Il-plastik f’ħajjitna

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) bħalissa qed tieħu ħsieb konsultazzjoni pubblika dwar il-plastik li jintrema wara li jkun intuża darba waħda biss. Dan jikkuntrasta mal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea li tħares lejn il-plastik b’mod iktar wiesa’ u olistiku.

L-argument bażiku hu li t-tfassil tal-politika tagħna trid tħares fit-tul u tqis l-impatti f’kull stadju tal-implimentazzjoni. Dak li hu deskritt bħala life-cycle thinking. Dan ifisser, b’mod partikolari, li fil-proċess tal-manifattura u l-użu tal-materjali, l-impatti ambjentali f’kull stadju tal-użu ta’ prodott ikun ikkunsidrat u analizzat fl-istadju l-iktar bikri possibli. Dan jibda mill-għażla tal-materjal użat, inkluż il-mod kif dan hu prodott u jibqa’ sejjer sal-mument li l-ħajja tal-oġġett tiġi fi tmiemha u allura jintrema jew inkella jkun ipproċessat mill-ġdid għal użu ieħor.

Id-dibattitu tal-lum hu dwar ir-rimi ta’ plastik wara li dan ikun intuża’ darba waħda (single-use plastic). Dan hu s-sors tal-ġenerazzjoni ta’ ammont sostanzjali ta’ skart li jeħtieġ li jkun indirizzat b’mod urġenti minħabba li żdied b’mod astronomiku f’dawn l-aħħar snin. Id-dokument li l-ERA ħarġet għall konsultazzjoni pubblika hu intitolat : Single-Use plastic products Strategy for Malta. (Bl-Ingliż biss, għax għall-ERA l-Malti qiesu ma jeżistix.) Min-naħa l-oħra, id-dokument tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea hu intitolat : A European Strategy for Plastics in a Circular Economy.

Id-dibattitu lokali hu indirizzat lejn it-tnaqqis tal-iskart iġġenerat mill-plastik u dan f’kuntrast mad-dibattitu Ewropew li għandu ħarsa iktar wiesgħa u jiffoka fuq ir-rwol tal-ekonomija ċirkulari. Dan il-kuntrast hu wieħed sinifikanti u jixhed kemm it-tfassil tal-politika lokali hi limitata għall-ovvju u ma tħarisx biżżejjed fil-fond ta’ dak li qed niffaċċjaw.

L-iktar ħaġa ovvja dwar il-plastik hi l-ħtieġa li jonqos il-ġenerazzjoni tal-iskart tal-plastik. F’dan l-aspett id-dokument konsultattiv Malti jindirizza b’mod adegwat il-ħtieġa li jonqos il-konsum tal-plastik u li titjieb l-ekonomija u l-kwalità tar-riċiklaġġ. Din l-istrateġija tidentifika l-problema, konsistenti f’oġġetti li nużaw kontinwament. Din hi s-soċjetà li tinqeda u tarmi (the disposal society): tazzi, straws, frieket u skieken, fliexken u kontenituri tal-ikel . Hi l-imġiba tagħna li għandha tkun fil-mira biex ma nibqawx nużaw oġgetti għal darba u narmuhom. Mhiex triq faċli għax is-soċjetà konsumista mexxietna f’din it-triq.

Ironikament fost il-proposti li hemm fid-dokument konsultattiv Malti hemm indikat miżuri ta’ diżinċentiv ekonomiku kif ukoll miżuri fiskali. Dan forsi jfakkar lil uħud mill-qarrejja dwar l-eko-kontribuzzjoni li kienet introdotta (kważi) bl-addoċċ mill-amminsitrazzjoni mmexxija minn Lawrence Gonzi fl-2005. Din il-miżura fiskali kienet introdotta biex (fost affarijiet oħra) jkun indirizzat l-iskart iġġenerat mill-plastik li nużaw darba: ewlenija fosthom il-fliexken tal-plastik.

L-eko-kontribuzzjoni kienet tneħħiet mill-Gvern tal-lum. Ikun interessanti kieku jkollna iktar informazzjoni dwar x’inhuma dawn il-miżuri fiskali kkontemplati bħala parti mill-istrateġija lokali dwar il-plastik. Għax mill-qari tad-dokument konsultattiv ma naslu mkien.

Waħda mill-miżuri prattiċi u tajba li qed ikunu ikkunsidrati biex tkun indirizzata l-ħtieġa li ma jintremewx fliexken tal-plastik, u li iktar minnhom jinġabru għar-riċiklaġġ, hi skema ta’ depositu fuq il-fliexken tal-plastik, liema depożitu tieħdu lura meta tirritorna l-flixkun. Meta din l-iskema tkun implimentata bla dubju tista’ tagħti riżultati tajbin. Lura lejn is-snin 2004/5 l-istess proposta kienet saret minn produtturi tal-minerali f’Malta bħala alternattiva għall-introduzzjoni tal-eko-kontribuzzjoni. Sfortunatament il-proposta kienet skartata minn rappresentanti tal-ħwienet għax ma riedux ikollhom x’jaqsmu mal-iskart.

Kieku bħala pajjiż fettaqna inqas fil-passat, illum forsi qegħdin f’posizzjoni aħjar biex nindirizzaw l-iskart ġġenerat mill-plastik. Fil-fatt ħlejna ħmistax-il sena għax il-Gvern dakinnhar kien ċeda.

L-istrateġija tal-Unjoni Ewopea dwar il-plastik tmur lil hinn mill-iskart. Għandna bżonn viżjoni ċara dwar is-sehem tal-plastik fl-iżvilupp tal-ekonomija ċirkulari, punt li l-istrateġija lokali ma teżaminax. L-isfidi jeħtieġ li nittrasformawhom f’opportunitajiet b’mod li nagħmlu l-aħjar użu possibli mir-riżorsi li għandna għad-disposizzjoni tagħna.

Ħarsu lejn in-natura: din ma taħlix. Il-weraq li jaqgħu mis-siġra jkunu assorbiti mill-ħamrija bħala sors ta’ nutrijenti u b’hekk il-weraq ikunu rriċiklati. L-ekonomija ċirkulari hi imfassla fuq dak li tgħallimna n-natura li taħdem b’mod ċikliku.

Din hi t-triq ‘il-quddiem. Għandna bżonn ta’ viżjoni strateġika mhux biss dwar x’ser nagħmlu fuq l-iskart ġġenerat mill-plastik imma iktar dwar kif nistgħu u għandna nużaw il-plastik biex nibnu ekonomija ċirkulari.

 

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2019

Plastic in our life

The Environment and Resources Authority (ERA) is currently engaged in a public consultation regarding single use plastic. This contrasts with the more wide-ranging EU strategy which considers plastic in a wider and more holistic context.

The basic issue to be addressed is the need to entrench life-cycle thinking in our policy making. This signifies, in particular, that in the manufacture and use of materials, the environmental impacts at each stage of a product’s “life” are considered and analysed at the drawing board. This is a process which runs from the very resources used in the production right to the disposal or reuse of the product.

The current debate is concerned with the disposal of single use plastic which is the source of a waste stream that needs to be urgently addressed as it has increased exponentially over the years.

The public consultation document issued by the ERA is entitled: Single-Use plastic products Strategy for Malta. On the other hand, the EU strategy document is entitled A European Strategy for Plastics in a Circular Economy.

The local debate is being channelled towards addressing the minimisation of waste in contrast to the EU debate which is more wide ranging, focusing on the role of the circular economy. The contrast is significant and identifies the lack of depth in local policy making.

The most obvious issue with plastic is the need to reduce its contribution to the waste stream. In this respect, the Maltese consultation document adequately addresses the need to reduce consumption as well as the improvement of the economics and quality of recycling. It identifies a number of items in daily use which are part of the problem. Essentially it focuses on the disposal society with disposable cups, straws, cutlery, bottles and food containers topping the list. We have to address our behaviour and opt more often to use non-disposables! It is an uphill struggle to avoid moving along the road we have been led for so long.

Ironically, among the policy options which the Maltese consultation document highlights are economic disincentives and fiscal measures. This might remind readers of the “eco-contribution” which was introduced in a haphazard manner by the Lawrence Gonzi administration way back in 2005. This fiscal measure was brought about in order to address the waste generated by single-use plastics: primarily  plastic water bottles.

The eco-contribution was scrapped by the current government. It would be interesting if we could have more information as to what fiscal measures are being contemplated as part of the implementation process of the local plastics strategy because through a perusal of the consultation document, we are none the wiser.

It would be pertinent to point out that one of the practical measures being contemplated to address head-on the recycling of plastic bottles is a plastic packaging deposit scheme. If implemented, this would go a long way to addressing the plastic waste stream. Way back in 2004/5 this same proposal was put forward by beverage producers in Malta as an alternative to the introduction of the eco-contribution. The proposal was unfortunately shot down by representatives of retailers as they did not want to deal with waste.

Less bickering in the past would have placed the country in a much better position to address plastic waste today. Fifteen years of productive work have been lost as the then government did not have the will to proceed.

The EU plastics strategy goes much further than addressing the plastic waste stream. We require a clear vision on the role of plastics in the circular economy, a point which is missed by the local strategy. Challenges must be transformed into opportunities through which the use of resources is maximised.

Take a look at nature. It does not waste anything. The leaves which a tree sheds are taken up by the soil as a source of nutrition and recycled. The basic idea of the circular economy is modelled on nature, which works in a cyclical manner.

This ought to be the way forward. We need a strategic vision not just on how to deal with plastic waste, but more on how the use of plastic could contribute to the circular economy.

 

Published in The Malta Independent on Sunday : 9th June 2019