X’ser inħallu warajna?

Jekk irridu nirreġistraw progress, il-legat li ser inħallu warajna lill-ġenerazzjonijiet futuri jeħtieġ li jkun bosta aħjar minn dak li ħallewlna dawk li ġew qabilna. It-triq meħtieġa biex nirreġistraw dan il-progress għandha tkun il-mira tal-istrateġija dwar l-iżvilupp sostenibbli li sa nhar il-Ħamis li għadda kienet soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.

Roman Krznaric, fil-ktieb riċenti tiegħu The Good Ancestor jistaqsina mistoqsija diretta: “X’legat ser inħallu lill-ġenerazzjonijiet futuri? Ser ikunilhom ta’ għajnuna, jew ser ikissirhom?”  Hi mistoqsija li neħtieġu nwieġbu għaliha aħna ukoll, kuljum.

Il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli tfittex li tagħti tweġiba sura għal din il-mistoqsija. Jekk titmexxa sewwa, din il-poltika tista’ tagħti libsa xierqa lill-futur u dan bħala riżultat ta’ ħidma responsabbli li issir illum.  Dan isir billi nassiguraw li l-ħtiġijiet tagħna illum nissodisfawhom mingħajr ma nikkompromettu l-possibiltà li anke l-ġenerazzjonijiet futuri jkun possibli għalihom li huma ukoll ikunu f’posizzjoni li jissodifaw il-ħtiġijiet tagħhom.

Dan, fi ftit kliem, jiddependi fuq kemm aħna kapaċi nħarsu fit-tul, il-bogħod, f’dinja li kontinwament tikkostrinġina naħsbu u naġixxu f’termini ta’ mil-lum għal għada. Anzi, jgħidulna “għada min raħ?”

Il-Gvernijiet, minkejja l-ħafna paroli tagħhom, ftit li xejn jagħtu importanza lill-iżvilupp sostenibbli propju minħabba li din mhiex dwar illum, iżda iktar dwar għada u lil hinn minnu.  Hi dwar kif il-ħidma tal-lum ma tkunx ta’ preġudizzju għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-politiku ma jagħtix biżżejjed kaz ta’ dan għax l-interess tiegħu ħafna drabi ma jwassalx iktar minn ħames snin: jiġifieri kemm hemm żmien bejn elezzjoni u oħra.  Jeħtieġ li nippjanaw ħafna iktar fit-tul, fl-interess tal-ġenerazzjonijiet futuri.

Dan il-punt ġie sottolinejat minn Gro Harlem Brundtland li kienet fi żmien Prim Ministru soċjal-demokratiku tan-Norveġja. Dan għamlitu fir-rapport influwenti li ħejjiet fl-1987 għall-Ġnus Magħquda bit-titlu: Our Common Future. F’dan ir-rapport, fost oħrajn, hi emfasizzat li “Naġixxu b’dan il-mod għax naħsbu li nistgħu neħilsuha ħafif: il-ġenerazzjonijiet futuri ma jivvutawx; la għandhom poter politiku u l-anqas poter finanzjarju; mhumiex f’posizzjoni li jikkontestaw id-deċiżjonijiet tagħna.” (We act as we do because we can get away with it: future generations do not vote; they have no political or financial power; they cannot challenge our decisions.)

Dan kollu joħroġ ċar mill-kuntrast bejn dak li jipproponi (jew li jħalli barra) l-abbozz ta’ strateġija għall-iżvilupp sostenibbli u l-politika attwali u l-ħidma fil-prattika tal-Gvern.

Ħarsu per eżempju lejn il-politika dwar it-trasport.

L-istrateġija proposta titkellem fit-tul dwar viżjoni u oġġettivi biex jiżdied l-użu tat-trasport pubbliku. Tidentifika mira għall-2030 biex jonqos in-numru ta’ dawk li jsuqu l-karozzi b’41 fil-mija meta dan ikun imqabbel maċ-ċifri tal-1990.

Kliem dan li ħadd ma’ jista’ jemmnu, iktar u iktar meta wieħed iqabblu mal-ħidma f’direzzjoni kompletament opposta li fis-snin passati.

Il-politika tal-Gvern illum tinkoraġixxi l-użu tal-karozzi privati: hi politika li kontinwament tibgħat sinjali konfliġġenti.  Hu sew li l-istrateġija dwar l-iżvilupp sostenibbli tfittex li tkun indirizzata id-dipendenza fuq il-karozzi. F’kuntrast ma’ dan l-oġġettiv il-politika tal-Gvern permezz ta’ investiment massiċċ fl-infrastruttura tat-toroq kif ukoll permezz tas-sussidju tal-petrol/diesel qed twassal messagg kompletament differenti. Messaġġ li ma jħalli l-ebda dubju li l-użu tal-karozzi hu inkoraġġit.

Il-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq tagħna mhiex il-kawża tal-problemi tagħna. Fil-fatt din hi l-effett tad-dipendenza tagħna fuq il-karozzi. F’dan il-kuntest hu ġustifikat li l-istrateġija timmira lejn tnaqqis sostanzjali fid-dipendenza fuq il-karozzi. Fil-fatt m’għandniex ħtieġa ta’ daqshekk karozzi biex nivvjaġġjaw daqstant distanzi qosra. Anke l-istrateġija l-oħra, dik dwar it-Trasport tfakkarna li nofs il-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati huma għal distanzi li jieħdu inqas minn ħmistax-il minuta.

Insibu iktar sinjali kunfliġġenti fl-abbozz tal-istrateġija dwar l-iżvilupp sostenibbli.

Numru ta’ miri huma spjegati b’mod ċar, bħall-klima, skart, xiri bi kritierji ambjentali, kwalità tal-arja, bijodiversità, tagħlim għall-ħajja, diġitalizzazzzjoni u l-ħtieġa ta’ għajnuna edukattiva lil studenti emigranti, fost oħrajn. Min-naħa l-oħra, per eżempju, ħlief għal xi kummenti ġenerali ftit li xejn hemm direzzjoni dwar materji li jikkonċernaw l-użu tal-art. Riżorsa għalina skarsa u f’diversi ċirkustanzi użata ħażin kontra l-interess pubbliku.

Fid-dawl tal-gimmicks politiċi kurrenti dwar l-ispazji miftuħa jistona n-nuqqas ta’ referenza għall-ħtieġa li nipproteġu l-ispazju miftuħ diġà eżistenti fiż-żoni urbani u l-irħula tagħna. Dan jinkludi ġonna privati, uħud kbar, li huma taħt assedju mill-ispekulaturi li huma daqstant u kontinwament aġevolati.

Ftit li xejn ukoll hemm referenza għall-importanza li tinħadem l-art agrikola u li din tkun difiża mill-assedju li għaddej mill-forzi spekulattivi. X’utilità hemm li tinvesti  €700 million fi spazji miftuħa meta fl-istess nifs qed jintilfu spazji miftuħa kbar kontinwament u dan riżultat tal-falliment tal-ippjanar fl-użu tal-art?

B’din ir-rata il-legat li ser inħallu lill-ġenerazzjonijiet futuri huwa wieħed negattiv ħafna.  Inħarsu sal-ponta ta’ mneħirna, mhemmx viżjoni fit-tul.  Dan mhux legat li ser jagħmel il-ġid: ser ikun ta’ ħsara kbira għall-ġenerazzjonijiet futuri. Kif qalet Brundtland: dan isir għax il-ġenerazzjonijiet futuri m’għandhomx vot!

B’dawn in-nuqqasijiet is-siwi tal-istrateġija proposta dwar l-iżvilupp sostenibbli hu wieħed limitat. Ikun iktar utli li titfassal mill-ġdid.

ippibblikat fuq Ilum: 12 ta’ Frar 2023

Being Good Ancestors

If we are to register any significant progress, our legacy to future generations should be a substantial improvement of what we ourselves have inherited from our predecessors. The roadmap to achieving this improvement should be the objective of the sustainable development strategy which was subject to public consultation until last Thursday.

Roman Krznaric, in his recent book The Good Ancestor asks a very pointed question: “Will our legacy to future generations be one that benefits them or will be it one that cripples them?” It is the question to which we must provide an answer, day in day out.

The politics of sustainable development seeks to mould such an answer. Properly managed it can shape the future as a result of acting in a responsible manner today. It does so by ensuring that our present-day needs are achieved without compromising the ability of future generations in meeting their own needs. It all boils down to how we can think (and plan) long-term in a short-term world.

Notwithstanding the rhetoric, governments do not give sufficient importance to sustainable development as this is not just about today. It is rather about how today’s activity should not prejudice tomorrow and future generations. This is not sufficiently on the radar of today’s politicians. Their interest, generally, does not span more than five years: that is until the next general election. We need to think and plan far more into the future.

This is a point underlined by former Norwegian social democrat Prime Minister Gro Harlem Brundtland in her seminal UN Report Our Common Future published in 1987. She emphasised that “We act as we do because we can get away with it: future generations do not vote; they have no political or financial power; they cannot challenge our decisions.

This is most evident in the contrast between what the draft sustainable development strategy proposes (or omits) and the actual policy and practice of government.

Consider for example, the issue of transport policy.

The proposed sustainable development strategy speaks at length on vision and objectives relative to an increased use of public transport. It even identifies as a 2030 target the reduction of car drivers through the use of the following words: reduce the modal share of car drivers to 41% compared to 1990.

No one in his right senses can believe a single word of this statement in view of the fact that there has been a considerable effort in the past years in a completely opposite direction!

Current government policy encourages the use of private cars and continuously sends conflicting signals. The sustainable development strategy rightly seeks to address car dependency. In contrast to this objective government policy, through investing heavily in new road infrastructure and through the subsidisation of fuels sends a completely different signal: one which without a shadow of doubt encourages car dependency.

The congestion of our roads is not the cause of our problems: it is the effect of our malady which is car dependency. Hence it is right that the strategy aims to address and reduce car dependency. We do not need so many cars to travel the short distances so prevalent in this country! As our Transport Master Plan reminds us, 50 per cent of private car trips are for distances taking less than 15 minutes.

We find other conflicting signals in the draft strategy on sustainable development.

While there are a number of specific objectives spelled out in clear language (for example: climate change, waste, green purchasing, air quality, biodiversity, lifelong learning, digitalisation, migrant induction learning …….) beyond some general comments and observations, I fail to see any emphasis on land use issues. This is not right in view of the limited availability of land and its rampant misuse, contrary to the public interest.

In view of the current political gimmicks relative to open spaces one cannot but note the omission from the strategy on any reference to the urgent need to protect existing open space in our urban areas and in our villages. This includes large private gardens continuously targeted by speculative forces on the good books of this administration. 

There is also scant reference to the need to safeguard agricultural land. What is the purpose in investing €700 million in open spaces if we are losing existing ones at an exponential rate as a result of the current practise of land use planning?

At this rate the legacy to future generations is generally negative. The short-term view is completely obliterating any possible long-term view. This is not a beneficial legacy; it is rather a very crippling one. As Brundtland pointed out: this is done as future generations have no vote!

We need to go back to the drawing board and have the strategy redrafted.

published in The Malta Independent on Sunday: 12 February 2023

Tonio Fenech u l-froġa tal-2006

Tonio Fenech, ex-Ministru tal-Finanzi, reġa’ tfaċċa, f’attività politika li saret fil-Palazz Verdala biex  jgħidilna kif jaħsibha. Qalilna li bl-ambjent ma tirbaħx elezzjonijiet. Imma huwa bil-permessi (tal-bini), żied jgħid, tirbaħ il-voti!   Bil-qdusija artifiċjali tas-soltu jimplika li l-ħsara ambjentali kienet essenzjali biex jintrebħu l-elezzjonijiet! Għax għal Tonio Fenech kull sagrifiċċju jgħodd sakemm iwassal biex tirbaħ l-elezzjonijiet.

Dan mhu xejn ġdid. Il-problema hi li l-kejl sfortunatament hu biss mil-lum għal għada. S’issa ma konniex kapaċi nħarsu fit-tul, biex inqiesu sewwa l-impatt li d-deċiżjonijiet tal-lum għandhom fuq għada u l-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. Sfortunatament il-politika f’pajjiż tirraġuna: għada min raħ?

Wara li (flimkien ma oħrajn) Tonio Fenech kien responsabbli mhux biss għall-pjani lokali, imma ukoll għall-eżerċizzju ta’ razzjonalizzazzjoni li bih żdiedet sew l-art għall-iżvilupp, issa qed jipprova jimpressjona li qed jindem!   Il-proposta tiegħu li jorbot il-pjani lokali fil-Kostituzzjoni toħloq iktar problemi milli diġa inħolqu!

Il-pjani lokali u strumenti oħra li bihom nippjanaw l-użu tal-art neċessarjament ikunu ta’ wieħed minn żewġ tipi. Jistgħu jkunu ċari u preċiżi, bil-konsegwenza li għax rigidi jkun jeħtieġilhom tibdil regolari biex jirriflettu realtajiet u żviluppi ġodda.  Inkella jkunu ġeneriċi u jkun jiddependi mill-interpretazzjoni tagħhom u l-integrità ta’ min iħaddem il-proċess kollu.

Kull possibilità hi dipendenti fuq l-integrità u l-viżjoni ta’ dawk involuti fil-fażijiet differenti li jwasslu sad-deċiżjonijiet.  Ma hemmx spjegazzjoni oħra: qegħdin f’nofs din il-froġa minħabba li Tonio Fenech u sħabu kienu bla viżjoni.  Inżid ngħid li b’mod konxju inkarigaw bil-proċess deċiżjonali numru ta’ persuni li ma kellhomx idea tal-impatt fit-tul ta’ dak li kienu qed jagħmlu. Kien jinteresshom biss mill-impatti immedjati: il-voti u l-elezzjonijiet kienu l-miri ewlenin tagħhom. Ġew jaqgħu u jqumu mill-ġid komuni.

F’dan kollu nifhem li l-integrità tfisser li tkun onest, b’subgħajk dritt, ta’ prinċipju. Kwalitajiet li huma nieqsa mill-pjani lokali.

L-ippjanar dwar l-użu tal-art huwa aspett importanti minn dak meħtieġ għall-ħarsien ambjentali: dan mhux konċernat biss mir-realtajiet tal-lum.  Jagħti sura lill-futur u jfassal il-qafas li fih jiżviluppaw il-ġenerazzjonijiet futuri. F’dan il-kuntest Il-korruzzjoni tal-ambjent biex jintrebħu l-elezzjonijiet billi jitqassmu l-permessi tal-iżvilupp bħall-pastizzi hi l-agħar azzjoni possibli, nieqsa minn kwalunkwe ħjiel ta’ integrità.  Dan hu l-kontribut sinifikanti tat-tim tal-2006 fil-politika Maltija lill-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.  Għaddew ħmistax-il sena minn meta Tonio Fenech u ta’ madwaru fl-2006 ħolqu din il-froġa ambjentali. L-impatti illum tad-deċiżjonijiet ta’ ħmistax-il sena ilu huma enormi. Sfortunatament ma hemm ħadd fil-Parlament illum li għandu l-kuraġġ li jibda it-tiswija u t-tindifa bis-serjetà tal-ħsara li ilha takkumula għal 15-il sena.

U issa? Sakemm jibqgħu jiġu eletti l-istess tip ta’ nies fil-Parlament ma hu ser jiġri xejn. Għad għandna bosta  li jiġu jaqgħu u jqumu mill-ħsara ambjentali, sakemm din tasal wara l-bieb tagħhom.  Huwa biss meta lkoll nirrealizzaw li l-vantaġġi immedjati għall-ftit ifissru tbatija fit-tul għal kulħadd li nkunu nistgħu nagħmlu l-ewwel passi fit-triq tal-fejqan.

Irridu nkunu kapaċi nifhmu kif dak li nagħmlu illum għandu effett fuq is-7 ġenerazzjonijiet li jiġu warajna. Dan nistgħu nagħmluh billi nqisu sewwa d-deċiżjonijiet u l-imġieba kollha tagħna. Ma jista’ jkun hemm l-ebda eċċezzjoni.  

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 13 ta’ Ġunju 2021

Tonio Fenech’s class of 2006

Tonio Fenech, former Finance Minister, has been resurrected onto a political platform to share his views in a recent political activity held at Verdala Palace.

The environment, he said, does not win elections. Development permits, on the other hand, win votes, Tonio Fenech emphasised! Tonio Fenech, sanctimoniously as ever, implies that it was essential to systematically ruin the environment, in order to win elections! Sort of, winning elections is an objective in respect of which no sacrifice is to be spared, in his opinion!

We have been there more than once before. Realistically speaking, the problem, in my view is entrenched short-termism and this is applicable not just to environmental politics but rather to a whole spectrum of issues of varying importance. We need to take the long-term view in our decision-making process at all levels and in all matters.

Having been responsible, together with others, for the approval not just of the Local Plans but also for the rationalisation (land use planning) exercise as a result of which extensive land was given up for development, it seems that Tonio Fenech is in atonement mode. However, his proposal of resolving the matter by enshrining Local Plans in the Constitution would create worse problems than those already inflicted upon Maltese society!

Local plans, and other land use planning instruments, necessarily need be one of two types. They could be either very clear and precise, in which case they would require periodic revision to reflect developments and new realities. Alternatively, local plans could be generic in which case much would depend on their interpretation and the integrity of those handling the process.

In each option much is dependent on the integrity and vision of those handling all the different stages of the decision-making process. There are no two ways about it: we are in the present mess due to the lack of vision of Tonio Fenech and his colleagues. I would also add that they consciously entrusted the decision-making process to various persons who had no idea of the long-term impact of what they embarked upon. They had their sights focused on short-term gains: winning votes and elections being among their primary objectives. Consciously they set aside the common good.

In my book integrity means the quality of being honest and having strong moral principles, being morally upright. Qualities which are definitely missing in the local plans.

Land use planning is an important aspect of environmental stewardship, and it does not deal exclusively with present day realities. It also shapes the future and determines the parameters within which future generations can act. In this respect using a corrupted environment to consciously win elections through dishing out development permits is in my view the worst possible political declaration, devoid of any integrity. This is the significant contribution of the class of 2006 in Maltese politics to the quality of life of present and future generations. It has been fifteen years since Tonio Fenech and his class of 2006 created this environmental mess. The impacts today are enormous. It is unfortunate that no one in parliament has the courage to initiate the process to reverse this 15-year damage.

Where do we go from here? Realistically speaking we cannot go anywhere if the same type keeps making it to Parliament. We have had more than enough of those who ignore environmental blasphemy until it arrives at their doorstep or their street! The moment we realise that short-term gains for the few signify long-term pains for all, we may start registering some progress. We need to realise that the way forward is to be good ancestors to at least the next seven generations: ensuring that we take the long-term view in all our decisions. There is no room for any exception.

published in the Malta Independent on Sunday : 13 June 2021