li min hu maħrub minn pajjiżu, biex jevita r-ripressjoni u t-tortura ser iġorr miegħu l-passaport!

Ġie rappurtat li Maurice Mizzi kien imsejjaħ għal laqgħa l-Ministeru, kif ukoll li l-Ministru Herrera iddikjara pubblikament li l-Gvern jiddisassoċja ruħu mill-kummenti ta’ Maurice Mizzi.

Dan mhux biżżejjed.

Ir-razziżmu jeħtieġ li jinżamm il-bogħod mill-istituzzjonijiet.

Naqbel mal-NGOs. Maurice Mizzi għandu jirriżenja immedjatament.

Advertisements