Is-Solidarjetà mhiex għażla, iżda obbligu

Iktar kmieni din il-ġimgħa, Evarist Bartolo, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, b’wiċċ ta’ qdusija artifiċjali, iddikjara fuq it-televiżjoni li kien iddiskuta fit-tul il-kriżi tal-immigrazzjoni li qed tiżviluppa fl-ibħra Maltin mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Vatikan u ma uffiċjali mlaħħqin tal-aġenzija tal-Ġnus Magħquda dwar ir-Refuġjati (UNHCR). Ilkoll kienu tal-fehma, qal, li Malta għandha raġun.

Evarist Bartolo qed jipprova jagħti l-impressjoni falza li l-għeluq tal-portijiet Maltin għall-NGOs biex ikunu jistgħu jisbarkaw l-immigranti meħlusa mill-għarqa fl-ibħra ta’ madwarna li qed jiżviluppaw f’ċimiterju hi aċċettabbli u jew raġjonevoli għall-komunità internazzjonali. Il-verità hi ferm differenti minn hekk.

Il-Ħodor, kemm f’Malta kif ukoll fl-Unjoni Ewropea, repetutament emfasizzaw li Malta ma tistax titħalla terfa’ waħedha dawn l-obbligi ta’ salvataġġ. Dan ġie emfasizzat din il-ġimgħa stess fi stqarrija konġunta bejn il-Partit tal-Ħodor Ewropej (EGP) u Alternattiva Demokratika. Is-solidarjetà fjakka jew ineżistenti ma tħassarx l-obbligi ta’ Malta fiż-żona ta’ salvataġġ li hi responsabbli għaliha fil-Mediterran ċentrali.

Hi tabilħaqq sfortuna li tul is-snin, Malta, repetutament ippruvat taħrab mir-responsabbiltajiet tagħha. Ilkoll niftakru meta l-PN fil-Gvern wasal fi ftehim mal-Gvern immexxi minn Silvio Berlusconi fl-Italja biex il-qawwiet tal-baħar Taljani jimbuttaw lura d-dgħajjes mgħobbija bl-immigranti li jkunu telqu mill-kosta Libjana.

Iktar qrib fiż-żmien il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat wasal f’xi forma ta’ ftehim sigriet imma mhux miktub (safejn hu magħruf) li permezz tiegħu il-Gvern Taljan immexxi minn Matteo Renzi b’mod li ma waslux iktar immigranti f’Malta għal perjodu twil.

Imbagħad hemm il-każ ta’ Neville Gafà, il-mibgħut speċjali tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-laqgħat li hu kellu ma’ Haithem Tajouri mexxej tal-brigati rivoluzzjonarji ta’ Tripli. Tajouri, mid-dehra viċin ħafna tal-Gvern ta’ Joseph Muscat jissemma f’rapport ta’ ‘l fuq minn 200 paġna tal-Ġnus Magħquda liema rapport hu dwar ksur ta’diversi drittijiet tal-bniedem. Skond l-istess rapport Tajouri hu responsabbli ukoll għal ċentru privat ta’ detenzjoni fejn jinżammu ħafna nies.

Fl-istampa lokali kien ġie rappurtat ukoll li kien hemm laqgħat fil-Libja bejn Neville Gafà, l-mibgħut speċjali tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, u uffiċjali għoljin tal-Gvern Libjan. F’dawn il-laqgħat, li għalihom attenda Kurunell mill-Forzi Armati ta’ Malta ġew diskussi l-mezzi li kellhom jintużaw biex iwaqqfu l-immigrazzjoni. L-ismijiet u r-ritratti ta’ dawk presenti kienu ġew ippubblikati.

Dan m’għadux effettiv għax illum jidher li nbidlet l-istrateġija u jeħtieġilna li niffaċċjaw allegazzjonijiet serji fil-konfront tal-Forzi Armati ta’ Malta dwar sabutaġġ tal-opri tal-baħar użati minn dawk li qed ifittxu l-ażil. Qed ikun allegat li s-suldati/baħrin tal-patrol boat P52 qatgħu l-cable tal-mutur li bih kienet għaddejja l-opra tal-baħar b’mod li ħallihom bejn sema’ u ilma fiż-żona ta’ tiftix li hi responsabbiltà ta’ Malta.

Prosit lill-NGO Repubblika li qed tinsisti li issir investigazzjoni kriminali dwar dan l-inċident biex jiġi stabilit eżattament x’ġara u min huwa responsabbli għalih. Kont nistenna li kellu jkun il-Kmandant tal-Forzi Armati minn rajh li jagħti bidu għall-investigazzjoni hekk kif saru dawk li s’issa għadhom allegazzjonijiet. Ma kellux joqgħod jistenna li jkun ħaddieħor li jinsisti li dan isir.

Il-proposta riċenti tal-Ministru Bartolo biex l-Unjoni Ewropeja tgħin lil-Libja b’mod li ittaffilha l-piz umanitarju li qed iġġorr bħalissa kif ukoll biex ikun iffaċilitat li l-komunità internazzjonali tkun tista’ tipprovdi l-għajnuna tant meħtieġa kemm lir-refuġjati kif ukoll lil-Libjani infushom hi pass il-quddiem. Imma tajjeb li jkun ċar illi minkejja d-diffikultajiet kollha fil-Libja nnifisha dan diġa qed isir.

Fil-fatt mill-2014 sal-lum l-Unjoni Ewropeja diġa ħarget għajnuna umanitarja ta’ madwar €50 miljun indirizzata lejn il-Libja.

Sfortunatament la hemm rieda u l-anqas aptit għal soluzzjoni Ewropea fost il-Gvernijiet tal-Unjoni Ewropeja u dan minkejja li erbgħa fost l-ikbar pajjiżi tal-unjoni (il-Ġermanja, Franza, Spanja u l-Italja), xi ġranet ilu ħadu inizjattiva biex il-migrazzjoni tirritorna fuq l-aġenda.

Naħseb li lkoll napprezzaw li s-sitwazzjoni hi waħda diffiċli. Imma anke f’dawn iċ-ċirkustanzi kulħadd għandu jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu.

Il-Gvern Malti għandu jibdel ir-rotta u flok ma jibqa’ kontinwament ifittex li jipprova jaħrab mir-responsabbiltajiet tiegħu ifittex li jaħdem id f’id mal-NGOs li qed isalvaw il-ħajjiet b’mod li qed jagħmlu ħidma li messha qed issir mill-Gvernijiet. Li jkun hemm min jipprova jimita lil mexxej lemini Matteo Salvini biex ikunu kkriminalizzati l-NGOs iservi biss biex tkompli tixtered il-mibgħeda imżejna b’lingwaġġ taparsi patrijottiku.

Hemm il-ħtieġa li l-Gvern Malti jifhem li s-solidarjetà mhiex għażla, imma dmir.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 19 t’April 2020

 

 

 

Solidarity is not an option but a duty

Earlier this week, Foreign Minister Evarist Bartolo sanctimoniously declared on TV that he had discussed at length the immigration crisis in Maltese waters with the EU Commission, with the Vatican and with senior officers of UNHCR. All agreed, he said, that Malta was in the right.

Mr Bartolo is trying to create a false perception that the closure of Maltese ports to NGOs disembarking immigrants saved from being engulfed in the cemetery developing around us is reasonable and acceptable to the international community. He cannot be more distant from the truth.

Greens, both in Malta and in the EU, have repeatedly emphasised that Malta cannot shoulder its “save and rescue responsibilities” on its own. This was emphasised as recently as this week in a joint statement between the European Green Party and Alternattiva Demokratika. However, inadequate or at times inexistent solidarity from EU member states does not absolve Malta of its international responsibilities from coordinating safety and rescue operations within its area of responsibility in the central Mediterranean.

It is indeed unfortunate that over the years Malta has repeatedly tried to wriggle out of its responsibilities. We do remember when the PN led government arrived at an agreement with the Berlusconi administration in Italy in order that the Italian navy pushes back all departing boats carrying immigrants along the Libyan coast.

Closer in time the Joseph Muscat administration is known to have arrived at some sort of secret but unwritten agreement with the then Renzi led government in Italy such that the arrival of immigrants in Malta trickled down to zero.

What about Neville Gafà, then special envoy of Prime Minister Joseph Muscat and his meetings with Libyan militia leader Haithem Tajouri of the Tripoli Revolutionary brigades? Tajouri, apparently a close acquaintance of the Muscat led government was singled out in a United Nations report for a number of human rights breaches. He is also, according to the same report, responsible for the running of a private detention centre where many are held in captivity.

It was also reported in the press that at a point in time Neville Gafà, envoy of the Prime Minister had accompanied the Maltese Colonel in charge of AFM Operations at high level meetings in Libya to stem immigration. Photographs and names were published.

Apparently this is no longer effective as we now have to face serious allegations of AFM personnel sabotaging rubber boats carrying asylum seekers in Maltese waters. It is being alleged that the crew of patrol boat P52 cut the cable of the motor driving the rubber boat carrying the asylum seekers leaving them adrift in the Maltese search and rescue area. Hats off to NGO Repubblika for filing criminal complaints. I would have expected the Commander of the Armed Forces to initiate an investigation himself without the need for any prompting, as soon as the allegations surfaced.

The recent proposal of Minister Bartolo for the EU to engage with Libya in order to lessen its humanitarian burden and enable the international community to provide much-needed assistance to both refugees and the Libyan people is positive. It is however to be underlined that this is already being done notwithstanding the difficult circumstances within Libya itself.

The EU has in fact disbursed around €50 million in humanitarian aid utilised in Libya since 2014.

Unfortunately there is no will among EU governments for an EU solution even though the four largest EU countries (Germany, France, Spain and Italy), a couple of days ago, have taken steps to push the migration issue back onto the EU agenda.

Everyone recognises that the situation is very difficult. Everyone must however shoulder their responsibilities.

The Maltese government should change tack and instead of constantly seeking ways to wriggle out of its responsibilities actively develop a close collaboration with those NGOs who have volunteered to deploy their own rescue missions to save lives, thereby filling in the gaps left by the EU states. Aping Italian right-wing leader Matteo Salvini in criminalising NGOs only serves to further encourage pseudo-patriotic vitriol.

It is about time that the Maltese Government recognises that solidarity is not an option but a duty.

published in the Malta Independent on Sunday 19 April 2020

Dejjem jagħtu l-eżempju!

 

Mela issa sira nafu li minkejja dak kollu li jgħidu l-ilsna ħżiena f’dan il-pajjiż Neville Gafà hu s-sors ta’ altruwiżmu bla limitu. Ix-xogħol volontarju li qed jagħmel fl-uffiċċju tal-Prim Ministru huwa biss eżempju wieħed minn ħafna.

Il-bqija, għax hu bniedem umli, jagħmel ħiltu biex jibqa’ mistur.

Kultant insiru nafu xi ħaga, bħal per eżempju dawk l-eluf ta’ visa għal skop mediku li “tqassmu b’xejn”. Min jaf, forsi għalhekk kien il-Libja dan l-aħħar biex ikompli din l-opra ta’ benefiċjenza.

Jekk ħasbu li qed jgħaddu n-nies biż-żmien, huma mqarrqin!