Kaċċa fir-Rebbiegħa? Le grazzi !

turtle dove

Tnax-il għaqda ambjentali flimkien ma Alternattiva Demokratika ġimgħat ilu waqqfu l-Koalizzjoni għall-Abolizzjoni tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa.  Dan hu kunsens wiesa’ u uniku : l-ewwel darba li f’Malta daqstant organizzazzjonijiet li japprezzaw l-ambjent ingħaqdu flimkien biex imexxu l-quddiem proposta waħda.

Dawn l-organizzazzjonijiet huma : Ramblers Association of Malta,  Nature Trust-Malta,  Moviment Graffiti,  Malta Organic  Agriculture Movement,  International Animal Rescue Malta, Greenhouse Malta, Gaia Foundation, Friends of the Earth Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Din l-Art Ħelwa, Coalition for Animal Rights, BirdLife Malta u Alternattiva Demokratika.

Il-kaċċa fir-rebbiegħa m’hemmx lokha. L-għasafar li fir-rebbiegħa jpassu minn fuq Malta jiġu maqtula fl-iżjed mument li huma vulnerabbli, meta jkunu qed iħejju biex ibejtu biex ikollhom il-friegħ. Hu l-iżjed żmien li jeħtieġu protezzjoni. Din il-protezzjoni għandha tingħata billi l-kaċċa fir-rebbiegħa tieqaf, darba għal dejjem.

La l-Gvern tal-lum u l-anqas il-Gvern tal-bieraħ ma jaqblu ma dan u allura l-unika mod kif miżura ta’ din ix-xorta isseħħ hu billi l-poplu jieħu d-deċiżjoni f’idejh permezz ta’ referendum. Referendum ta’ din ix-xorta jissejjaħ mill-poplu kemm-il darba jkun hemm 10% tal-votanti li isimhom jidher fir-reġistru elettorali (madwar 34,000) li jaqblu li dan isir.

Il-ġbir tal-firem beda u s-issa diġá qabeż l-10,000 firma. Meta n-numru ta’ firem jaqbeż l-34,000 dawn jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Elettorali biex jibda l-proċess ta’ referendum abrogattiv, jiġifieri referendum li jħassar ir-regolamenti li jippermettu l-kaċċa fir-rebbiegħa. Dan għandu jwassal biex nissejħu ħalli nivvutaw dwar jekk naqblux jew le li dawn ir- regolamenti li jippermettu l-kaċċa fir-rebbiegħa jispiċċaw darba għal dejjem.

Jekk fil-votazzjoni li ssir il-maġġoranza taqbel li dawn ir-regolamenti jitħassru, hekk isir. Dak il-ħin stess mingħajr il-ħtieġa li jintervjeni l-Parlament. Għax il-poplu jkun iddeċieda.

Ma dan, hemm min jaqbel u ovvjament hemm ukoll min ma jaqbilx. Għalhekk hemm bżonn li niddeċiedu billi nivvutaw.

Jekk inti li qed taqra dan l-artiklu taqbel ma dan ħu ħsieb li tiffirma l-petizzjoni biex jissejjaħ dan ir-referendum. Tista’ tikkuntattja lil waħda mill-għaqdiet li jissemmew hawn fuq inkella billi tikteb lill-Koalizzjoni għall-Abolizzjoni tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa fuq cashmalta2013@gmail.com.

 

Ippubblikat fuq iNews It-Tlieta 8 t’Ottubru 2013

Advertisements

Spring Hunting Referendum (2) collecting the signatures

flamingo

Not less than 34,000 signatures need to be collected.

The organisations forming part of the Coalition to Abolish Spring Hunting are currently organising their teams to commence the collection of the signatures.

Some have already commenced.

Your help would be appreciated.

Contact Alternattiva Demokratika, Birdlife Malta, Coalition for Animal Rights, Din l-Art Helwa, Flimkien ghal Ambjent Ahjar, Friends of the Earth Malta, Gaia Foundation, Moviment Graffiti, Greenhouse Malta, Nature Trust (Malta) and the Ramblers Association of Malta. Your help will make a difference.

Spring Hunting Referendum (1) signing the petition

hunting in Malta 02

The signature collection is in hand, organised by the organisations forming part of the Coalition, that is to say Alternattiva Demokratika, Birdlife Malta, Coalition for Animal Rights, Din l-Art Helwa, Flimkien ghal Ambjent Ahjar, Friends of the Earth Malta, Gaia Foundation, Moviment Graffiti, Greenhouse Malta, Nature Trust (Malta) and the Ramblers Association of Malta.

If you have any difficulty in contacting any one of these organisations contact the Coalition on cashmalta2013@gmail.com and you will be put in touch with the appropriate persons.

Foresta 2000

foresta-2000

 

 

Din il-pjanta ta’ Foresta 2000 ippubblikata mill-Birdlife u Din l-Art Helwa turi kif it-triq tal-Għadira ser tgħaddi eżatt minn ġo nofs il-proġett Forest 2000.

Jiġifieri l-Ministeru ma jafx x’inhu jgħid meta jinsisti li l-proġett tat-triq fl-Għadira mhuwiex ser jeffettwa Foresta 2000.

Tiftakru kemm rajna pampaluni jippużaw u jħawwlu siġar f’Forest 2000 matul ix-xhur li għaddew ? Kemm kien hemm min tkaża meta seħħ każ ta’ vandaliżmu li bħala riżultat tiegħu inqerdu s-siġar kollha. Issa il-Gvern qed jipproponi li jgħaddi t-triq !

Hemm min jaf x’inhu jagħmel ?