Telefonata mill-Ministeru

Il-biċċa qerq dwar il-liċenzji tas-sewqan li nkixfet fil-Qorti iktar kmieni din il-ġimgħa hi inkwetanti ħafna. Dan qed ngħidu in vista tal-informazzjoni sensittiva li dwarha ingħatat biss indikazzjoni żgħira fix-xhieda li instemgħet s’issa fil-Qorti. Id-dettalji dwar dan kollu li jikkonċerna korruzzjoni fl-eżamijiet tejoretiċi dwar is-sewqan, għadhom mhux magħrufa.

S’issa ġew imħarrka tlett irġiel:  wieħed mid-Diretturi u żewġ uffiċjali ta’ Trasport Malta, li wieħed minnhom kien elett bħala kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż- Żebbuġ f’isem il-Partit Laburista.  

Kien żvelat fil-Qorti li l-akkużati, waqt li kienu interrogati, iġġustifikaw l-azzjonijiet tagħhom billi emfasizzaw li kienu soġġetti għal pressjoni politika kontinwa.  L-uffiċjal anżjan fost dawk akkużati ilmenta li ħassu taħt pressjoni kbira minħabba t-telefonati kontinwi minn diversi Ministeri.

Fix-xhieda mogħtija s’issa l-pulizija żvelat li f’mobile li ġabru sabu “chats diversi ma’ persuni b’rabta ma’ partit politiku”. Ma hemm l-ebda informazzjoni uffiċjali dwar l-identità ta’ dan il-partit politiku. L-unika ħaġa li nista’ ngħid hi li dan il-partit definittivament mhux l- ADPD!

Xi ħadd li kellu aċċess għall-informazzjoni fuq il-mobile maqbud imma, fuq il-media soċjali, indirettament żvela l-għala l-pulizija hi kawta u mhux tiżvela ismijiet ta’ dawk involuti. Jidher li rrealizzaw li l-ismijiet, hekk kif ikunu żvelati jistgħu joħolqu terrimot politiku li bħalu qatt ma rajna.  Skont l-informazzjoni mhux uffiċjali li qed tiċċirkola b’mod elettroniku jidher li ġew identifikati bħala li ħadu sehem f’din il-biċċa qerq taħt investigazzjoni 4 membri attwali tal-Kabinett flimkien ma tnejn oħra li m’għadhomx fil-Kabinett.  Mid-dehra l-parti l-kbira ta’ dawk inkarigati mis-Segretarjat tal-Ministri kif ukoll numru ta’  Membri Parlamentari huma mdeffsa ukoll.

Fl-investigazzjonijiet tagħhom il-Pulizija jidher li f’uffiċċju ta’wieħed mill-akkużati sabu żewġ djarji b’informazzjoni sostanzjali li kienet tikkonsisti f’ismijiet, numri tal-karta tal-identità kif ukoll id-dati ta’ meta dawk li gawdew mill-irregolaritajiet investigati qagħdu għall-eżami tejoretiku għall-liċenzja tas-sewqan.

Wieħed mill-akkużati qed jiddefendieħ il-kelliemi tal-Opposizzjoni dwar l-Intern, l-Avukat  Dr Joe Giglio, avukat bi prattika estensiva fil-qasam tal-liġi kriminali.  Mhux etika li membri parlamentari jinvolvu ruħhom f’dawn il-każijiet. Id-difiża ta’ persuni akkużati bl-involviment fil-korruzzjoni mhiex kompatibbli mal-ħidma politika kontra l-istess korruzzjoni. Ma jistax ikun kredibbli jekk jipprova jkollu saqajh fuq iż-żewġ naħat.  Dan qed ixellef sewwa l-kredibilità politika tiegħu. Jidher li mill-kaz tal-Bank Pilatus ma’ tgħallem xejn!

Minn din l-istorja kollha  hemm żewġ punti ta’ importanza.

Għalfejn il-Pulizija joqgħodu lura milli jagħtu informazzjoni fejn ikun hemm il-politiċi involuti? Il-kliem nieqes miċ-ċarezza li intuża mill-Ispettur tal-Pulizija fil-Qorti din il-ġimgħa jwassal dan il-messaġġ. Ma jkunx ferm iktar għaqli li min qiegħed hemm biex iħares il-liġi ma jibqgħax jimxi bl-ingwanti tal-ħarir mal-membri tal-Kabinett?

Imbagħad xi ngħidu għall-irbit li għandhom il-membri parlamentari mal-professjoni jew xogħol tagħhom? Meta ser jinħallu minn dan l-irbit li jxekkilhom fil-qadi ta’ dmirijiethom? Kif propost repetutament minn ADPD fid-diversi manifesti elettorali, għandna bżonn  Parlament li mill-iktar fis ikun magħmul minn membri li jiddedikaw ħinhom kollu għall-ħidma Parlamentari. Huwa b’dan il-mod biss li l-Parlament jista’ jkun kredibbli u possibilment effettiv.

ippubblikat fuq Illum: 4 ta’ Settembru 2022

Phone call from the Ministry

The driving licence racket unveiled in Court earlier this week is extremely disturbing. This is being stated in view of the sensitive information indicated in the testimony heard so far in Court but the details of which are still under wraps. The case involves corruption in driving theory tests.

Three men have so far been arraigned: the Director for Land Transport at Transport Malta and two other Transport Malta officers one of whom is a Żebbuġ Local Councillor elected on behalf of the Labour Party.

It was revealed in Court that the accused, when interrogated, had justified their actions by emphasising that they were under constant “political” pressure. The senior among the accused complained that he felt pressured as he was getting continuous calls from various Ministries.

The police have revealed, in the testimony so far, that a mobile phone in their possession has “revealed chats with people linked to a political party”. No further official information is available as to the identity of this political party.  It is definitely not ADPD!

Someone having access to the mobile phone data has however indirectly revealed on social media the reason why the police have been cautious in revealing the names of those involved in this racket. It seems that the Police have realised that these names, once revealed, could cause a political earthquake the likes of which we have never seen. According to the unofficial information circulating online, the names of at least four current members of the Cabinet as well as two former ones have been so far identified as being possibly involved in the racket being investigated. Apparently, most of the Ministries’ Chief of Staff as well as a number of Members of Parliament may also have a finger in the pie.

Apparently in a Transport Malta office used by one of the accused, the police, during their investigations came across two diaries containing substantial information consisting of names, ID card numbers and dates when the persons benefitting from the irregularities under investigation were due to sit for their theoretical driving exams. The persons indicated were apparently “helped” in order to ensure that they were successful.

One of the accused is being defended by the shadow minister for Home Affairs, Dr Joe Giglio, a lawyer with an extensive criminal law practice. It is extremely unethical for members of parliament to involve themselves in such cases. His defence of clients accused with involvement in corruption is incompatible with his political actions against corruption in the political arena. He cannot be credible if he runs with the hares and then tries hunting with the hounds. He is severely denting his own credibility. Apparently, he has not learnt anything from his experiences as the legal advisor of Pilatus Bank.

This racket brings two basic issues to the fore.

Why are the Police (so far) withholding information on the holders of political office involved? The cryptic language used by the Police Inspector in Court this week transmits this basic message. Isn’t it about time that law enforcement does not treat the members of the Cabinet and their hangers-on with kids’ gloves?

When will all members of Parliament cut themselves free from the restraints of their professional practices or their previous employment? As ADPD has repeatedly proposed over the years, we need a full time Parliament as soon as possible.  It is only in this way that parliament can be credible and possibly effective.

published in The Malta Independent on Sunday: 4 September 2022

Joe Giglio mhux mejjet bil-ġuħ !

Joe Giglio qed jiddefendi lil wieħed minn dawk li huma akkużati bil-korrużżjoni fil-ħruġ tal-liċenzji.

Sfortunatament mhux jara l-kunflitt li hemm bejn xogħolu ta’ avukat u dak ta’ Membru Parlamentari u shadow minister għall-intern. Mhux l-ewwel wieħed! Kien hemm oħrajn qablu, (fil-PN stess) li għamlu dan l-istess żball, anke fil-passat riċenti.

Xogħolu ta’ avukat jinvolvi li jiddefendi lill-akkużat. Xogħolu bħala politiku jinvolvi id-difiża tal-pajjiż. Ma jistax jagħmel waħda minn dawn sew mingħajr ma jtappan l-oħra.

Jidher li għadu ma tgħallem xejn minn meta kien iddefenda lill-Bank Pilatus! Mhux mejjet bil-ġuħ, imma ……