Viċin Malta: qerda tal-armi kimiċi Sirjani

destruction site.Syria chemical weapons

L-istampa internazzjonali irrappurtat li kimiċi maħżuna fis-Sirja bħala parti mill-armamenti kimiċi tal-pajjiż li diġa ġew in parti użati kontra l-popolazzjoni ċivili ser ikunu distrutti f’ibħra internazzjonali fil-Mediterran.

Mill-mappa li tidher hawn fuq, ippubblikata mill-BBC jidher ċar li din l-operazzjoni għalkemm ser issir fl-ibħra internazzjonali ser iseħħ mhux il-bogħod minn Malta. 

Il-kimiċi ser ikunu distrutti madwar 300 kilometru fix-Xlokk  ta’ Malta fuq il-vapur Amerikan MV Cape Ray. Din hi operazzjoni li hi ippjanata li tkun konkluża sa Ġunju li ġej.

Fil-waqt li m’għandix dubju li qed jittieħdu l-prewkazzjonijiet kollha biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni tal-baħar hi hu issir l-operazzjoni jkun għaqli li nkunu infurmati jekk il-Gvern Malti ġiex ikkonsultat.

Il-baħar hu parti importanti mill-għejxien ta’ dan il-pajjiż u għalhekk il-materja hi ta’ interess pubbliku.