Snippets from AD’s electoral manifesto: (41) Family Policy

family

The following extract is taken verbatim from Chapter 15 of AD’s Electoral Manifest

The concept of the family varies in different social contexts.

The social changes happening around have seen the family evolving and changing and therefore we would be more accurate if we refer to “families” in order to reflect today’s realities. The social policy of Alternattiva Demokratika recognises different family types which exist in Maltese society and respects the rights and obligations of individuals forming part of these diverse family types. At the same times it stresses the importance of addressing such diversity instead of continuing to project one type of family.

Alternattiva Demokratika believes that we should move towards a family model based on the idea of the ‘universal caregiver’, where everyone, irrespective of one’s sex or status, is able to participate in the public sphere (e.g. Employment) and in the private sphere (e.g. Caring). A democratic family policy should also have children within its central framework, where regardless of the type of family, the parents should have rights and responsibilities where children are concerned.

Alternattiva Demokratika recognises the importance of the family in Maltese society. A lot of wealth, both material and not, which is created in society, is the fruit of Maltese and Gozitan families.

Alternattiva Demokratika is proud to have been pivotal in the introduction of divorce in Malta. In the same way, AD proposes the introduction of a progressive social policy pertaining to the family.

L-Estratt segwenti hu meħud kelma b’kelma mill-Kapitlu 15 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Il-kunċett ta’ familja jvarja f’kuntesti socjali differenti. Il-bidliet soċjali li qed iseħħu madwarna raw lill-familja Maltija tevolvi u tinbidel u għalhekk inkunu aktar preċiżi jekk nużaw l-idea ta’ ‘familji’ biex inkunu qed nirriflettu ir-realtajiet ta’ llum. Il-politika soċjali ta’ Alternattiva Demokratika tagħraf diversi tipi ta’ familja li jeżistu fis-soċjetà Maltija u tħares id-drittijiet u l-obbliġi tal-individwi li jikkomponu dawn il-forom diversi ta’ familja. Fl-istess ħin tisħaq fuq l-importanza li tiġi indirizzata din id-diversità minflok jibqa’ jiġi pproġettat tip wieħed ta’ familja. Alternattiva Demokratika temmen li għandna nersqu lejn mudell ta’ familji ibbażat fuq l-idea ta’ ‘universal caregiver’, fejn kulħadd, irrispettivament minn sess u stat, għandu jkun involut fl-isfera pubblika (eż. l-impjieg u x-xogħol) u dik privata (ez. ħarsien). Politika demokratika tal-familja għandu wkoll ikollha lit-tfal fil-qafas ċentrali tagħha, fejn irrispettivament mit-tip ta’ familja, il-ġenituri jkollhom drittijiet u dmirijiet f’dak li għandu x’jaqsam mat-tfal.

Alternattiva Demokratika tagħraf l-importanza tal-familja fis-soċjetà Maltija. Ħafna mill-ġid, materjali u mhux, li jinħoloq fis-soċjetà Maltija, hu frott il-ħidma tal-familji Maltin u Għawdxin.

Alternattiva Demokratika hija kburija li kienet il-mutur li wassal għall-introduzzjoni tad-divorzju f’Malta. Bl-istess mod, AD tipproponi l-introduzzjoni ta’ politika soċjali progressiva fil-qasam tal-familja.

Advertisements

Magħna taf fejn qiegħed

new identity

 Il-ġimgħa d-dieħla nisimgħu s-suffara li ssejjaħ elezzjoni ġenerali.

Alternattiva Demokratika ser terġa tkun hemm fuq id-Distretti kollha. F’uħud b’kandidat wieħed, f’oħrajn b’iktar.

Il-programm elettorali ta’ Alternattiva Demokratika bħal dejjem ser ikun ċar fuq issues li partiti oħra jevitaw. Hekk ġara fil-passat dwar id-divorzju u r-riforma tal-liġijiet tal-kera. Il-partiti l-oħra evitaw dawn is-suġġetti fil-kampanja elettorali imma mbagħad kellhom jiffaċċawhom fil-Parlament.

Alternattiva Demokratika m’hi ostaġġ ta’ ħadd, għalhekk titkellem ċar.

AD tkompli tkun l-akbar difensur ta’ dak li baqa’ mill-wirt ambjentali Malti, tistinka għal aktar spazji pubbliċi u infrastruttura aħjar. AD mħiex ostaġġ tal-kaċċaturi u n-nassaba, l-iffissati fil-logħob tan-nar, l-abitanti illegali tal-Armier, u spekulaturi u żviluppaturi bla rażan. Issejjaħ għal politika sostenibbli dwar l-art u l-ilma, għal politika ekonomika progressiva, bħal żieda fil-paga minima u taxxa mit-tielet proprjetà vojta lil hinn.

AD hi favur politika soċjali umana u drittijiet ugwali għal kulħadd, fosthom il-minoranzi fil-politika soċjali u tal-familja, bħall-persuni b’diżabilità, il-persuni LGBT u kull tip ta’ familja. AD hi favur ugwaljanza bejn is-sessi, id-dekriminalizzazzjoni tad-drogi għall-użu personali, u l-għajnuna għall-vittimi tad-droga minflok kriminalizzazzjoni.

AD lesta biex taħdem ma’ ħaddieħor, skont programm konġunt maqbul. Taħdem biex dak miftiehem jitwettaq meta nkunu fil-Parlament. Bħala sieħeb minuri, AD tistinka biex tkun żviluppata il-politika bil-kunsens u ma theddidx li tgħaddi tagħha akkost ta’ kollox, konxja mill-fatt li dan iġib l-instabilità.

Vot għal Alternattiva Demokratika jkun vot għall-bidla fil-mod ta’ tmexxija u favur stabbilità.

Jekk temmen li għandhom jkunu fuq quddiem il-ġustizzja soċjali, id-drittijiet ċivili, il-ġustizzja ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli, il-modernizzazzjoni ekoloġika u, fuq kollox, ir-riforma tal-istituzzjonijiet għat-tisħiħ tad-demokrazija, mela taf fejn qiegħed mal-Alternattiva Demokratika. Vot għall-PN jew għall-PL ifisser vot għas-sistema staġnata taż-żewġ partiti.

Jekk vera trid il-bidla, ivvota Alternattiva. Magħna taf fejn qiegħed.

Riforma fil-Liġi tal-Kera : L-ewwel reazzjoni ta’ AD

 

 

Huwa ta’ sodisfazzjon għal AD li tant insistiet li din l-issue ma tistax titħalla barra mill-agenda tal-pajjiż li sa fl-aħħar wara ħafna tnikkir ingħata bidu għal proċess ta’ konsultazzjoni b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet konkreti.

AD qed tistudja l-proposti fid-dettall u iktar tard fi ħsiebha tippreżenta bil-miktub ir-reazzjoni tagħha għall-proposti specifiċi li saru fil-White Paper. Ma l-ewwel daqqa t’għajn iżda nistgħu  ngħidu minnufih li ma jagħmilx sens li l-partiti politiċi jingħataw xi preferenza fuq ċittadini komuni. AD hi tal-fehma li l-partit politiċi m’għandhomx ikunu soġġetti għal kejl differenti. AD ma taqbilx li l-każini tal-partiti politiċi għandhom ikunu eżentati mir-riforma tal-liġi tal-kera. Kemm l-MLP kif ukoll il-PN diġa jieħdu mal-€250,000 fis-sena bejniethom bħala fondi għall-hekk imsejjħa kuntatti fl-UE. Nistiednu lill-partiti l-oħra jiddikjaraw minn issa  jekk jaqblux mal-preferenza li qed jipproponi l-Gvern f’liġi ġdida dwar il-kera.

Ir-riforma proposta tintrabat mal-familja tradizzjonali ta’ raġel u mara miżżewġa u tinjora forom ġodda li żviluppaw matul is-snin. Fil-waqt li l-White Paper tirrikonoxxi d-drittijiet konnessi mal-kiri ta’ propjeta ta’ koppji separati tinjora dawk ta’ koppji divorzjati, ta’ koppji li jgħixu flimkien mingħajr ma huma miżżewġa kif ukoll ta’ koppji ffurmati minn żewġ persuni ta’ l-istess sess. AD ma taqbilx ma dan u tinsisti li dawn il-koppji għandhom ikollhom l-istess drittijiet ċivili ta’  koppja li tifforma familja meqjusa tradizzjonali.

Il-perjodu ta’ 20 sena transizzjoni li l-White Paper tipproponi biex r-riforma tkun applikabbli għal propjetajiet kummerċjali hu perjodu twil wisq u għandu jiġi mnaqqas sostanzjalment.

Ir-riforma tal-liġi tal-kera trid tfittex li tindirizza tlett aspetti :

a) li tkun ġusta mas-sidien mingħajr ma toħloq inġustizzja mal-inkwilini, l-iżjed ma dawk l-iktar vulnerabbli fis-socjeta,

b) li toħloq il-klima neċessarja biex jibdew jintużaw it-53,000 propjeta vojta u

 

c) b’hekk ma jkunx hemm iktar ħtieġa tal-kwantita ta’ bini li għaddej bħalissa.