Louis Deguara li kien Ministru tas-Saħħa sal-elezzjoni tal-2008 għadu kif iddikjara illi huwa ma kienx jaqbel mal-ftehim kollettiv iffirmat bejn il-Gvern u t-tobba lejlet l-elezzjoni tal-2008.
It-Times tal-beraħ fil-fatt jikkwotah hekk :
“The Health Division never agreed with the final agreement because we knew it was seriously flawed. As a department it never agreed to the final draft,” Dr Deguara said when contacted yesterday.
Huwa kien qed jikkummenta b’reazzjoni għal dak li qal iktar kmieni din il-ġimgħa Dr Joe Cassar il-Ministru tas-Saħħa attwali li qiegħed jilmenta illi l-ftehim kollettiv huwa mażra m’għonq il-Ministeru tas-Saħħa.
Jiġifieri l-posizzjoni kienet :
1) Saru negozjati bejn it-tobba u l-Ministeru tas-Saħħa.
2) L-uffiċjali tal-Ministeru kif ukoll dawk tad-Diviżjoni tas-Saħħa ma qablux ma kif żviluppaw dawn in-negozjati u in partikolari mat-talbiet tat-tobba u n-negozjati daħlu fi sqaq.
3) Il-Union tat-tobba għamlet pressure fuq il-Gvern u l-Gvern ċeda kontra l-parir li kellu.
4) Il-Ministru Deguara baxxa rasu u aċċetta li jkun iffirmat ftehim li ma jaqbilx miegħu.
Issa qed jirriżulta li Louis Deguara kellu raġun.
Min ser iġorr ir-responsabbilta’ politika?
Huwa ċar li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi injora l-prinċipji kollha ta’ amminsitrazzjoni tajba biex minflok bħalma jagħmel dejjem poġġa l-vantaġġ politiku qabel dak li hu sewwa.
GonziPN m’huwiex interessat li jamministra l-pajjiż sewwa. Hu interessat biss li jibqa’ fil-Gvern.
Dawn huma l-prinċipji li fuqhom hu mibni l-Gvern tal-lum. M’huwiex gvern tal-Maltin. Hu biss gonzipn.
Power corrupts. Absolute power corrupts absolutely.