Is-supermarket li qed jibni ċ-Ċaqnu f’Ħal-Safi huwa għad-ditta Lidl, kumpanija ta’ oriġini Ġermaniża li topera madwar 7,000 supermarket mifruxa mal-Ewropa kollha.
L-isem sħiħ tal-kumpanija hu Lidl Stiftung & Co KG. Hija propjeta tal-kumpanija Schwarz li minbarra l-Lidl tippossjedi ukoll ic-chain stores Handelshof u Kaufland.
Lidl huwa mifruxa fi 17-il pajjiż u jopera bħala discount store.
F’artiklu intitolat Cheap – but not so cheerful ? Helen Pidd fil-ħarġa tal-Guardian tal-14 ta’ Marzu 2007 (ara http://www.guardian.co.uk/business/2007/mar/14/businesscomment.supermarkets) titkellem fuq l-istrateġiji kontroversjali tal-Lidl, b’mod partikolari fil-mod kif tittratta lill-ħaddiema tagħha.
Aqra l-artiklu ħalli tifforma l-opinjoni tiegħek.
Tista’ tara ukoll dan is-sit : http://www.union-network.org/UNISITE/Sectors/Commerce/index_multinationals_Lidl.htm
Inkompli darba oħra.