Wiċċ b’ieħor

Safe City Malta, li tifforma parti minn Projects Malta li tippjana proġetti ta’ tisħib mas-settur privat, qed tippjana li jkunu installati cameras CCTV b’kapacità li jidentifikaw l-uċuħ ta’ dawk li x-xbieha tagħhom tinqabad fuq is-CCTV. Qed jingħad li b’dan il-mod ikun possibli li jkunu identifikati persuni li jkunu involuti f’attività kriminali.

Dwar dan ukoll hemm referenza fid-diskors tal-Baġit fejn kien tħabbar li : “Fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma biex ġie installat l-apparat neċessarju f’data centre għal użu fuq bażi sperimentali u fejn l-apparat ta’ sorveljanza viżiva qiegħed jintuża biss f’ambjent mhux pubbliku u f’rispett sħiħ tal-liġijiet tal-privatezza billi jiġu wżati prattii etiċi internazzjonali.” Ġejna infurmati li Paceville u l-Marsa, probabbilment li jkunu minn tal-ewwel li jospitaw dan l-esperiment. Dan kellu jsir wara li sseħħ konsultazzjoni pubblika.

Imma s’issa ma seħħet l-ebda konsultazzjoni. Nafu iżda li x’aktarx li diġa ġie iffirmat memorandum of understanding mal-Huawei, kumpanija Ċiniża li hi meqjusa ġgant globali fil-qasam tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni. Fix-xhur li ġejjin probabbilment tibda l-implementazzjoni. Dan ifisser li jekk il-konsultazzjoni sseħħ ma jkollha tifsira ta’ xejn, għax id-deċiżjonijiet jidher li lesti.

Iktar kmieni din is-sena, Huawei, ftehmu mad-Dipartiment tas-Sigurtà Pubblika tar-reġjun ta’ Xinjiang fil-punent taċ-Ċina. Intefqu flejjes kbar f’dan ir-reġjun biex f’Xinjiang ikun possibli li tkun ippruvata t-teknoloġija għall-għarfien tal-uċuħ, osservazzjoni diġitali u l-applikazzjoni tal-intelliġenza artifijali għal xogħol il-pulizija. Huawei ser jipprovdu lill-pulizija tar-reġjun l-appoġġ tekniku biex ikunu żviluppati l-kapaċitajiet tan-nies involuti u b’hekk tissodisfa l-ħtiġijiet diġitali tal-industrija tas-sigurtà pubblika, ġie rappurtat li qal Fan Lixin, il-Viċi Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang . Din il-kooperazzjoni kienet meqjusa li tista’ tassigura “l-istabilità soċjali u s-sigurtà fit-tul ta’ Xinjiang”.

Dan jikkuntrasta ma dak li nsibu fir-rapport annwali ta’ Huawei għas-sena 2017 li jwassal messaġġ ċar: Huawei jimpurtha ħafna mill-privatezza. Jgħidulna li fl-2017 “Huawei continued to strengthen compliance in multiple business domains, including trade, cyber security, and data and privacy protection.” Jgħidulna ukoll dwar “il-ħsiebijiet ta’ Huawei dwar is-sigurtà elettronika – li tissaħħaħ bl-innovazzjoni, bil-kollaborazzjoni u bl-iżvilupp tal-fiduċja fid-dinja diġitali.” Probabbilment li dan il-kuntrast jirriżulta minħabba li l-messaġġi huma indirizzati lejn udjenzi differenti!

Iktar viċin tagħna, l-pulizija fir-Renju Unit ilhom ftit taż-żmien jesperimentaw bit-teknoliġija li tirrikonoxxi l-uċuħ. Big Brother Watch, grupp li jikkampanja favur id-drittijiet ċivili fir-Renju Unit jirrapporta li s-sistemi użati jagħtu riżultati żbaljati 9 darbiet minn 10. F’rapport twil 56 paġna, li kien ippubblikat f’Mejju li għadda bit-titlu Face Off. The lawless growth of facial recognition in UK policing. kien konkluż li 95 fil-mija tal-uċuħ identifikati mis-sistema kienu żbaljati: kienu wiċċ b’ieħor. Identifikaw uċuħ ta’persuni innoċenti. Dan apparti li r-ritratti biometriċi ta’ persuni innoċenti inżammu u nħażnu mill-Pulizija b’mod sfaċċat kontra kull regola bażika tal-ħarsien tad-data.

L-użu tat-teknoloġija biex jingħarfu l-uċuħ tan-nies bħala għodda ta’ l-ordni pubbliku hi għall-qalb il-pulizija, li fuq il-karta jistgħu jgħidu li qed isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità. Għall-bqija imma, dan hu ħmar-il lejl u dan billi jekk it-teknoloġija ma tintużax fil-parametri tar-regoli bażiċi tal-ħarsien tad-data tkun invażjoni tal-privatezza li kull wieħed u waħda minna aħna intitolati għaliha.

Il-Kummissarju għall-Ħarsien tad-Data u l-Informazzjoni Saviour Cachia, f’intervista mal-Orizzont iktar kmieni din il-ġimgha qal li kien jistenna li l-awtoritajiet jagħmlu analiżi addattata qabel ma jagħmlu użu ta’ teknoloġija li kapaċi tagħraf l-uċuħ. Is-Sur Cachia emfasizza li għad baqa’ ħafna xi jsir qabel ma nistgħu nikkunsidraw meta u kif it-teknoloġija għall-għarfien tal-uċuħ tista’ tuntuża fil-qasam tas-sigurtà. Ħadd ma jaf jekk l-analiżi li ġibed l-attenzjoni għaliha s-Sur Cachia saritx, jew jekk tal-inqas inbdietx. Din it-teknoloġija tinvadi l-privatezza ta’ kulħadd b’sogru li tikser d-drittijiet fundamentali tagħna lkoll.

Meta jkun eżaminat dettaljatament kif l-użu ta’ din it-teknoloġija jista’ jkollha effett fuq l-attività kriminali inkunu f’posizzjoni aħjar biex niddeċiedu x’sens jagħmel li nissagrifikaw il-privatezza tagħna, anke jekk b’mod limitat, biex l-istat jissorvelja u sa ċertu punt jikkontrolla parti minn ħajjitna. L-esperjenza tal-użu ta’ din it-teknoloġija fir-Renju Unit għandha twassalna għall-konklużjoni waħda: għandna nsemmgħu leħinna u nieqfu lill-istat li jrid jissorvelja ħajjitna.

Il-Gvern għandu l-obbligu li jibda konsultazzjoni pubblika immedjatament u jpoġġi l-pjanijiet tiegħu taħt il-lenti tal-iskrutinjun pubbliku.

 

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 11 ta’ Novembru 2018

Advertisements

Standing up to the surveillance state

Safe City Malta, part of the government’s public-private partnership arm Projects Malta, is planning to deploy high-definition CCTV cameras with facial recognition software. It is claimed that these cameras can identify those involved in criminal activity. The subject was referred to in the budget speech in which it was announced that, after adequate public consultation, such technology will be introduced in a number of areas. Paceville and Marsa are the prime candidates for this technology.

So far, no consultation has taken place, but a Memorandum of Understanding has apparently already been signed with the Chinese global communication technology giant Huawei, and implementation could begin in the coming months. So, the consultation, if carried out, will serve no purpose because the decisions have already been made.

Earlier this year, Huawei entered into an agreement with the Public Security Bureau in Xinjiang, China’s largest province. The Chinese authorities have spent heavily on making Xinjiang a testing ground for the use of facial recognition, digital monitoring and artificial intelligence in policing.

Huawei will provide the region’s police with technical support, help build up human technical expertise and “meet the digitization requirements of the public security industry”. A local government website paraphrased Fan Lixin, Xinjiang Public Security Bureau’s deputy director, as saying that such co-operation would guarantee “Xinjiang’s social stability and long-term security.”

The above quote is in contrast to the contents of Huawei’s Annual Report for 2017,  which drives home the message that Huawei cares a great deal about privacy. We are told that, in 2017, “Huawei continued to strengthen compliance in multiple business domains, including trade, cyber security and data and privacy protection.” We are furthermore informed of the “Huawei’s cyber security concepts – building security through innovation, enhancing security through collaboration and jointly building trust in a digital world.”

The contrast is probably the result of the messages being directed towards different audiences!

Closer to home, police in the United Kingdom have been experimenting with facial recognition technology for some time. Big Brother Watch, a UK based civil liberties group, reports that the systems in use are on average, incorrect nine times out of ten. A 56-page report published in May, entitled Face Off: the lawless growth of facial recognition in UK policing. concluded that “a staggering 95 per cent of matches wrongly identified innocent people”. To add insult to injury, innocent people’s biometric photographs were taken and stored without their knowledge in blatant disregard of basic data protection norms.

The use of facial recognition technology as a law and order tool has been welcomed by the police, as it can theoretically enhance their capabilities in the fight against crime. The proposal, however, is a nightmare for the rest of us because if it is not used within the parameters of data protection legislation, facial recognition technology will be an unacceptable invasion of the basic norms of privacy to which each one of us is entitled to.

The Commissioner for Information and Data Protection Saviour Cachia, interviewed by the GWU’s daily newspaper earlier this week emphasised that he expected that a proper assessment to be carried out by the authorities prior to the use of facial recognition technology. Mr Cachia emphasised the fact much more needs to be done before considering when and how facial recognition technology is used for security purposes. No one is aware whether or not the required assessment indicated by Mr Cachia has, in fact, been done or even if work on it has commenced.

This technology invades our privacy in an indiscriminate manner and our fundamental human rights are at risk of being breeched left , right and centre.

Examining in detail the impacts that this technology could have on criminal activity would help us determine whether it makes any sense to sacrifice our privacy (even minutely) in order for the surveillance state to take over and control segments of our life. If the UK experience is anything to go by, there is one logical conclusion: we should stand up to the surveillance state.

The Government should initiate a public consultation at the earliest opportunity and lay all its cards on the table for public scrutiny.

published in The Malta Independent on Sunday: 11 November 2018

Ħarsien tal-privatezza f’era diġitali

digitalprivacy1

 

Ix-xahar li għadda l-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja (ECJ) ħassret Direttiva tal-Unjoni Ewopeja (Data Retention Directive) li kienet tippermetti l-ħażna u l-użu ta’ data elettronika personali mill-awtoritajiet fl-istati membri. Dan l-ECJ għamlitu wara li kienet mitluba mill-għola Qrati fl-Irlanda u l-Awstrija biex teżamina din id-Direttiva minħabba numru ta’ kawżi dwar dan li kienu pendenti f’dawk il-pajjiżi.

Id-dinja diġitali hi l-fruntiera l-ġdida tad-drittijiet tagħna. Id-Direttiva imħassra (Data Retention Directive) kienet tagħti aċċess faċli għad-data diġitali personali kemm lill-Gvernijiet kif ukoll lill-Korporazzjonijiet. Il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja fil-fatt qalet li, kif imfassla, din id-Direttiva tiġġenera is-sensazzjoni li l-ħajja personali tagħna hi taħt sorveljanza kontinwa.

Minħabba d-dipendenza tagħna fuq it-teknolġija diġitali kif applikata, per eżempju, fit-telefonija kif ukoll bl-użu kontinwu tal-internet, kull wieħed minna jħalli warajh traċċi kontinwi ta’ informazzjoni diġitali ta’ natura privata li jekk isir abbuż minna tista’ isservi ta’ theddida kontinwa għall-privatezza tagħna. Permezz tal-mobiles inħallu, per eżempju traċċi diġitali ta’ kull fejn inkunu f’kull ħin. Anke fuq l-internet, kif nafu ilkoll, inħallu warajna ħafna informazzjoni dwarna infusna. Ħafna minn din l-informazzjoni tista’ ma tfisser xejn, imma inħallu warajna ukoll, xi drabi bla ma nafu ħafna informazzjoni privata sensittiva. Min irid jabbuża minn din l-informazzjoni fil-fatt għandu fejn jixxala.

Ovvjament din it-tip ta’ informazzjoni jista’ jkollha użu importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalita’. Imma daqskemm hi utli fil-ġlieda kontra l-kriminalita, daqstant ieħor tista’ issir ħsara jekk din l-informazzjoni, essenzjalment ta’ natura privata tiġi f’idejn u tintuża minn min m’għandux jedd għaliha.

Anke’ meta l-istat qiegħed jiġġieled kontra l-kriminalita’ m’għandu l-ebda jedd li jinjora d-drittijiet tagħna. F’kuntest diġitali l-iktar li jsir emfasi hu fuq il-privatezza tad-data kif ukoll li s-sidien tad-data huma n-nies individwali. Dan ifisser li la l-istat u l-anqas il-Korporazzjonijiet m’għandu jkollhom xi jedd assolut fuq informazzjoni diġitali ta’ natura privata. Fi ftit kliem la is-sigurta’ nazzjonali u l-anqas il-kummerċ m’għandhom iservu ta’ skuża biex fid-dinja diġtali jitnaqqru id-drittijiet tagħna.

Huwa essenzjali li f’din l-era diġitali kull ċittadin ikun imħares minn sorveljanza żejda mill-Gvernijiet u l-Korporazzjonijiet. L-informazzjoni personali la hi tal-istat u l-anqas tal-korporazzjonijiet. Għaldaqstant la l-istat u l-anqas il-korporazzjonijiet m’għandu jkollhom drittijiet fuq din l-informazzjoni li hi tagħna u mhux tagħhom.

Alternattva Demokratika u l-Ħodor Ewropej qegħdin fuq quddiem nett f’din il-ġlieda biex id-drittijiet diġitali tagħna jkunu imħarsa.

 

Ippubblikat fuq iNews it-Tlieta 6 ta’ Mejju 2014