L-impjieg ta’ Melvin Theuma

Mela issa sirna nafu li Melvin Theuma vera li ġie impjegat ma’ kumpanija tal-Gvern. Il-kumpanija jisimha Housing Maintenance and Embellishment Company Limited.

L-impjieg tiegħu beda fl-1 ta’ Mejju 2019.

Id-Diretturi ta’ din il-kumpanija tal-Gvern huma dawn:
George Meli Chairman, Gavin Gulia Segretarju u Elizabeth Ellul, Jemond Tanti, Mandy Gatt u Joan Morris bhala Diretturi.

Tgħid Elizabeth Ellul hi l-Viċi Chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar?