Snippets from AD’s electoral manifesto: (35) The Disability Pension

disabled_logo

The following extract is taken verbatim from Chapter 9 of AD’s Electoral Manifesto

The current disability pension, which amounts to 55 per cent of the minimum wage, does not suffice to meet the needs of persons with disability. This should be reviewed so as to permit a decent quality of life.

L-Estratt segwenti hu meħud kelma b’kelma mill-Kapitlu 9 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Il-pensjoni tad-diżabilita’ preżenti, li tammonta għal 55 fil-mija tal-paga minima, mhix biżżejjed biex taqdi l-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità. Din għandha tiġi reveduta biex tkun tista’ tippermetti kwalità ta’ ħajja diċenti.

Snippets from AD’s electoral manifesto: (22) Sign Language

sign language

The following extracts are taken verbatim from Chapter 9 of AD’s Electoral Manifesto

Every public broadcasting station also has obligations towards persons with disability. In this regard, every Maltese station should respect persons with disability in the way it speaks about them and to represent them according to a code of ethics on the subject. Every station should transmit programmes such as news broadcasts using sign language. Where possible, films and documentaries should be shown using sub-titles.

Maltese sign language should be recognised by Government as an official language. Sign language interpreters should increase. The state should ensure that sign language interpretation is main streamed in the public sector. Public procurement should always include a disability dimension.

L-Estratti segwenti huma meħuda kelma b’kelma mill-Kapitlu 9 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Kull stazzjon ta’ xandir pubbliku għandu wkoll obbligi lejn persuni b’diżabilità. Għaldaqstant kull stazzjon Malti għandu jirrispetta l-persuni b’ diżabiltà bil-mod kif jitkellem dwarhom u jirrappreżentahom permezz ta’ kodici ta’ etika dwar dan is-suġġett. Kull stazzjon għandu wkoll jittrażmetti programmi bħall-aħbarijiet permezz tal-lingwa tas-sinjali. Fejn hu possibbli, films u dokumentarji għandhom jintwerew bis-sottotitli wkoll.

Il-lingwa tas-sinjali bil-Malti għandha tiġi rikonoxxuta mill-Gvern bħala lingwa ufficjali. Għandhom jiżdiedu l-interpreti tal-lingwa tas-sinjali. L-istat għandu jiżgura li l-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali tiġi inkluża bis-sħiħ fis-settur pubbliku. L-akkwist pubbliku irid dejjem ikollu dimensjoni ta’ diżabilità.

Snippets from AD’s electoral manifesto: (20) Disability

dancing01

The following extract is taken verbatim from Chapter 9 of AD’s Electoral Manifesto

The rights of persons with disability are basic human rights. AD – The Green Party believes that persons with disability have the right for inclusive education, social inclusion, employment, independent living and community participation. Persons with disability should have full access to the social, economic and cultural spheres of everyday life.

Persons with disability should not be seen as one homogenous group. There are various degrees and types of disability, from the physical to the intellectual – and such identities intersect with other identities that each individual has – such as gender, class, sexuality, age, ethnicity and religious beliefs.

No person should be denied the opportunities offered by society because of his/her physical, sensory or intellectual impairment. Therefore society should not regard persons with disability as if they were a special category depending on the charity of others. Alternattiva Demokratika supports the principles in the law on equal opportunities in various sectors and insists that they should be enforced through fines and harsher penalties against those who break the law.

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 9 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità huma drittijiet umani bażiċi. AD jemmen li persuni b’diżabilità għandhom id-dritt ghall-edukazzjoni inklussiva fl-iskejjel mainstream, għall-inklużjoni soċjali, impjieg, ħajja indipendenti u parteċipazzjoni fil-komunità. Persuni b’diżabilità għandu jkollhom aċċess sħiħ għall-isferi soċjali, ekonomiċi u kulturali tal-ħajja ta’ kuljum.

Persuni b’diżabilità m’għandhomx jitqiesu bħala grupp omoġenju. Hemm diversi gradi u tipi ta’ diżabilità, minn dik fiżika sa dik intellettwali – u dawn l-identitajiet jitħalltu ma’ identitajiet oħra li kull individwu għandu – bħall-ġeneru, il-klassi, is-sesswalità, l-età, l-etniċità u t-twemmin reliġjuż.

Ebda persuna m’għandha tkun imċaħħda mill-opportunitajiet li toffri s-soċjetà minħabba l-kundizzjoni fiżika, sensorjali jew intellettwali tagħha. Għalhekk is-soċjetà m’għandhiex tħares lejn persuni b’diżabilità bħallikieku kienu xi kategorija speċjali li jiddependu fuq il-karità ta’ ħaddieħor. Alternattiva Demokratika tappoġġja l-prinċipji tal-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs f’setturi varji, u tisħaq li dawn jiġu infurzati permezz ta’ multi u penali aktar ħorox għal min imur kontra dawn il-prinċipji.