Wara l-gwerra ċivili fil-PN

Għad m’hemm l-ebda ħjiel tat-tmiem tal-gwerra ċivili fil-PN. Din qed tagħmel ħafna ħsara, mhux biss lill-PN: fl-aħħar minn l-aħħar qed tagħmel il-ħsara lill-pajjiż kollu.

Kull wieħed miż-żewġ darbiet fejn ġie espress vot ta’ sfiduċja fil-Kap tal-PN Adrian Delia iwassal messaġġ politiku ċar li s’issa l-Kap tal-Opposizzjoni għad ma fehem xejn minnu. Meta Delia stqarr li l-vot ta’ sfuduċja espress mill-grupp parlamentari Nazzjonalista u iktar tard mill-Kumitat Eżekuttiv tal-PN ma kellhom l-ebda sinifikat partikolari, kien qed jesponi l-miżerja ta’ kredenzjali demokratiċi tiegħu kif ukoll kien qed jirrifletti l-immaturità politika tiegħu. Dan fl-aħħar m’għandux biss rifless fuq il-kredibilità ta’ Adrian Delia imma ukoll fuq dik tal-PN innifsu.

Il-gwerra ċivili fil-PN qed tisraq l-attenzjoni li presentement jixraq li tkun fuq materji oħra ta’ importanza kbira.  L-irkupru mill-impatti sostanzjali tal-pandemija  Covid-19 u t-tisħiħ tal-kapaċità ta’ Malta kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus jeħtieġu ferm iktar attenzjoni u enerġija. Mhux biss mill-Gvern, imma anke mill-Opposizzjoni.

Jeħtieġ li niddiskutu fid-dettall pjan ta’ rkupru mill-pandemija Covid-19 li jinfirex fuq l-oqsma kollha effettwati: pjan li għandu jkun wieħed integrat ma’ strateġija li tindirizza t-tibdil fil-klima u dan fil-qafas tal-konklużjonijiet tas-summit ta’ Pariġi.  Alternattiva Demokratika diġà tat il-kontribut tagħha xi ġimgħat ilu permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport: Pjan Aħdar: Ġust u Sostenibbli.

Studju riċenti ta’ Deloitte li kien ikkummissjonat mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA) jindika li l-industrija tat-turiżmu bdiet ġejja f’sensiha. Qed tirrealizza li l-irkupru mhux biss seħħ bil-mod, iżda bil-mod ħafna: iktar kajman milli qatt antiċipaw.   L-Air Malta irrevediet il-pjan kummerċjali tagħha u issa qed tantiċipa li teħtieġ madwar seba’ snin biex tkun f’posizzjoni li terġa’ tibda iġġorr l-istess numru ta’ passiġġiera li kienet iġġor qabel ma faqqgħet il-pandemija.  Dan kollu jwassal għal osservazzjoni waħda – evitata minn bosta – dwar kemm l-aspettattivi tal-industrija tat-turiżmu dwar l-irkupru tal-industrija mhumiex realistiċi.

Ikun ferm aħjar kieku napprofittaw ruħna mis-sitwazzjoni u nippjanaw aħjar biex l-industrija tat-turiżmu tissaħħaħ billi ma tibqax tiffoka fuq in-numri imma fuq il-kwalità tat-turist. Pjan ta’ din ix-xorta, bla dubju, jkun jista’ jindirizza l-impatti ambjentali negattivi sostanzjali tal-industrija b’mod effettiv. Il-Ministru tat-Turiżmu  Julia Portelli-Farrugia ma tantx tidher li taqbel ma dan, għax il-ħin kollu tredden bin-numri.

Il-Moneyval hu Kumitat tal-Kunsill ta’ l-Ewropa  magħmul minn esperti li jevalwaw miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.  Hu grupp ta’ monitoraġġ permanenti bl-inkarigu li jara li l-istati membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa qed jieħdu l-miżuri meħtieġa u maqbula fuq livell internazzjonali.

Fl-aħħar rapport dwar Malta ippubblikat fl-2019 il-Moneyval, tagħmel 40 rakkomandazzjoni spjegati f’ 233 paġna. Rakkomandazzjonijiet dwar x’inhu meħtieġ li jsir.  Ir-riskji għal Malta huma ċari: għandna ekonomija li hi vulnerabbli ħafna primarjament minħabba d-daqs tagħha kif ukoll minħabba l-fatt li hi esposta ħafna għal dak kollu li jiġri barra minn xtutna.   Ir-rapport tal-Moneyval jemfasizza li r-remote gaming, per eżempju hu vulnerabbli ħafna għall-ħasil tal-flus u dan “due to the high number of customers, mainly non-resident, the high volume of transactions, the non-face-to-face nature of the business and the use of prepaid cards.”

Mhux biżżejjed li għandna liġijiet li huma ġeneralment liġijiet tajbin. Hemm ħtieġa qawwija ta’ riżorsi għax mingħajr r-riżorsi ma tista’ timplimenta xejn. Ix-xhieda riċenti tal-Assistant Kummissarju tal-Pulizija  Ian Abdilla fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’  Daphne Caruana Galizia, ftit jiem wara li tneħħa mit-tmexxija tat-taqsima tar-reati ekonomiċi, jindika n-nuqqas ta’ impenn biex il-ħafna dikjarazzjonijiet li jsiru kontra l-ħasil tal-flus ikunu implimentati. Sfortunatament id-dikjarazzjonijiet u l-assigurazzjonijiet repetuti tal-Gvern mhumiex kredibbli.

Mhux aħjar l-Opposizzjoni tuża’ l-ħin tagħha dwar dan? Iktar ma jikkonkludu l-glied intern malajr, aħjar għal kulħadd. Hemm ħafna x’isir wara li  Adrian Delia jiġi f’sensieh u jaċċetta l-inevitabbli.

 

Ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 19 ta’ Lulju 2020

After the PN civil war

The civil war within the PN has no end in sight. This does not only inflict considerable damage on the PN: at the end of the day it damages the whole country.

The two instances of a vote of no confidence in PN leader Adrian Delia are clear political statements which unfortunately the Opposition leader has so far been incapable of deciphering. Labelling the no confidence votes expressed separately by the Opposition Parliamentary Group and the PN Executive Committee as being of no significance further dilutes Adrian Delia’s democratic credentials and reflects his political immaturity. This has a bearing not only on Delia’s credibility but also on that of the PN.

The PN civil war is diverting attention from more pressing issues. The recovery from the devastating impacts of Covid-19 and the strengthening of Malta’s capability in the fight against corruption and money laundering surely require more attention and energy. Not just from government but also from the opposition.

We need to discuss in depth a Covid-19 recovery plan which spans all areas and factors in climate change. Maltese Greens have already made their contribution through the report published some weeks ago entitled: Green Plan: Fair and Sustainable.

A recent Deloitte study commissioned by the Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) indicates that the tourism industry is coming to its senses and realising that the recovery is slow, maybe even much slower than originally perceived.  Air Malta’s revised business plan is envisaging that it will take around seven years for the national carrier to return to pre-Covid-19 capacity. All this begs the question, so far avoided, as to whether the expectations of the tourism industry of attaining full recovery are realistic.

Would it not be more realistic if we realise that this is the appropriate time to plan for a tourism industry that foregoes quantity and focuses on quality? Such a course of action would address the substantial negative environmental impacts of the tourism industry. Tourism Minister Julia Portelli-Farrugia is not on the same page. She is unfortunately desperately after numbers.

Moneyval is a Council of Europe Committee of Experts on the Evaluation of Anti-Money Laundering Measures and the Financing of Terrorism. It is a permanent monitoring body tasked with assessing compliance of Council of Europe member States with international standards.

In its 2019 report on Malta, Moneyval, in a 233-page report, made 40 recommendations on measures which need to be taken. The risks are clear: our economy is highly vulnerable to money laundering, even as a consequence of its size and international exposure.  The report emphasises that remote gaming, for example, is inherently vulnerable to money laundering “due to the high number of customers, mainly non-resident, the high volume of transactions, the non-face-to-face nature of the business and the use of prepaid cards.”

Having good laws is not sufficient. Resources are desperately needed as otherwise laws cannot be implemented. The recent testimony of Police Assistant Commissioner Ian Abdilla in the ongoing public inquiry on the assassination of Daphne Caruana Galizia, a few days after being unceremoniously removed from leading the Economic Crimes Unit, clearly indicates the lack of commitment to implement Malta’s declared objectives in addressing money-laundering. Unfortunately, government’s repeated declarations and assurances are not credible.

Some food for thought for the Parliamentary Opposition: the sooner they conclude their in-fighting the better. There is much to be done after Adrian Delia comes to his senses and accepts the inevitable.

Published in The Malta Independent on Sunday : 19 July 2020

Imnawwar minn ġewwa

Sal-ħin li qed nikteb, l-investigazzjoni interna tal-Pulizija nfirxet minn waħda iffukata fuq it-taqsima tat-traffiku għal taqsimiet oħra tal-korp. Bosta huma mnixxfa kif dawk li suppost iżommu l-ordni u jħarsu l-osservanza tal-liġi qed jiġu nvestigati huma stess dwar allegazzjionijiet ta’ abbuż minn fondi pubbliċi kif ukoll allegazzjonijiet li talbu flus biex ma jagħmlux dmirhom (speċi ta’ protection money).

Supretendent u numru ta’ uffiċjali oħra, rinfaċċjati bil-provi rreżenjaw mill-korp. Numru mhux żgħir ta’ pulizija ġew interrogati.

M’għandniex inkunu sorpriżi b’dan kollu, għax dan huwa kollu riżultat dirett ta’ kultura ta’ impunità li ġiet imxettla b’mod kontinwu mill-Partit Laburista fil-Gvern tul dawn l-aħħar snin. Xejn mhu xejn. B’xi mod jew ieħor kollox jibqa’ għaddej, jew kważi.

Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li l-fatt illi l-Pulizija stess qed jinvestigaw lill-pulizija li dwarhom hemm l-alegazzjonijiet huwa indikazzjoni ċara li l-istituzzjonijiet fil-pajjiż qed jaħdmu sewwa. Fil-fehma tiegħi din hi analiżi skorretta. Dak li qed jiġri trid tarah ukoll fil-kuntest tal-ħbiberija żvelata bejn dak li kien Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta u Yorgen Fenech, (l-allegat mandant tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia). F’dan il-kuntest, l-investigazzjoni tindika li l-korp tal-Pulizija huwa mnawwar minn ġewwa.

Fil-waqt li l-parti l-kbira tal-membri tal-korp tal-Pulizija huma persuni serji, għandu jkun sottolinejat li mhux l-ewwel darba li rriżulta li uffiċjali anzjani tal-korp tal-pulizija kienu viċin ta’ persuni li kienu taħt investigazzjoni. Kaz ieħor riċenti li niftakar hu ta’ uffiċjal imlaħħaq fit-taqsima tar-reati ekonomiċi (spettur) li kien viċin ħafna ta’ operatur fl-industrija tal-logħob tal-ażżard. Tant kien viċin tiegħu li anke kellu l-aċċess biex jutilizza karozza privata ta’ din il-persuna, Ferrari. Il-każ imur lura sal-2015 meta missier l-ispettur, kien agent Kummissarju tal-Pulizija. Għax il-każ taz-ziju Silvio ċertament mhux l-uniku wieħed.

Kien il-kandidat laburista Andy Ellul li f’artiklu ppubblikat fuq it-Times tat-28 ta’ Jannar 2020 li stqarr li “Police commissioners form part of the executive and they have to toe the electoral programme of the government of the day”. Huwa ċertament ta’ sfortuna li Andy Ellul jikkunsidra li l-pulizija għandha funzjoni politika għax l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali hi funzjoni tal-politiċi u tagħhom biss.

Dak li qal Andy Ellul jispjega ħafna dwar meta, kif u għaliex (uħud) mill-Pulizija jaġixxu u jinvestigaw. Andy Ellul kien hu nnifsu membru tal-korp tal-pulizija u allura suppost li jaf ferm iktar minn hekk!

Meta l-Panama Papers saru materja pubblika x’investigazzjoni għamlet il-pulizija? Abbażi ta’ dak li ġie osservat min-naħa tal-uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja, il-Pulizija ġew jaqgħu u jqumu. Konrad Mizzi u Keith Schembri ma ġewx mitluba biex jerfgħu ir-responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom meta waqqfu kumpaniji sigrieta fil-Panama: ħelsuha ħafif. Għaldaqstant wara dan il-messaġġ ċar li qiesu ma ġara xejn, ħadd ma għandu jkollu l-ebda dubju x’kejl kellu japplika għall-pulizija u għall kull min jagħmel affarijiet li s-soltu ma naċċettawhomx. Kien biss meta l-whistle-blower saffar li l-investigazzjoni kellha tibda. Hawn xi ħadd li jemmen li b’mod ġenwin ħadd ma nduna b’xejn? Hu ċar li bosta ħadu sehemhom u allura b’mod konvenjenti “ħadd ma nduna xejn”.

It-triq biex tissewwa l-ħsara li saret lir-reputazzjoni li Malta kisbet illum il-ġurnata mhix triq faċli. Li tkun stabilita mill-ġdid il-fiduċja fil-korp tal-Pulizija hu pass wieħed żgħir minn ħafna meħtieġa.

Malta bil-mod qed tiġi trasformata f’soċjeta amorali fejn il-prinċipji aċċettabbli ta’ imġieba korretta qed jintremew il-baħar. Hemm min jiddieħaq bihom ukoll.

Rappresentanti tas-settur tas-servizzi finanzjarji qalulna li hemm bżonn is-sehem ta’ kulħadd biex naslu li nnaddfu isem Malta mill-ġdid. Huwa ftit diffiċli biex wieħed jifhem kif nistgħu naslu meta hu ċar għal kulħadd li l-korp tal-Pulizija hu mnawwar minn ġewwa.

 

ippubblikat fuq Illum : 16 ta’ Frar 2020

Rotten to the core

At the time of writing, the Police internal investigation has widened from one focused on the traffic section to other police units. Many are shocked that the upholders of law and order are themselves under investigation in respect of allegations on the fraudulent use of public funds as well as the allegation of being in receipt of protection money.

Faced with the available evidence, a Superintendent – as well as a number of other police officers – has resigned. It is reported that substantial number of officers were interrogated, with some being released on police bail.

I am not at all surprised because, in my view, this is the direct consequence of the culture of impunity which the Labour Party in government has continuously nurtured for the past six years during which it has been in office.

Prime Minister Robert Abela has stated that the fact that the police are investigating their own is, in itself, an indicator that the institutions are functioning properly. His assessment is, in my view, incorrect. Together with the revelations regarding the close friendship of former Police Deputy Commissioner Silvio Valletta and Yorgen Fenech, (the suspected mastermind of Daphne’s assassination), the police investigation is more of an indication that a section of the Police Force may be rotten to the core.

While most of the members of the Police Force are beyond reproach, it has to be underlined that this is not the first instance, in recent years, when senior police officers were reported as being too close to people under investigation. A specific case that comes to mind is that of a senior police officer in the Economic Crimes unit who was so close to an operator in the gaming industry – then under investigation – that it was then reported in the media that he had access to, and made use of, the operator’s private vehicle, a Ferrari. The case goes back to 2015. Uncle Silvio’s case is definitely not a one-off.

It was Labour Party candidate Andy Ellul who, in an opinion published in The Times on 28 January 2020 stated that “Police commissioners form part of the executive and they have to toe the electoral programme of the government of the day”. It is indeed unfortunate that Andy Ellul considers that the police have a political function, as the implementation of the electoral programme is the exclusive function of holders of political office.

Andy Ellul’s utterances explain quite a lot as to when, how and why (some of) the police act and investigate. Andy Ellul, a former policeman himself, certainly knows much better than that!

When the Panama Papers revelations hit the headlines what investigations were carried out by the Police? Taking the cue from the Office of the Prime Minister at Castille the Police were not bothered. If Konrad Mizzi and Keith Schembri can get away with shouldering responsibility for their actions through the setting up of secret companies in Panama, one should not wonder as to the yardstick applied to misdemeanours of some of the members of the Police Force. It was only when the whistle-blower sounded the alarm that matters took a new direction on the allegations relative to police in the Traffic Section and beyond.

Repairing Malta’s reputation is not an easy task and restoring confidence in the Police Force is only one small step of the many required. Our country is being slowly transformed into an amoral society in which principles of ethical behaviour are being scourned and thrown overboard.

We have been told by representatives of the financial services sector that we need all hands on deck to repair Malta’s reputation. It is difficult to comprehend how this can commence in earnest when key elements of the Police Force are rotten to the core.

 

published in The Malta Independent on Sunday : 16 February 2020