Żomm ‘il-bogħod mill-investigazzjoni

Il-familja Caruana Galizia għandha raġun li tinsisti illi l-Prim Ministru Joseph Muscat jeħtieg li jżomm ‘il-bogħod mill-investigazzjoni kriminali dwar l-assassinju ta’ Daphne.

Il-kummentarju kontinwu tal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar l-investigazzjoni kriminali għandha tinkwetana ilkoll.

Matul din il-ġimgħa huwa għamel numru ta’ dikjarazzjonijiet inkwetanti li jindikaw bl-iktar mod ċar illi kien qed ikun infurmat b’mod immedjat dwar dak li jkun għaddej waqt l-interrogazzjonijiet.

Dan hu aġir abbużiv u jista’ jkollu konsegwenzi gravi, inkluż t-tħarbit tal-investigazzjoni nnifisha.

Ġejna nfurmati minn Joseph Muscat li l-informazzjoni li wasslet għall-arrest ta’ Yorgen Fenech ma ġietx mill-intermedjarju imma li l-Pulizija kienu ilhom li waslu għaliha. Infurmana ukoll li l-intermedjarju għadu ma svelax biżżejjed informazzjoni. Biżżejjed jiġifieri, biex din l-informazzjoni tkun tista’ twassal ħalli l-investigazzjoni tkun konkluża u dawk kollha responsabbli għall-ippjanar u l-esekuzzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia jkun possibli li kollha kemm huma jieħdu dak li ħaqqhom.

Iktar kmieni, huwa u jwieġeb mistoqsija ta’ ġurnalista, Joseph Muscat żvela li “s’issa”, l-ebda politiku ma kien identifikat bħala “persuna li hi ta’ interess” għall-investigazzjoni kriminali. Din bla dubju żelqitlu. Probabbilment hu nkwetat li din il-possibilità tista’ titfaċċa iktar tard meta l-investigazzjoni tkun żviluppat ftit ieħor. Jittama li dan ma jseħħx. Imma l-movimenti tiegħu (body language) iwasslu messaġġ iktar qawwi minn kliemu dwar din il-possibilità.

Muscat qal li jaf ferm iktar minn dak li qal sa issa, imma li qagħad lura għal dawn l-aħħar 24 xahar. Għamel sforz kbir mid-dehra, probabbilment għax hekk kien jaqbillu.

Min hu inkarigat mill-interrogazzjonijiet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija: il-Kummissarju Lawrence Cutajar jew il-Kummissarju Joseph Muscat?

Diversi mezzi tal-aħbarijiet qed jiżvelaw biċċiet ta’ informazzjoni li qed jindikaw illi l-intermedjarju huwa s-sors potenzjali ta’ minjiera ta’ informazzjoni addizzionali ta’ importanza kbira li tista’ tissiġilla l-każ. Dan jidher li ftit ser iħalli possibiltajiet lil min ikun jixtieq jilgħab.

Bħala riżultat ta’ dan, il-Pulizija issa ma tantx baqagħalhom skużi biex jimxu bil-mod. Għax kif tista’ tispjega dak li qed jgħid il-Prim Ministru li qabel ma tfaċċa l-intermedjarju l-kaz kien diġa ċar għall-investigaturi meta huwa issa, wara dan iż-żmien kollu li bdew jiċċaqalqu ftit biex joqorbu lejn konklużjoni tal-kaz?

Dan il-punt jagħmlu ukoll Pieter Omtzigt, ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assassinju ta’ Daphne li ġie ikkwotat jgħid li “Għaliex ix-xhieda tal-intermedjarju l-ewwel tiġġustifika l-proklama imbagħad il-Prim Ministru jgħid li din ma kienitx meħtieġa biex ikun arrestat Fenech?” Din l-osservazzjoni ta’ Omtzigt hi konklużjoni loġika u inevitabbli li tasal għaliha wara li tgħarbel dak li qal il-Prim Ministru li appunta lilu innifsu bħala l-kelliem għall-investigaturi.

Il-Prim Ministru għandu l-obbligu li jassigura illi l-investigazzjoni tkun imħarsa u mhux imfixkla. F’dan il-mument, bħala riżultat tal-interventi pubbliċi tiegħu dwar l-investigazzjoni, huwa l-ikbar theddida biex l-investigazzjoni tkun imfixkla f’xogħolha.

Dan kollu jwassal għal mistoqsija waħda: lil min qed jipprova iħares?

Hu possibli li qed iħares l-interessi tiegħu stess, jekk mhux ukoll ta’ dawk ta’ madwaru li wħud minnhom jidhru inkwetati sew. F’investigazzjoni normali u bla tfixkil dawk kollha li Daphne kitbet dwarhom huma l-ewwel suspettati li jeħtieg li jkun investigati.

Għalhekk, sur Prim Ministru, żomm il-bogħod mill-investigazzjoni.

ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2019

 

Riflessjoni fuq ġimgħa tal-biża’

Din kienet ġimgħa tal-biża’. F’daqqa waħda tant kien hemm żviluppi fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li bil-fors tissuspetta li hemm xi ħaġa ħażina.

Ħażina fis-sens li parti mdaqqsa mill-informazzjoni meħtieġa jidher li kienet magħrufa u ma ttieħdet l-ebda azzjoni dwarha.

Il-Prim Ministru qal żewġ affarijiet importanti ħafna. Qal li jaf ħafna affarijiet li dwarhom ser iżomm fommu sieket għalissa. Qal ukoll li biex sar l-arrest ta’ Yorgen Fenech ma kienx hemm ħtieġa tal-informazzjoni mingħand Melvin Theuma l-middleman biex din tkun tista’ isseħħ.

Waħedha toħroġ il-mistoqsija dwar x’kien qed iżomm lill-Pulizija milli jaġixxu, jekk kif qal Joseph Muscat kellhom biżżejjed informazzjoni.

Għalfejn ma ħadux passi jekk ilhom jafu? Il-biża’ ta’ ħafna hi li kellhom l-indħil u li issa li daħlu fl-istorja l-Europol, il-pulizija setgħu fl-aħħar jiċċaqalqu. X’kien qed iżommhom?

Hemm responsabbilta politika x’tintrefa dwar dan. Din ukoll fuq spallejn Joseph Muscat.

Hands off the investigation

The Caruana-Galizia family is right to  insist that Prime Minister Joseph Muscat should keep his distance from the criminal investigation into the assassination of Daphne.

We should be very worried about Prime Minister Joseph Muscat’s running commentary on this investigation. This week he made a number of worrying declarations which clearly indicate that he is being informed in real time regarding the proceedings in the police interrogation rooms. This is downright abusive and could have very serious consequences, including the derailing of the investigation.

We were informed by Joseph Muscat that the information that led to the arrest of Yorgen Fenech did not come from the middleman. He further informed us that the middleman has not yet revealed enough information – enough, that is, to conclude the investigation and arraign all those responsible for master-minding and carrying out the assassination of Daphne Caruana Galizia.

Earlier, in answer to a journalist’s question, he had revealed that “so far” no political person has been identified as a “person of interest” to the criminal investigation. Is this a Freudian slip? Most probably he is worried about the distinct possibility that such an identification could materialise later – when the investigation has matured sufficiently -and he is keeping his fingers crossed. His body language says much more than the words he uttered.

Muscat said that he knows much more, but that he has been keeping back from revealing everything for the past 24 months. Apparently, he has made quite an effort to keep his mouth shut – most probably because it suited him.

Who is in charge in the interrogation rooms at the Floriana Police Headquarters? Why has the Commissioner of Police relinquished his lead of the Police Corps? Is it Commissioner Lawrence Cutajar or is it Commissioner Joseph Muscat who is in charge of the Police and in particular its criminal investigation on Daphne’s assassination?

Various media outlets are revealing titbits of information which seem to indicate that the identification of the middleman as a potential source of additional information of considerable importance seems to have placed the police authorities in a very tight corner. As a result, the Police have no option but to now proceed at a very fast pace. How could one otherwise explain the Prime Minister’s emphasising that the Police authorities already had a solid case before the advent of the middleman?

This is a point also made by Pieter Omtzigt, the Council of Europe rapporteur for the Daphne assassination, who was quoted as saying: “Why was (the middleman’s) evidence worth a pardon one day, only for the PM to then say it was not needed for Fenech’s arrest?” This Omtzigt quote is the logical conclusion to which one inevitably arrives after digesting the Prime Minister’s interventions as the self-appointed spokesman for the police investigators! The Prime Minister has a duty to ensure that the investigation is not derailed, but at this point in time – as a result of his public interventions regarding the investigation – he is the greatest threat to this happening. This leads to one simple question: whom is he trying to shield?

He could be shielding even himself, if not the obvious ones close to him. In any normal unfettered police investigation, all those about whom Daphne wrote would be suspects from the outset.

Hands off the investigation.

published in The Malta Independent on Sunday : 24 November 2019