Gimmicks tal-Labour dwar l-enerġija

Meta l-Partit Laburitsta ideċieda li jaddotta l-proposta tal-kumpanija Sargas kien qed iqarraq.

Hu ovvju li meta s-Sargas qed tgħid li l-elettriku tista’ tipproduċieh b’7c5 dan hu prezz iħis hafna u attraenti. L-onesta politika iżda kienet titlob li wieħed jeżamina x’hemm iktar li qiegħed jinżamm moħbi b’din il-proposta.

Meta rappreżentanti tas-Sargas għamlu preżetazzjoni f’Lukanda lokali huma emfasizzaw li dan il-prezz ta’ 7c5 huwa l-prezz ta “raw energy”. Jiġifieri kemm tiġi tiswa’ l-enerija ġġenerata. Komplew jemfasizaw illi dan il-prezz ma jinkludix l-arrangamenti li jkun meħtieġ li jaslu għalhom dwar l-impjant innifsu. Għax l-impjant (il-power station) tkun trid jew tinkera inkella tinxtara. Din hi stamat li tkun tiswa bejn €800 u €900 miljun.

Dan il-prezz ta’ 7c5 l-anqas ma jinkudi l-ispejjes konnessi mal-Carbon Capture Technology li biha s-Sargas qed jgħidu li jrid jiġbru l-carbon dioxide u jesporatawh. Apparti l-fatt li din it-teknoloġija għad m’hiex sviluppata biżżejjed, din mhux biss tiswa l-flus iżda tikkonsma ukoll l-enerġija : bejn 25% u 40% tal-enerġija ġġenerata.

Meta wieħed jgħodd dan kollu l-prezz tal-enerġija bil-proposta ta’ Sargas li magħha jaqbel il-Partit Laburista ta’ Joseph Muscat ikun wieħed għoli ħafna iktar milli qed jgħidu.

Imma l-Partit Laburista jibqa’ għaddej bil-gimmicks.

L-aħħar ħaġa. Jekk l-enerġija tkun ġġenerata bl-impjant tas-Sargas xi ħadd irid jispjega x’ser jiġri mill-ħaddiema tal-Enemalta li preżentme jaħdmu fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku. Għax l-Enemalta bi-proposta tal-Labour ma jkolliex bżonnhom iktar!

Advertisements