Il-pont taċ-Ċiniżi bejn Malta u Għawdex

Chinese bridge

 

It-Times u l-Independent irrappurtaw li ġie konkluż l-istudju taċ-Ċiniżi dwar il-pont bejn Malta u Għawdex.  Hu stmat li biex dan jinbena jiġi jiswa’ biljun euro bħala spiża kapitali kif ukoll spiża addiżżjonali ta’ madwar €4 miljuni fis-sena għaż-żamma tiegħu.

L-ispiża finanzjarja hi kbira, pero din mhux l-unika spiża għax magħha trid tiżdied ukoll l-ispiża ambjentali u l-ispiża soċjali.

Qabel l-elezzjoni kellna fil-media l-proposta l-oħra ta’ mina taħt il-baħar liema proposta diġa ktibt dwarha diversi drabi. Meta qiest xogħol simili li kien ser isir fid-Danimarka jiena kont ikkalkulajt li mina bħal din kellha tiġi tiswa’ bejn €1 biljun u €1.5 biljun, bejn sitta u għaxar darbiet l-istima ta’ kelliema tal-Gvern immexxi mill-PN. Din il-mina trid tiffaċċa ukoll problemi ġeoloġiċi u area taflija kbira fil-Fliegu. Dan apparti bejn miljun u nofs u żewġ miljuni kubi ta’ blat li jkun jeħtieġ li jitqatta’.

Hemm il-possibilita teknika ta’ diversi proposti oħra.

Il-qagħda attwali, jiġifieri li Għawdex hu maqtugħ għalih bħala gżira hemm bosta li jikkonsidrawh bħala ta’ benefiċċju (asset) filwaqt li oħrajn iqiesu dan il-fatt bħala problema (liability).

Għawdex bħala gżira għandha diversi karatteristiċi li jagħmluha unika bħala destinazzjoni. Għawdex b’kuntatt dirett u permanenti bħall-bridge jew mina ma jkun xejn differenti għat-turist minn kwalunkwe raħal f’Malta.  Dan jista’ jeffettwa sostanzjalment l-industrija tat-turiżmu b’mod partikolari l-lukandi f’Għawdex.

Diversi li ġejjin u sejrin bejn Malta u Għawdex iħarsu b’mod differenti lejn in-nuqqas ta’ aċċess faċli bejn il-gżejjer. Għalihom is-serviżż tal-vapuri eżistenti mhux aċċettabbli, u għandhom raġun.

Is-soluzzjoni għal dan kollu mhux li noqgħodu nfajjru l-proposti fl-ajru. Is-soluzzjoni tinstab f’analiżi tal-alternattivi kollha. Analiżi li trid tindirizza l-impatti kollha biex id-diskussjoni pubblika tkun waħda infurmata. L-impatti li jridu jkunu indirizzati huma dawk ekonomiċi, ambjentali u soċjali. Jinkludu mhux biss l-ispiża meħtieġa imma ukoll l-impatt fuq l-ekonomija Għawdxija, kif ukoll l-impatti ambjentali fuq l-art u l-baħar, ewlenin fosthom dawk viżivi kif ukoll dawk ekoloġiċi. L-impatti soċjali fuq Għawdex tal-proposti differenti jeħtieġ li jkunu indirizzati b’mod metikoluż.

Għandna bżonn soluzzjoni li tkun waħda sostenibbli. Biex dan isir irridu nagħżlu dik il-proposta li ssaħħaħ l-ekonomija Għawdxija filwaqt li ftit li xejn tagħmel ħsara ambjentali u soċjali.

Nistennew l-informazzjoni kollha li tkun pubblika. Anke ir-rapport tal-pont Ċiniż għandu jkun wieħed pubbliku. S’issa għadu m’huwiex pubbliku għax huma l-gazzetti biss li rawh.

Meta naraw dan kollu imbagħad tkun tista’ issir diskussjoni serja.

 

Ara ukoll fuq dan il-blog:

The right link that remains missing. 12 ta’ Frar 2012

Għawdex Tagħna lkoll. 16 ta’ Ġunju 2013.

 

Leisure Clothing: każ ta’ protezzjoni?

Leisure Clothing QualityLeisure Clothing products

Qed jissemmew diversi ismijiet ta’ persuni Maltin li kienu b’xi mod involuti fl-operat jew fir-rappresentanza tal-Kumpanija Ċiniża tat-tessuti.

Il-kummenti jsegwu pattern kostanti. Qed jissemmew persuni Laburisti (l-parti l-kbira magħrufa) bħala persuni viċin il-management (jew li għal xi żmien kienu parti mill-management innifsu) tal-kumpanija Leisure Clothing. S’issa issemma ukoll persuna waħda (ex-Ministru mill-PN) bħala li allegatament akkomoda x-xewqat jew il-ħtiġijiet tal-kumpanija.

Fid-dawl ta’ dan hu faċli li jinftehmu l-attitudnijiet ta’ uħud, kemm favur kif ukoll kontra dak li hu rappurtat li qiegħed jiġri fil-Leisure Clothing.

Huma interessanti ukoll il-kummenti ta’ uħud dwar osservazzjonijiet li għamlu tant snin ilu u li dwarhom issa ħassew li setgħu jitkellmu wara snin kbar ta’ silenzju.

Il-mistoqsija li spiss qed nisma’ hi : għaliex issa ħarġu fil-beraħ dawn l-affarijiet? Jekk numru ta’ snin ilu kien hemm min jaf bihom u ma ħarġux dan ma jfissirx li dakinnhar kien hemm xi ħadd li kellu s-setgħa li jagħti l-protezzjoni?

Issa jiena ma nemminx li persuna waħda tista’iżżomm dawn l-affarijiet mistura għal snin kbar. L-anqas numru ta’ persuni ma naħseb li jirnexxilhom iżommu storja bħal din mistura għal numru ta’ snin. L-anqas f’pajjiż totalitarju m’hu possibli li dan iseħħ għal tul ta’ żmien mingħajr ma jkun jaf bih ħadd.

Dan kollu jfisser li l-istorja hi ħafna iktar ikkumplikata milli wieħed jaħseb.

50 flixkun ilma

50 water bottles

 

In-Nazzjon tal-bieraħ tikkwota email ta’ ex-Ministru tas-snin tmenin li għandu rabtiet kbar maċ-Ċina. Fiha tfakkar lil min irċeviha biex ma jinsiex il-50 flixkun tal-ilma: “Don’t forget to bring me 50 bottles of water.”

Min irċieva l-email kien jaf li l-ex Ministru mhux fliexken tal-ilma ried iżda li jitħallas tal-visa li kiseb għaċ-Ċiniż li rċieva l-email.

Din hi parti mir-racket li qed tinkixef in konnessjoni mal-Leisure Clothing, il-kumpanija tat-tessuti tal-Gvern Ċiniż f’Malta.

Il-ġurnalist Joe Mikallef ma jgħidilniex jekk din l-attivita’ ġratx qabel Marzu 2013 jew wara inkella li ilha żmien u baqgħet għaddejja qiesha m’hu xejn. Dettall importanti li ma naħsibx li qabeż lil Joe Mikallef. Imma forsi fiċ-ċirkustanzi  u għal raġunijiet politiċi kien jaqbel għan-Nazzjon li jitħalla barra. Għax aktar m’hu qed jgħaddi żmien jidher li kien hemm bosta persuni viċini taż-żewġ partiti l-kbar li kellhom iktar minn idea dwar x’inhu jiġri. Għal min kien qed iħawwad dan kien insurance biex jassigura li t-taħwida ddum u tinħaleb sew. Għalhekk forsi l-awtoritajiet setgħu jagħlqu għajnejhom għal snin twal.

X’imkien darba, żmien ilu, kont qrajt li l-korruzzjoni kellha tinqered bl-egħruq u x-xniexel. Jidher ċar li meta l-egħruq ikunu fil-fond ma jinqerdux, iżda jkunu jeħtieġu ħafna iktar ilma: mhux inqas minn 50 flixkun.

 

Esaġerazzjoni jew l-awtoritajiet mixtrija ? Il-każ tal-fabbrika taċ-Ċiniżi .

Leisure Clothing.Bulebel

 

L-istorja dwar il-fabbrika taċ-Ċiniżi qed tiżviluppa ftit ftit.

Il-Leisure Clothing hi kumpanija tat-tessuti tal-istat Ċiniż. Jidher li ilha topera Malta mis-snin 80. Hemm madwar 260 ħaddiem ażjatiku (prinċipalment Ċiniżi) jaħdmu fiha.

Jidher li saret investigazzjoni fl-2007 li qed jingħad li ma sabet xejn ħażin fil-fabbrika. In-Nazzjon f’dawn il-ġranet irrappurtat li l-ħaddiema barranin tal-Leisure Clothing qed jaħdmu f’kundizzjonijiet ħżiena u li l-awtoritajiet mhux biss qed jagħlqu għajnejhom imma ukoll li kien hemm pressjoni politika biex investigazzjoni li kienet għaddejja titwaqqaf. Qed jingħad ukoll li dawn  il-ħaddiema qed joqgħodu ġo Ħal-Far u li meta ġew Malta d-diriġenti tal-fabbrika ħadulhom il-passaporti u dokumenti ta’ identifikazzjoni biex ma jkunux jistgħu jaħarbu minn Malta.

Minkejja dak li qalet in-Nazzjon, il-Pulizija sadanittant għadhom għaddejjin bl-investigazzjoni tagħhom fejn skond rapporti diversi l-management tal-kumpanija nġabar biex jgħin f’dawn l-investigazzjonijiet.

L-Ambaxxatur Ċiniż fi stqarrija qal li ma jaf xejn.

Tony Zarb tal-General Workers Union qal li hu jikkummenta meta tkun konkluża l-investigazzjoni li qed tagħmel il-GWU dwar il-każ.

Issemmew ukoll xi persuni prominenti bħala li b’xi mod setgħu kienu involuti. Dan ikompli jħawwad l-imħuħ kif ukoll jitfa dell kbir fuq l-awtoritajiet tal-pajjiż.

Dan kollu jwassal għal diversi mistoqsijiet inevitabbli.

Kif inhu possibli li jseħħu dawn l-affarijiet taħt għajnejn kulħadd u donnu li għal żmien twil ma jinduna ħadd?

Fid-dawl ta’ din l-ewwel mistoqsija hi inevitabbli t-tieni waħda: min kien qed jipproteġi lil min? It-tielet mistoqsija hi ukoll waħda loġika: min hu wara din l-operazzjoni kollha?

Il-gazzetti u l-media soċjali qed jippruvaw iwieġbu (kulhadd bil-mod tiegħu) dawn il-mistoqsijiet, u oħrajn. Huwa importanti ħafna iżda li nkunu nafu l-fatti kollha u dan malajr kemm jista’ jkun.

Kulħadd huwa interessat li jkun jaf jekk kienx hemm xi ħadd fl-awtorita’ li nxtara kif ukoll jekk hemmx Maltin involuti f’din l-operazzjoni u jekk dan hu l-każ min huma.

Sadanittant għadni kif qrajt xi kummenti ta’ ħaddiema Maltin fil-fabbrika li qalu li quddiemhom il-ħaddiema Ċiniżi qatt ma kienu trattati ħażin.

Imma kif ġustament ikkummenta Norman Vella fuq il-blog tiegħu, l-istorja tinten sewwa. Għax biex iġġib il-barranin jaħdmu fuq linja ta’ produzzjoni li biex tkun kompetittiva tirrikjedi pagi baxxi, (tant li l-fabbriki Maltin tat-tessuti għalqu kollha) bilfors kien hemm l-intenzjoni ta’ ħlas ta’ pagi miżeri. Kif jgħid Norman Vella : kemm taħsbuna boloħ?

Irridu nistennew biex naraw eżattament x’ġara. Jekk huwiex każ ivvintat jew rappurtaġġ esaġerat, inkella jekk hux każ ta’ abbuż li nżamm mistur sa issa minħabba li nxtraw l-awtoritajiet.

M’hemmx wisq x’tagħżel: jew waħda inkella l-oħra.

Bħal  dejjem il-qasba ma iċċaqċaqx għalxejn. Niftakru kif bdiet l-istorja: ħaddiema Ċinizi tal-fabbrika Leisure Clothing nqabdu fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta jippruvaw jaħarbu b’passaporti foloz. Meta interrogawhom il-Pulizija ħarġet din l-istorja kollha.

Dan kollu jwassalni biex nikkonkludi li probabbilment hemm l-abbużi, li dawn ilhom għaddejjin u li xi ħadd għamel ħiltu biex jostor dak li ġara. Għalfejn?

Dalwaqt nisimgħu l-kor ikanta: “mhux jien”.

Konrad fuq l-Orient Express : bejn Shanghai u Delimara

Murder on the Orient Express

Id-dibattitu fil-Parlament dwar il-power station tal-gass f’Delimara hu eżerċizzju ta’ logħob bil-kliem.

Qal li ser jirreżenja jew ma qalx?

Skond Simon hi ċarissima. Skond Joseph qalha f’kuntest differenti.

Ir-realta’ iżda hi waħda differenti. Missitha ftit Marlene Farrugia fid-diskors tagħha fil-Parlament.

Il-Partit Laburista fl-Opposizzjoni għamel wegħda. Anzi għamel sett ta’ wegħdiet.

L-ewwel qal li l-Enemalta mhux ser tkun privatizzata. Wegħda li ma nżammitx kemm bil-ftehim li qed ikun negozjat maċ-Ċiniżi kif ukoll bil-ftehim li hu konkluż imma għadu mhux iffirmat mal-Electrogas. Għax il-produzzjoni tal-enerġija mhux ser tkun f’idejn il-Korporazzjoni Enemalta.  Il-produzzjoni tal-enerġija ser tkun ipprivatizzata bl-agħar mod possibli. Ser insiru kolonja f’dak li għandu x’jaqsam l-enerġija.

It-tieni l-impjant li jiġġenera l-elettriku mill-gass kellu jkun lest sa Marzu li ġej iżda f’dawn l-aħħar ġranet kellna l-konferma li din il-wegħda ukoll mhux ser tinżamm. S’issa ħadd għadu ma spjega l-għaliex.

L-ispekulazzjoni fil-gazzetti u l-argumenti tal-Kap tal-Opposizzjoni qed jippuntaw f’direzzjoni ta’ kunflitt bejn it-tripied Enemalta-Ċiniżi-Electrogas. Jidher li hemm kunflitt qawwi bejn l-obbligazzjonijiet differenti li daħal għalihom il-Gvern.

Għalhekk Konrad qiegħed imekkek bejn Malta u ċ-Ċina: Shanghai u/jew Beijing. Huwa dwar dawn l-affarijiet li hemm bżonn spjegazzjonijiet. Spjegazzjonijiet li għadhom ma waslux. Sadanittant il-kobba tkompli titħabbel.

Il-privatizzazzjoni tal-Enemalta

chopsticks

 

Id-dibattitu ta’ dawn il-ġranet fil-Parlament, inkluż illum huwa dwar il-privatizzazzjoni tal-Enemalta.

Ftit ħsibijiet.

Huwa ironiku li din il-privatizzazzjoni qed issir minn dak li baqa’ mill-Partit Laburista li pass pass qed jitlef il-kuntatt mal-għeruq tiegħu fuq ix-xellug.

Fil-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Enemalta l-Gvern tal-Labour qed jissepara l-ħaddiema mill-assi tal-Enemalta. Jidher li ċ-Ċiniżi ma jridux jitgħabbew bil-piż tal-pagi tal-1,600 ħaddiem tal-Enemalta.

Il-Gvern tal-Labour ser jittratta lill-ħaddiema  tal-Enemalta bl-istess mod li l-Gvern tal-PN ittratta lill-ħaddiema tat-Tarżna. B’differenza waħda. Din id-darba għadni ma smajtx leħen il-GWU!

B’dan il-pass ser tingħata daqqa oħra lill-kontroll sovran tal-pajjiż fuq l-enerġija.

Iċ-Ċina m’għandiex ħbieb !

Malta-China

 

Il-Prim Ministru preżentement għaddej jiftaħar dwar kemm iċ-Ċina hi ħabiba kbira ta’ Malta.

Tajjeb li lkoll niftakru li fir-relazzjonijiet internazzjonali, l-istati m’għandhomx ħbieb, għandhom biss interessi. Jagħmlu kontinwament dak li jaqblilhom.

Hekk qed tagħmel iċ-Ċina fir-relazzjonijiet tagħha ma’ Malta. Jekk ikunx jaqbel lil Malta irridu naraw aħna, meta nkunu nafu dak li deħlin għalih.

Il-Ġeneral Charles De Gaulle fil-fatt kien jgħid: France does not have friends. It only has interests.

Il-25 anniversarju tal-massakru ta’ Pjazza Tiananmen

Tiananmen 07

 

Għada l-4 ta’ Ġunju huwa l-25 anniversarju tal-massakru ta’ Tiananmen. Fl-4 ta’ Ġunju 1989 fi Pjazza Tiananmen f’Beijing it-tankijiet tal-militar immassakraw lill-istudenti Ċiniżi li kienu qed jipprotestaw. Numru kbir ta’ studenti  u żgħażagħ kieku qed jappoġġaw il-Moviment Demokratiku fiċ-Ċina. Kienu ilhom ġimgħat fi Pjazza Tiananmen jipprotestaw favur Ċina demokratika.

Il-mewt ta’ Hu Yaobang (li kien tneħħa minn Segretarju Ġenerali tal-Partit Kommunista Ċiniż) kmieni fl-1989 kienet ix-xrara ewlenija li kebbset il-Moviment Demokratiku f’Beijing u welldet lil dik li setgħet tkun ir-Rebbiegħa ta’ Beijing.

Hu Yaobang miet nhar il- 15 t’April 1989. Bejn l-1981 u l-1987, kien l-id il-leminija ta’ Deng Xiaoping, mexxej Ċiniż, bħala Ċhairman tal-Partit Kommunista bejn l-1981-82 u mill-1982 sal-1987 bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit. Mexxa l-quddiem ir-riformi ekonomiċi Ċiniżi u bħala riżultat għamel ħafna għedewwa fil-ġerarkija kommunista Ċiniża li meta qabduh fuq sieq waħda, waqt protesti tal-istudenti fl-1987, irnexxielhom itajruh minn Segretarju Ġenerali tal-Partit. Kien akkużat li mexa b’ingwanti tal-ħarir mal-istudenti.

Ftit ġranet qabel ma miet, Hu Yaobang, waqt laqgħa tal-Politburo tal-Partit Kommunista Ċiniż kompla jinsisti għal riformi politiċi. Tkellem dwar il-ħtieġa tat-trażżin tal-korrużżjoni, tan-nepotiżmu u l-abbuż tal-poter. “Ittradejna lill-poplu u lin-nazzjon” qal Hu Yaobang huwa u jħossu ħażin u jaqa’ mal-art. Ittieħed l- isptar fejn miet ġimgħa wara. Kellu 73 sena, eta’ żgħira ħafna għal dawk attivi fil-politika Ċiniża.

Mhux ta’ xejn li l-funeral tiegħu kien spunt għal dimostrazzjonijiet favur libertajiet demokratiċi. L-istudenti Ċiniżi iddeskrivewh bħala ir-ruħ taċ-Ċina.

Il-Federazzjoni Awtonoma tal-Istudenti f’Beijing li twaqqfet waqt ir-Rebbiegħa ta’ Beijing serviet bħala l-mutur u l-koordinatur tal-protesta. Il-fatt biss li twaqqfet il-federazzjoni tqies bħala theddida għall-awtorita tat-tmexxija Ċiniża. L-insistenza għal rikonoxximent kienet fil-fatt dikjarazzjoni politika qawwija, inaċċettabbli għat-tmexxija ta’ Deng Xiaoping u sħabu.

L-appoġġ li kisbu l-istudenti kien wieħed qawwi, tant kien hemm waqtiet li inġabru l-fuq minn miljun persuna fi Pjazza Tiananmen.

It-tmiem beda fil-lejl ta’ bejn it-2 u t-3 ta’ Ġunju 1989. Għal bidu n-numru ta’ suldati kien żgħir u ftit kienu armati. Iżda matul il-lejl bejn it-3 u l-4 ta’ Ġunju 1989 fi Pjazza Tiananmen daħlu t-tankijiet tal-gwerra li għaffġu u kaxkru kullma sabu quddiemhom.

Dan hu fi ftit kliem dak li ġara. Rebbiegħa li damet seba’ ġimgħat.

Il-ftehim bejn Malta w iċ-Ċina

Malta-China

Il-ftehim maċ-Ċina li jinkludi appoġġ għall-Enemalta messu sar bħala riżultat ta’ proċess trasparenti.

Il-ftehim innifsu għad irid jiġi negozjat u kullma sar s’issa huwa ftehim fil-prinċipju, msejjaħ Memorandum of Understanding.

Dwar dan ikkummentajt dal-għodu waqt il-programm ta’ diskussjoni mtella’ minn Andrew Azzopardi “Għandi xi ngħid” fuq Radio Malta.

Il-ftehim propost mhux biss dwar l-Enemalta. Joħloq  opportunita għac-Ċina biex tippenetra is-Suq Ewropew għall-pannelli fotovoltaiċi. Dan li jagħmel il-ftehim attraenti għac-Ċina. Iċ-Ċina pajjiż ħabib u jaf iħaddem ftehim ta’ din ix-xorta b’intelliġenza tali li jkun verament ftehim two-way. Jiġifieri m’għandix dubju, għax hekk jidher,  li l-ftehim propost ser ikun wieħed ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat.

Imma tibqa’ l-mistoqsija: stajna wasalna għal ftehim aħjar?

Anke’ jekk wieħed jaċċetta li Malta tista’ tiggwadanja minn ftehim ta’ din ix-xorta il-fatt li l-ftehim sar wara diskussjionijiet esklussivi mal-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina  fih innifsu hu mod żbaljat ta’ kif isiru l-affarijiet.  Bħala riżultat ta’ dan ma nafux jekk kienx hemm ħaddieħor (Gvern jew Kumpanija) li kien interessat f’investiment fl-Enemalta u jekk dan kien il-każ l-anqas ma nafu x’kien ikun lest li jinvesti.

Fil-waqt li jiena nawgura li minn dan il-ftehim joħroġ il-ġid għall-pajjiż jibqa’ l-fatt li dan mhux l-aħjar mod kif jiġu amministrati ħwejjeġ il-pajjiż.

Learning to use chopsticks

chopsticks

We have been told that it is most worrying that China could acquire a share in our energy corporation. It is worrying, we are told, due to the strategic importance of the sector.

We tend to forget that Malta has plenty of foreign investments in other strategic sectors. Another one wouldn’t change much would it?

Our only airport is run by Austrians.

Gambling has been left to  Greek Intralot.  Banking is heavily influenced by global HSBC ironically originating from Hong Kong, the tip of the Chinese mainland.

The public  transport fiasco has an Anglo-German fingerprint through Arriva.

LPG Gas is controlled by Italians through GASCO.

The Freeport is controlled by a Franco-Turkish alliance for the next 65 years. (CMA-CGM and Yildirim Group)

When its Austria, Greece, Anglo-German interests, Italian investments, Franco -Turkish controls, or global HSBC then its globalisation.

The Chinese interest is part of the same process.

Obviously the details of the memorandum of understanding signed earlier this week are not yet known. Hence a proper discussion would have to wait until such details are known. There will surely be positive and negative impacts. China stands to gain. Whether Malta’s potential gains are adequate is still to be seen as we have only been fed titbits of information.

China obviously stands to gain through establishing a stronger foothold in Malta and within the EU.  Whether it will be similarly positive for Malta is still to be seen.

Some Chinese companies are world class. They provide stiff competition to international firms such as Lahmeyer International the one time consultants to the Malta Resources Authority and to Enemalta Corporation. Some of these Chinese companies have reached the same grade in World Bank blacklists !

We have been there before.

It may turn out not to be so difficult to learn to use chopsticks after all !