The budget: beyond the €s

Liza Minelli’s song “Money makes the world go round” is the underlying theme of the Budget speech delivered by Finance Minister in Parliament last Monday. The message driven home was that money and the accompanying affluence clearly indicate that we have never had it so good and that handouts to all are not a problem, both to those who need them, and, more importantly to those who don’t.

Today, taxation is a dirty word in our political lexicon: hence, it was suggested that the message that no increases in existent taxes or new taxes have been proposed is a positive one by the Honourable Minister. Handouts are for all, almost. First for those in need, secondly for most of the rest. The dictum “from each according to his means, to each according to his needs” no longer has any significance when trying to understand the political philosophy underlying the budget of this “labour” government.

Taxation collected in Malta apparently only has some significance when taxing foreign companies operating outside Maltese territory but having some small office, or just a letterbox, on this rock. This is done so that they can avail themselves of reduced taxation rates, substantially lower that those payable in the countries where they operate.

Similarly, companies operating in the financial services sector benefit from a tax package which offers them substantial savings on their tax bills in order to entice them to set up shop.

The government thinks it is smart, but all it is doing is encouraging tax avoidance. Malta’s message is clear: those who want to avoid tax in their country are welcome as long as they are prepared to pay a small part of the taxes avoided to the Maltese exchequer.

In this respect, the case study entitled “Toxic Tax Deals. When BASF’s Tax Structure is more about style than substance” published by the Green Group in the European Parliament around two years ago is indicative. In that study, it was concluded that BASF, the German chemical giant with its headquarters in Ludwigshafen, used mismatches in national tax systems in order to avoid paying its taxes. It is estimated that, over a five-year period spanning 2010 to 2014, BASF avoided the payment of close to one billion euros in taxes, paying instead a small amount of the taxes avoided, in gratitude for this wonderful opportunity made possible by the Maltese governments, blue and red.

In this context the Finance Minister’s declaration against tax evasion, tax avoidance and money laundering is deemed mere rhetoric. It has to be viewed in the context of the Panama Papers saga, as well as the established fact that a Cabinet Minister and the Chief of Staff in the Office of the Prime Minister set up companies in Panama, a tax haven, and no punitive action was taken against them. With this background, the Minister’s sanctimonious declaration is in no way credible.

The Budget proposals strengthen the social safety net as it assists the vulnerable financially. However, the quality of life is not measured solely by financial metrics. The Budget has various green gaps that affect our quality of life.

The welfare of cars assumes an importance over human quality of life, as government considers it is important to widen and improve roads in order to facilitate the passage of cars, thereby aiming at reducing congestion. An inverted sense of logic: reduction of the number of cars on our roads should have been the target as that is the real and actual problem. Widening roads and improving road infrastructure with flyovers and underpasses only serves to grow the number of cars on our roads, thereby increasing the problem. Providing and facilitating alternative transport is the only solution. Paying lip service to alternative means of transport but simultaneously financing an exponential
increase of the problem signifies that we still have to learn the ABC of transport policy.

The government’s own transport master-plan places considerable emphasis on the need to reduce cars from our roads but it seems that the government is not interested.

Therefore, we have a government which is more interested in the welfare of cars than in our quality of life.

This is just one example. There are countless of others.

The Budget loses an opportunity to make a lasting difference in a number of areas important for our quality of life that goes beyond finances.

published (online) at Malta Independent

Advertisements

Il-baġit : lil hinn mill-€s

Id-diska ta’ Liza Minelli “Money makes the world go round” donnha li hi t-tema li madwarha hu minsuġ id-diskors tal-Baġit li nqara mill-Ministru tal-Finanzi nhar it-Tnejn fil-Parlament. Il-messaġġ ċar li wasal fi djarna kien li l-flus u l-“ġid” li hawn jagħmlu possibli li tirċievi ċekk id-dar, kemm jekk għandek bżonnu kif ukoll jekk m’għandekx.

F’dawn iż-żmienijiet il-kelma taxxa donna saret kelma moqżieża fid-dizzjunarju politiku: għalhekk ġie suġġerit li n-nuqqas ta’ taxxi ġodda, inkella ta’ żieda fit-taxxi eżistenti kien element pożittiv fid-diskors tal-Onorevoli Ministru. Ċekkijiet għal kważi kulħadd. L-ewwel għal dawk li għandhom il-ħtieġa u mbagħad għall-parti l-kbira tal-bqija. Dak li kien jingħad li “jittieħed mingħand kull wieħed skont ma jiflaħ, u jingħata lil kulħadd skont il-ħtiġijiet tiegħu” donnu li ma għandu l-ebda piz illum meta nippruvaw nifhmu l-filosofija politika li fuqha hu mfassal dan il-baġit ta’ Gvern “Laburista”.

It-taxxa li tinġabar f’Malta donnha li hi utli biss meta tinġabar mingħand kumpaniji barranin li fil-waqt li joperaw barra mit-teritorju Malti jkollhom uffiċċju żgħir jew sempliċi letterbox f’Malta. Dan biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn rati ta’ taxxa sostanzjalment iktar baxxi minn dawk li jkunu soġġetti għalihom fil-pajjiżi fejn joperaw.

Diversi kumpaniji fis-settur tas-servizzi finanzjarji ukoll jibbenefikaw minn rati ta’ taxxa li bihom jiffrankaw sostanzjalment minn dak li jħallsu band’oħra.

Il-Gvern mingħalih li għamel opra. Fir-realtá qed jibgħat messaġġ li Malta tilqa’ li min irid jevadi t-taxxa f’pajjiżu, kemm-il darba jkun lest li jħalli xi ħaġa minn dak li jiffranka fil-kaxxa ta’ Malta!

F’dan il-kuntest l-istudju intitolat Toxic Tax Deals. When BASF’s Tax Structure is more about style than substance. ippubblikat mill-Grupp tal-Ħodor fil-Parlament Ewropew madwar sentejn ilu jispjega b’mod ċar x’inhu jiġri. F’dan l-istudju ġie konkluż li l-BASF, ġgant Ġermaniz fil-qasam tal-industrija kimika ibbazat f’Ludwigshafen, jagħmel użu minn differenzi fis-sitemi nazzjonali tat-taxxa biex jevita milli jħallas it-taxxi dovuti. Huwa stmat li, tul il-ħames snin bejn l-2010 u l-2014, BASF evitaw madwar biljun euro fi ħlas ta’ taxxi. Minflok ħallsu ammonti ferm inqas, b’ħajr lill-gvernijiet Maltin (blu u ħomor) talli għinhom jevitaw dawn it-taxxi kollha.

F’dan il-kuntest id-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus jidhru dak li fil-fatt huma: eżerċizzju ta’ retorika. Inżommu f’moħħna ukoll il-kaz tal-Panama Papers, li kien stabilixxa l-fatt li membru tal-Kabinett u ċ-Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru kellhom kumpaniji fil-Panama, pajjiż rinomat għall-evażjoni tat-taxxa, u dwar dan ma kienu ittieħdu l-ebda passi kontra tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, id-dikjarazzjoni ta’ “qdusija” da parti tal-Onorevoli Ministru hi nieqsa minn kull kredibilitá.

Il-proposti tal-Baġit isaħħu ix-xibka soċjali u dan billi jgħinu finanzjarjament lill-vulnerabbli. Imma l-kwalitá tal-ħajja ma titkejjilx biss f’termini ta’ flus. Fil-Baġit hemm bosta miżuri ambjentali nofs leħja.

Il-ħarsien tal-karozzi huwa iktar importanti mill-kwalitá tal-ħajja għalina. Il-Gvern jikkunsidra li hu iktar importanti li jwessa’ t-toroq biex jiffaċilita ċ-ċaqlieq tal-karozzi u b’hekk jipprova jnaqqas il-konġestjoni. Loġika rasha l-isfel. Il-mira kellha tkun it-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq tagħna għax dik hi l-problema. It-twessiegħ tat-toroq u t-titjib tal-infrastruttura bil-kostruzzjoni ta’ flyovers lil hawn u lil hemm iwassal biss għaż-żieda ta’ karozzi fit-toroq tagħna u b’hekk tikber il-problema tal-konġestjoni. L-unika soluzzjoni hi li jkun inkoraġġit bis-serjetá t-trasport alternattiv. Il-Gvern qiegħed fl-istess nifs jinkoraġixxi kemm lit-trasport alternattiv kif ukoll iż-żieda fenomenali ta’ karozzi: dan ifisser li għadu ma tgħallem xejn. Wara kollox huwa l-pjan nazzjonali tat-trasport imfassal minn dan il-Gvern stess li jpoġġi quddiemna l-mira tat-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq tagħna. Imma jidher li l-Gvern qed iwarrab il-pjani tiegħu stess.

L-Gvern hu iktar interessat mill-ħarsien tal-karozzi milli mill-ħarsien tal-kwalitá tal-ħajja tagħna lkoll.

Dan hu biss eżempu wieħed. Hemm bosta oħrajn.

Il-Baġit qed jitlef l-oportunitá li jagħmel differenza f’numru ta’ oqsma fejn li troxx il-flus mhux biżżejjed.

 

Ippubblikat fuq Illum: Il-Ħadd 28 t’Ottubru 2018

Parlament li jġiegħlek tirremetti

vomit

Smajt partijiet mid-dibattitu Parlamentari tal-lum dwar Keith Schembri l-Kasco. Nistqarr li qlajt l-istonku nisma’ lil Simon Busuttil u lil Joseph Muscat jitkellmu. Jekk ngħid li rriduċew lil Parlament għat-tejatrin tar-raħal inkun qed ninsulenta lit-tejatrin tar-raħal!

Bil-lingwaġġ li kontinwament juża’ Simon Busuttil (u oħrajn) iwassal mesaġġ li qed jitkellem dwar korruzzjoni ppruvata meta jaf li dan hu ferm il-bogħod mir-realtà. Ir-realtà hi ftit differenti: li hemm attività ta’ diversi persuni li qed jagħmlu użu mis-segretezza tal-qasam finanzjarju f’pajjiżi oħra (Panama u British Virgin Islands, per eżempju). Li dawn is-servizzi jintużaw minn persuni fil-politika (Konrad Mizzi) u minn persuni madwar il-politiċi (bħal Keith Schembri) jqanqal suspetti gravi dwar korruzzjoni. Suspetti jibqgħu suspetti. Imma l-politiku serju jaġixxi minnufih fuq suspetti ta’ din il-gravità. Il-fatt li Joseph Muscat ma aġixxiex turi li bla l-iċken dubju m’huwiex bniedem serju u ma jixraqlux li jmexxi dan il-pajjiż.

Dan hu l-argument kollu li jiġġustifika l-mozzjoni ta’ Marlene Farrugia.

Il-bqija, fl-opinjoni tiegħi kien kollu ħela ta’ ħin.

Imma sfortunatament il-Parlament Malti mhuwiex interessat f’diskussjoni serja. La l-Gvern u l-anqas l-Opposizzjoni.

Joseph Muscat : tad-daħq jew tal-biki ?

smilie_gr_201

 

F’Malta(s’issa)  hawn kunsens bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista dwar il-qasam tas-settur finanzjarju. Dan il-kunsens jinkludi l-possibilità tat-twaqqif ta’ nominee companies li jippermettu l-ħabi tal-ismijiet tal-persuni involuti f’dawn il-kumpaniji.

Alternattiva Demokratika dejjem kienet kritika ta’ dan. In partikolari ipproponejna li s-servizzi fiduċjarji li permezz tagħhom l-identità tas-sidien reali ta’ uħud mill-kumpaniji hi moħbija wara l-isem ta’ xi avukat jew accountant jeħtieġ li jispiċċaw.

Jekk dan ma jsirx, inutli nitkellmu fuq it-trasparenza u fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-korruzzjoni hi mibnija fuq in-nuqqas ta’ trasparenza, fuq il-ħabi, w s-servizzi fiduċjarji ma jagħtu l-ebda garanzija biex dan ikun evitat.

F’dan il-kuntest uħud mid-dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat fil-konferenza tal-Commonwealth f’Londra ma nafx jekk humiex tad-daħq jew tal-biki.

Is-settur finanzjarju f’Malta hu mibni fuq ir-ramel

Mafia linked-companies

L-impiegi u d-dħul li s-settur finanzjarju f’Malta jiġġenera hu mibni fuq ir-ramel għax hu dipendenti fuq l-evazjoni (legali) tat-taxxa.

Is-settur finanzjarju f’Malta hu mibni fuq il-fatt li Malta toffri rati favorevoli ta’ taxxa. Jiġifieri rati sostanzjalment inqas minn dawk li kieku jitħallsu f’pajjiżi oħra. Dan flimkien mas-segretezza huwa dak li jiġbed is-settur finanzjarju Malti. F’ħafna każi huma kumpaniji leġittimi li jibbażaw ruħhom f’Malta biex iħallsu inqas taxxi. Xi drabi jkun hemm konnessjonijiet kriminali .

Il-Prim Ministru l-bieraħ qal fil-Parlament li hu ippreokkupat biex jipproteġi r-reputazzjoni taċ-ċentru finanzjarju f’Malta. Inkwetat li bħala riżultat tal-informazzjoni żvelata mill-Panama ser tiżdied il-presssjoni kontra dak li hu jsejjaħ “sovranità” fil-qasam tat-tassazzjoni.

Fir-realtà iktar milli sovranità hi eżerċiżżju ta’ evażjoni ta’ taxxa li bħala riżultat tiegħu kumpaniji kbar u żgħar jirnexxielhom jiżgiċċaw milli jħallsu t-taxxi dovuti f’pajjiżhom, u minflok iħallsu xi ħaġa żgħir f’Malta. Bħala riżultat ta’ dan joħolqu l-impiegi f’Malta għax jaħdmu minn hawn.

Għandu jkollna l-kuraġġ li ngħidu l-affarijiet kif inhuma: Malta (bil-kunsens kemm tal-PN kif ukoll tal-PL) bniet is-settur finanzjarju tagħha billi inkoraġġiet l-evazjoni tat-taxxa.

Għalhekk m’humiex kredibbli meta jitkellmu fuq il-moralità fiskali!

 

 

Sal-ponta ta’ imnieħru

nose2

Għall-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil, il-mod kif żviluppat l-istorja tal-bejgħ taċ-ċittadinanza għall-prezz ta’ €650,000 hi sħaba sewda għax il-Gvern irrombla minn fuq l-Opposizzjoni. Simon Busuttil kompla jgħid li dak li ġara hu ta’ theddida għad-demokrazija.

Il-Gvern wasal għall-konklużjoni li l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza  hi mezz tajjeb biex bih jiġbor il-miljuni għal numru ta’ snin, biżżejjed biex ikollu l-mezzi ħalli jiffinanzja l-programm politiku li jrid iwettaq mingħajr ma jżid taxxi. Jidher li ngħata pariri dwar dan kemm mill-konsulenti tiegħu kif ukoll minn dawk li nirreferu għalihom bħala lobbyists.

Il-Gvern geżwer il-proposta tiegħu fis-segretezza. Fatt li saħħah l-argument li minkejja d-due diligence kollha li jista’ jkun hemm xorta hemm il-possibilita ta’ karattri mhux mixtieqa li japplikaw għal u jakkwistaw din iċ-ċittadinaza.

Li kieku l-Gvern aċċetta s-suggeriment li jneħħi s-segretezza, proposta li saret mill-Alternattiva Demokratika,  mill-Opposizzjoni, kif ukoll mis-soċjeta’ ċivili, argument qawwi kontra din l-iskema taċ-ċittadinanza kien ikun eliminat.

Il-konsegwenza tal-iskema kif approvata mill-Parlament hi li Malta tidher li biex iddaħħal il-flus hi lesta li tiddefendi l-interessi ta’ min ma jridx jikxef l-identita tiegħu.Issa dan kollu jmur kontra r-reputazzjoni li Malta kisbet tul is-snin bħala ċentru finanzjarju serju u ta’ min jafdah. Sfortunatament din ir-reputazzjoni tajba inevitabilment ser tittappan u dan minħabba li s-segretezza tal-iskema taċ-ċittadinanza inevitabilment ser tkun assoċjata mal-idea ta’ tax haven. Dan kollu jista’ jwassal għal impatt negattiv fuq is-servizzi finanzjarji li huma ibbażati f’Malta bħala riżultat ta’ din ir-reputazzjoni tajba. B’mod li dak li l-Gvern idaħħal mill-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza jintilef minn banda oħra.

Imbagħad hemm l-issue tal-prinċipji involuti. Fir-realta’ hawnhekk ingħataw messaġġi konfliġġenti. Għax fil-prinċipju hemm qbil maċ-ċittadinanza ekonomika. Id-differenza ta’ opinjoni hi dwar x’inhu meqjus bħala investiment aċċettabbli. Il-Gvern għażel mudell ta’ donazzjoni “żgħira” minn għand numru imdaqqas bħalma hu ipprattikat f’diversi pajjiżi fil-Karibew filwaqt li l-kontro-proposta hi l-mudell Awstrijak ta’ investiment sostanzjali.

Il-kuntrast bejn iż-żewġ mudelli hu li l-mudell li għażel il-Gvern iwassal għall-fondi direttament fil-kaxxa ta’ Malta li dwarhom ikun il-Gvern li jiddeċiedi kif ikunu investiti. Min-naħa l-oħra l-mudell Awstrijak idum iktar biex jagħti r-riżultati. Apparti dan dwar l-investimenti mill-mudell Awstrijak il-Gvern, ftit li xejn ikollu kontroll fuq kif jitħaddem.

Bħalissa l-istampa internazzjonali qed tirrapporta dak li Malta qed toffri għall-bejgħ passaport għall-Unjoni Ewropeja. Nistennew u naraw kif ser jiżviluppaw l-affarijiet u l-konsegwenzi.

L-issue kollha taċ-ċittadinanza hi deċiżjoni politika li ma naqbilx magħha għax hi ibbażata fuq konsiderazzjonijiet ta’ benefiċċju “short term”.  Fil-waqt li l-anqas dan l-impatt “short term” ma hu assigurat għad irridu naraw jekk l-impatt negattiv antiċipat fuq is-servizzi finanzjarji iseħhx. Filwaqt li nixtieq li dan ma jiġrix, issa hu ċar li għandna Gvern li jħares sal-pont ta’ imnieħru.

Il-logħob biċ-ċittadinanza ekonomika

Chess.01

Il-logħob biċ-ċittadinanza Maltija qed idejjaq lill-kulħadd.

Li jkun possibli li tingħata ċ-ċittadinanza lil min jagħti kontribut għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż hi proposta tajba. Jeħtieġ iżda li jkunu indirizzati żewġ diffikultajiet.

L-ewwel diffikulta’ hi dwar jekk il-kontribut għandux ikun ammont żgħir (relattivament) mingħand diversi persuni li miġbur flimkien jintuża mill-Gvern biex jiffinanzja inizzjattivi partikolari [x’inhuma għad irridu naraw].  Dan hu li jsir f’St Kitts u Nevis fil-Karibew permezz ta’ donazzjonijiet lill-Fondazzjoni dwar id-diversifikazzjoni tal-Industrija taz-Zokkor [Sugar Industry Diversification Foundation].

Min-naħa l-oħra fl-Awstrija l-impenn hu wieħed ta’ kontribut dirett tal-individwu fl-ekonomija mingħajr ma juża l-istat bħala intermedju.

L-għażla reali jiġifieri hi bejn min ikun diġa ta’ prova ta’ kontribut għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż u min jagħti kontribut ta’ €650,000 li wara jitħaddmu mill-Gvern flimkien mal-kontribut ta’ ħaddieħor.  Għalija l-ewwel triq, dik imħaddma mill-Awstrija hi iktar serja u marbuta mar-riżultati miksuba. It-tieni triq, dik ibbażata fuq il-prattika f’St Kitts u Nevis, hi dgħajfa u mhux neċessarjament li tagħti riżultat. Kullma tagħmel tagħti l-flus f’idejn il-Gvern li jista’ jħaddimhom tajjeb u jista’ jħaddimhom ħażin.

Mela d-differenza bejn iż-żewġ sistemi hi li waħda tagħti ċ-ċittadinanza ekonomika li min ikun diġa tak ir-riżultati u l-kontribut għal titjib ekonomiku filwaqt li oħra tippremja biċ-ċittadnaza ekonomika lil min jagħtik il-finanzi biex tipprova tieħu inizzjattivi. M’hemmx bżonn tkun għaref biex tikkonkludi li l-ewwel  sistema hi bil-bosta aħjar mit-tieni.

It-tieni diffikulta hu dik li tissejjaħ due diligence. Jiġifieri li tgħarbel lil min japplika biex tara jekk hux fl-interess tal-pajjiż li jingħata ċ-ċittadinanza. Il-proposta tal-Gvern hi li d-due diligence jagħmluha Henley and Partners (konsulenti tal-Gvern) li ser imexxu huma stess l-implimentazzjoni tal-iskema anke jekk id-deċiżjonijiet finali jeħodhom il-Gvern.  Ikun ferm aħjar li min imexxi l-iskema (u li ukoll ser imexxi l-quddiem applikazzjonijiet ta’ klijenti tiegħu stess) ma jkunx hu stess li jgħarbel l-applikanti.  Anke jekk ikunu persuni differenti fl-istess ditta.

Niftakru li anke l-Montenegro kellhom sistema simili ta’ ċittadinanza ekonomika li ġiet sospiża meta bdew id-diskussjonijiet għas-sħubija tal-Montenegro fl-Unjoni Ewropeja. Minkejja li waħda mill-kundizzjonijiet tal-iskema tal-Montenegro kienet li ċ-ċittadinanza ekonomika ma tingħatax li min imiss mal-kriminalita din xorta ingħatat lil Thaksin Shinawatra ex-Prim Ministru tat-Tajlandja li pajjiżu jridu jgħaddi proċeduri kriminali dwar korruzzjoni.

Dawn huma dawk li aħna f’Alternattiva Demokratika naraw bħala id-difetti tal-iskema proposta mill-Gvern. Pass żbaljat wieħed f’din l-iskema jista’ jħarbat ix-xogħol utli li sar fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’Malta tul is-snin. L-istess bħalma qed isir bil-paroli tal-Opposizzjoni li, meta tirritorna fil-Gvern tirtira ċ-ċittadinanza mogħtija taħt din l-iskema.  Id-dubju li hemm fuq il-validita’ kostituzzjonali ta’ dak li qed jgħid il-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil mhux ser ikun ta’ ġid għall-pajjiż.

Hemm ħafna sens komun nieqes f’dak li qed jgħidu kemm il-Gvern kif ukoll l-Opposizzjoni. L-atitudni tat-tnejn li huma qed tagħti messaġġ ħażin lil kull min qiegħed widnejh miftuħin biex jisma’.