Konsultazzjoni ODZ: il-fehma ta’ Alternattiva Demokratika

ODZ.MEPA

Dan hu id-dokument bis-sottomissjonijiet li Alternattiva Demokratika ippreżentat lill-MEPA il-bieraħ fil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-iżvilupp fl-ODZ, jiġifieri x’jista’ jinbena barra miż-żona tal-iżvilupp :

Politika u Gwida dwar diżinn barra miż-żona ta’ żvilupp

Il-kummenti ta’ Alternattiva Demokratika

Alternattiva Demokratika eżaminat id-dokument ippubblikat mill-MEPA għall-konsultazzjoni pubblika, liema dokument huwa ntitolat  Outside Development Zone Policy and Design Guidance.

Id-dokument jipproponi  l-konsolidazzjoni b’emendi sostanzjali tal-politika kurrenti applikabbli għall-bini agrikolu kif ukoll għaż-żona barra l-iżvilupp.

Fid-dokument in kwistjoni hemm 38  policy differenti.

Id-dokument jagħmel proposti varji dwar l-użu mill-ġdid jew l-iżvilupp mill-ġdid ta’ strutturi eżistenti barra ż-żona ta’ żvilupp. Jintroduċi ukoll proposti dwar il-kostruzzjoni  ta’ strutturi li s’issa ma kienx possibli li jinbnew skond il-politika kurrenti ta’ l-ippjanar ta’ l-użu tal-art.

Id-dokument jonqos milli jikkwantifika u jillokalizza dawk iż-żoni barra miż-żona ta’ l-iżvilupp fejn hemm bini li oriġinalment kien intenzjonat għal skop agrikolu iżda m’għadux użat. In partikolari id-dokument ma jidentifikax fejn hemm żoni f’Malta u Għawdex fejn hemm ammont sinifikanti ta’ bini agrikolu abbandunat.

B’mod speċifiku Alternattiva Demokratika jidhrilha li huwa essenzjali illi jkun kwantifikat kemm hemm bini agrikolu li m’għadux użat.  L-anqas studji dwar l-ammont ta’ bini illegali użat fil-qasam tal-agrikultura ma hu għad disposizzjoni tal-proċess ta’ konsultazzjoni. Il-politika dwar iż-żona barra l-linja tal-iżvilupp ftit għandha siwi jekk din l-informazzjoni ma tkunx magħrufa.

Kien ikun ta’ għajnuna kieku ingħatat stampa ċara u dokumentata tal-impatti li irriżultaw mill-qagħda attwali tal-industrija tat-trobbija tal-majjal u tat-tjur. Jekk dawn l-istudji saru ma jmisshomx inżammu għall-użu intern tal-MEPA iżda kellhom ikunu ippubblikati biex il-proċess ta’ konsultazzjoni jkun infurmat adegwatament dwar il-konsiderazzjonijiet li saru fit-tfassil tal-politika soġgett għal konsultazzjoni pubblika.

Kien ukoll ikun għaqli kieku l-MEPA iġġustifikat il-proposti tagħha dwar l-agrituriżmu. Il-proposta li tippermetti l-bini ta’ għaxart ikmamar li ma jeċċedux l-area ta’ erba’ mitt metru kwadru hi meqjusa waħda esaġerata. Ikun għaqli li wieħed josserva illi fl-Italja fejn l-istat ilu jinkoraġixxi u jappoġġa l-agri-turiżmu għal ta’ l-inqas dawn l-aħħar 25 sena id-daqs medju ta’ servizz offrut minn faċilita ta’ agri-turiżmu hi ta’ 10 sodod, li approssimattivament hi n-nofs ta’ dak rakkomandat mid-dokument ta’ konsultazzjoni.

Dan kollu qiegħed jingħad għax Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li l-użu mill-ġdid jew l-iżvilupp mill-ġdid inkluż il-bdil ta’ użu ta’ bini agrikolu eżistenti  li mhux użat biżżejjed inkella hu abbandunat hu pass pożittiv li għandu jkun inkoraġġit. Dan għandu japplika għal dak l-użu kompatibbli mal-agrikultura, inkluż proġetti ta’ agri-turiżmu. Filwaqt li dan it-tip ta’ użu kien diġa permissibli id-dokument li dwaru qed isir konsultazzjoni jagħmel dan iktar ċar.

Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li kien ikun ferm aħjar kieku id-dokument ta’ konsultazzjoni inkoraġixxa l-użu mill-ġdid ta’ bini eżistenti (mibni legalment) qabel ma ippropona politika li tinkoraġixxi żvilupp ta’ art verġni barra miż-żona tal-iżvilupp.  Malta ma tiflaħx għall-impatti li jirriżultaw minn żvilupp ta’ iktar art agrikola. L-anqas ma tiflaħ għall-impatti li jirriżultaw jekk l-industrija spekulattiv tittrasferixxi lilha innifisha miz-zoni urbani għal dawk agrikoli. Sfortunatament id-dokument ta’ konsultazzjoni jinkoraġixxi dan permezz tad-diversi proposti dwar il-permissibilita ta’ kostruzzjoni ta’ strutturi ġodda barra miż-żona tal-iżvilupp.

Id-dokument ta’ konsultazzjoni jonqos milli jipproponi kif il-framentazzjoni tar-raba’ użat għall-agrikultura tista’ tkun miġġielda. Fil-fatt bil-proposta li jiffaċilita aċċessi ġodda fiż-żoni agrikoli id-dokument jinkoraġixxi li jsir eżattament bil-maqlub. Jekk l-importanza stateġika tal-agrikultura għall-ekonomija Maltija ser tkun indirizzata din il-frammentazzjoni mhux biss trid tieqaf imma teħtieġ illi titreġġa lura.  Id-dokument ta’ konsultazzjoni jipproponi direzzjoni kompletament differenti u dan billi jinkoraġixxi w jiffaċilita l-frammentazzjoni .

Id-dokument jonqos ukoll milli jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proposti li saru fi studji fi snin preċedenti dwar il-ġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika mill-iskart agrikolu. Din hi materja li teħtieġ li tkun indirizzata b’mod urgenti u dan id-dokument kien il-post addattat fejn dan seta jsir. Bl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-prossimita  kien ikun ta’ benefiċċju kieku tfasslu proposti li bħala riżultat tagħhom l-iskart tal-annimali ma jibqax ittrasportat fit-toroq arterjali imma jkun minflok ipproċessat l-iktar viċin possibli ta’ fejn ikun iġġenerat.  Hemm żoni agrikoli kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex fejn hemm konċentrazzjoni ta’ binjiet li fihom jitrabbew l-annimali. F’dawn iż-żoni dawn it-tip ta’ faċilitajiet għandhom mhux biss ikun permissibli, talli għandhom ikunu inkoraġġiti. Proposti ta’ din ix-xorta jwasslu għal prattiċi ta’ immaniġjar sostenibbli tal-iskart u jgħinu biex jitnaqqas sostanzjalment il-piz fuq is-sistema tad-drenaġg kif ukoll fuq it-tlett impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ.

AD kienet tistenna li d-dokument ta’ konsultazzjoni jemfasizza l-ħtieġa li l-bini illegali barra miż-żona tal-iżvilupp jitwaqqa’. Alternattiva Demokratika tittama li dan id-dokument ma jservix biex jiġġustifika t-tkattir ta’ workshops (sprayers, panel beaters ….) jew vilel barra miż-żona tal-iżvilupp.

Fid-dawl ta’ dan Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li id-dokument ta’ konsultazzjoni jeħtieġ reviżjoni sostanzjali jekk għandu jkun konformi mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli.

Carmel Cacopardo                                                             Simon Galea

Kelliemi għall-Iżvilupp Sostenibbli                             Kelliemi għall-Agrikultura

4 ta’ Diċembru 2013

id-document tal-MEPA intitolat : Outside Development Zones. Policy and Design Guidance.

issibu hawn.

Advertisements

Irċevejt ittra mill-PN

PN imxaqqaq

Il-bieraħ irċevejt ittra elettronika mingħand il-Partit Nazzjonalista.

Impjegata infurmatni permezz ta’ ittra elettronika illi Dr Simon Busuttil kien talabha biex tgħaddili kopja tad-diskors li għamel fuq il-fosos tal-Furjana f’Jum l-Indipendenza.

Għalfejn intbagħtitli din il-kopja tad-diskors ta’ ħames paġni ma nafx.

Imma dejjem interessanti għax il-PN qatt ma wieġeb l-ittra tiegħi li pemezz tagħha fid-16 ta’ Jannar 2008 irreżenjajt minn membru tal-PN u issa jibaghtli diskorsi li ma fihom l-ebda ispirazzjoni. Bla ħeġġa u mejta, minn barra u minn ġewwa.

Jum l-Indipendenza hu Jum għażiż għalija u għal ħafna. Iċċelebrajtu meta Simon kien għadu l-anqas twieled. Anzi kont hemm, ma ħafna oħrajn  f’nofs il-lejl bejn l-20 u l-21 ta’  Settembru 1964, tifel ta’ 8 snin flimkien ma ħuti iżgħar minni.

Iċċelebrajtu ukoll fis-snin  ta’ wara meta d-demokrazija kienet mhedda.

Id-diskorsi huma l-inqas ħaġa li jinteressawni bħalissa.

Ikun ferm aħjar kieku l-PN ifittex u forsi jsib ruħu. Imma dik ilu ftit li tilifha u mhux faċli li jerġa’ jsibha.

Ippubblikat fuq iNews illum 26 ta’ Settembru 2013

F’Tal-Mirakli : theddid u twissija

rape

(ritratt ta’ Newsbook.com.mt)

 

Dalgħodu Alternattiva Demokratika indirizzat konferenza stampa dwar il-bini li beda fl-area tal-Mirakli ġewwa Ħ’Attard fuq art li sal-2006 kienet barra miż-żona tal-iżvilupp.

Il-krew tal-PBS x’ħin kienu fi triqithom għal din il-konferenza kienu mhedda minn persuni li kienu qed jaħdmu fuq is-sit ta’ kostruzzjoni li dwaru saret il-konferenza stampa. Ara r-rapport tal-PBS hawn.

L-istqarrija maħruġa minn Alternattiva Demokratika wara l-konferenza stampa intqal kif ġej :

Il-proprjeta’ vojta: sinjal ta’ twissija

L-ammont ta’ proprjetajiet residenzjali vojta hu sinjal ta’ twissija. Bi 72,150 unit residenzjali vojt ma nistgħux nibqgħu nibnu iżjed art li sa ftit ilu kienet barra miż-żona ta’ żvilupp. Hekk qal Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson u kelliemi ta’ Alternattiva Demokratika għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Intern, fl-inħawi Tal-Mirakli f’Ħ’Attard huwa u jindirizza konferenza stampa dwar il-pjani lokali u r-razzjonalizzazzjoni tal-iskemi ta’ żvilupp.

Il-konferenza stampa saret quddiem medda art li saret skedata għall-bini bħala riżultat tal-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni li l-Gvern immexxi mill-PN wettaq fl-2006. Din l-art sa dakinnhar kienet parti minn “green belt” . Fuq din l-art fit-18 ta’ Lulju 2013 il-MEPA ħarġet permess biex jinbnew 24 garage u store fil-basement u 19 il-unit residenzjali fil-ħames sulari l-oħra (6 maisonettes, 9 flats u 4 penthouses).

Cacopardo żied jgħid li “dan kollu qed isir minkejja li preżentement f’Malta hawn 72,150 unit residenzjali vojt. Żieda sostanzjali fuq it-53,136 proprjeta’ vojta fl-2005 u l-35,723 fl-1995.”

“Alternattiva Demokratika,” kompla jgħid Cacopardo “ma taqbilx li dawn l-artijiet jinbnew. Pajjiżna ma jistax jibqa’ jissagrifika iktar art biex fuqha jinbnew iktar residenzi meta fiċ-ċensiment ta’ sentejn ilu kienu identifikati 72,150 post residenzjali vojt. M’għandniex bżonn nibnu fuq skala kbira għal ħafna snin. Fil-kuntest tar-reviżjoni tal-pjani lokali Alternattiva Demokratika jidhrilha li għad baqa’ cans żgħir biex nirrimedjaw. Dan jista’jsir billi l-iskema tar-razzjonalizzazzjoni tispiċċa u l-art li kienet hekk identifikata ma tibqax tajba ghall-bini. Huwa importanti ukoll li nifhmu li ma jagħmilx sens li jkollna iktar proġetti massiċċi ta’ żvilupp residenzjali. Il-kwantita’ ta’ propjeta’ residenzjali vakanti għandha tkun fattur ewlieni u l-bażi ta’pjani lokali ġodda.”

Ralph Cassar, Segretarju Generali ta’ Alternattiva Demokratika u Kunsillier fil-Lokalita ta’ Ħ’Attard qal li “l-bini bla rażan li għaddej kif ukoll il-fatt illi hawn numru kbir ta’ proprjetajiet vojta qed joħloq pressjoni żejda fuq l-infrastruttura tal-lokalitajiet. Ħ’Attard mhux eċċezzjoni għal dan. Il-flejjes li ser ikunu meħtiega għall-izvilupp u ż-żamma f’kundizzjoni tajba tal-infrastruttura li taqdi dawn it-72,150 post residenzjali vojt setgħu faċilment intużaw biex titjieb l-infrastruttura eżistenti. Iż-żieda fin-numru ta’ propjetajiet residenzjali vojta,” ikkonkluda Cassar, “barra milli toħloq impatti ambjentali inaċċettabbli, hi ukoll ħela ta’ fondi pubbliċi.”

Ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof  Arnold Cassola, ikkonkluda  billi qal: “Bil-konċessjoni ta’ żieda ta’ żewg sulari lil-lukandi, bit-tiġdid awtomatiku sa Marzu 2014 tal-permessi ta’ żvilupp li l-MEPA ħarget minn Awwissu 2006 lil hawn, kif ukoll bil-ħrug ta’ diversi permessi għal żvilupp insostenibbli bħal dak ta’ Sqaq Żbibu f’San Gwann, il-MEPA għan-nom tal-gvern qed turi bil-fatti li ma jimpurtahiex mid-drittijiet tar-residenti. Jidher li issa huwa ż-żmien tal-ħlas lura ta’ dak dovut lill-industrija tal-bini talli għenet lill-partit illum fil-gvern qabel l-elezzjoni.”

Alternattiva Demokratika: ħarsa l-quddiem

May 2011. divorce referendum result

Ir-riżenja ta’ Michael Briguglio hi issa aħbar pubblika. Kif jiġri dejjem, bħala Viċi Chairman ta’ Alternattiva Demokratika jiena issa qiegħed naġixxi ta’ Chairman minn floku. Fil-prattika dan ifisser il-koordinazzjoni neċessarja biex tissejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali fil-ġimgħat li ġejjin meta l-membri ta’ AD naħtru team ġdid biex imexxi l-Partit.

Wara ftit iktar minn ħames snin involut b’mod attiv f’Alternattiva Demokratika jiena naħseb li qed joqrob iż-żmien biex nieqaf u nagħmel il-wisa’ għal persuni oħrajn ta’ eta iżgħar li bl-enerġija u l-ideat tagħhom jistgħu jkomplu jibnu fuq dak li hi Alternattiva Demokratika illum. Jekk ma jkunx din is-sena jkun is-sena li ġejja u dan dejjem jekk it-team il-ġdid ikollu bżonn l-għajnuna tiegħi.

Fi ħsiebni nibqa’ attiv ta’ l-anqas sal-Laqgħa Ġenerali Annwali naqdi dmiri lejn il-membri li eleġġewni kif ukoll lejn il-5,506 votant li għoġobhom jivvutaw lill-Alternattiva Demokratika bħala l-ewwel preferenza tagħhom fl-elezzjoni ġenerali. Dan hu obbligu li naqdieh bil-qalb.

Kienu ħames snin ta’ ħidma kbira li fihom ħdimt ma’ tlett Chairmen differenti: Harry Vassallo, Arnold Cassola u matul dawn l-aħħar tlett snin u nofs ma Michael Briguglio. Kull wieħed minnhom ta’ l-kontribut tiegħu għall-bini ta’ Alternattiva Demokratika biex hi dak li hi illum. Ma kull wieħed minnhom ħadt pjaċir naħdem għax kull wieħed minnhom kien dedikat.

Il-ħidma politika mhiex faċli. Tirrikjedi sagrifiċċji li nagħmlu lkoll kemm aħna. Sagrifiċċji li nagħmluhom għax nemmnu li l-ħin dedikat għall-politika huwa investiment fit-titjib tal-pajjiż. Hi ħidma li permezz tagħha nagħtu kontribut biex il-ħajja ta’ madwarna tkun aħjar.

Il-ħajja madwarna tkun ħafna aħjar jekk nagħrfu nirrispettaw iktar lil xulxin: jekk ma nħallux il-preġudizzji li kull wieħed minna ġemma’ matul ħajtu itappnu l-mod kif inħarsu lejn dawk ta’ madwarna. Li inkunu kapaċi ngħidu dak li naħsbu huwa importanti. Imma huwa daqstant ieħor importanti li nkunu kapaċi nisimgħu dak li jrid jgħid ħaddieħor.

Li ninkuraġixxu d-diskussjoni miftuħa hu tajjeb. Imma fil-partiti politiċi b’mod partikolari hu importanti li dawk li jħaddnu ideat minoritarji ma jħossuhomx emarġinati.

Ilni kważi 40 sena attiv fil-politika l-parti l-kbira minnhom fil-Partit Nazzjonalista u kelli l-opportunita li nosserva li f’kull wieħed mill-partiti politiċi jinqalgħu ċirkustanzi li bħala riżultat tagħhom partit jagħmel għadu tiegħu minn dawk li jikkritikawh. Xi kultant minflok ma wieħed japprezza lil min kapaċi joħodha kontra l-kurrent u jlissen il-fehma tiegħu l-partiti politiċi għandhom ħabta li lil dawn jagħmluhom egħdewwa. Din iċ-ċirkustanza  hi riżultat li għadna ma fehmniex biżżejjed li l-partiti politiċi f’dan il-pajjiż huma wieħed mill-ftit postijiet fejn l-ideat jitħabbtu flimkien. L-enerġija li tirriżulta meta jitħabbtu flimkien dawn l-ideat tista’ tkun enerġija pożittiva imma sfortunatament għandna nuqqas ta’ persuni li kapaċi japprezzaw kif din l-enerġija pożittiva tingħaraf u kif tista’ tkun użata.

Sfortunatament din hi d-diżgrazzja ewlenija tal-politika Maltija. Flok nikkompetu b’mod pożittiv naħlu wisq enerġija fin-negattivita u fis-suspetti. Ir-riżultat hu li qed naħlu ħafna talenti.

L-awgurju tiegħi hu li nitgħallmu iktar. Li nagħrfu iktar dak li hemm pożittiv f’kull wieħed minnha. M’huwiex faċli. Imma naħseb li hu possibli.

Spekulazzjoni dwar Alternattiva Demokratika

 May 2011. divorce referendum result

Hi normali li fejn l-informazzjoni tkun ftit nieqsa l-media tispekula dwar x’jista’ jkun qiegħed jiġri. Dan tagħmlu biex twassal ritratt tas-sitwazzjoni kif tkun qed tarah hi dak il-ħin.

Hekk qed tagħmel parti mill-media dal-għodu dwar it-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika.

Fit-Torċa hemm artiklu interessanti ta’ Mark Camilleri intitolat Il-bidla u ċ-ċaqlieq ideoloġiku. Hu analiżi tas-sitwazzjoni attwali kif ukoll tal-mixja ta’ Alternattiva Demokratika tul dawn l-aħħar ħames snin. Ir-riflessjonijiet tiegħu huma validi u xejn ma jdejquni. Jistimulaw id-diskussjoni.

Hemm imbagħad artiklu fil-Malta Today intitolat Briguglio decapitates himself after internal criticism. Dan l-artiklu m’huwiex iffirmat. Jieħu spunti selettivi minn diskussjoni interna f’Alternattiva Demokratika u jibni storja fuq dan. L-inċens ma jonqosx. Jikkonkludi li d-deċiżjoni ta’ Michael Briguglio li jwarrab tidher mgħaġġla.

M’għandix dubju li l-awtur ta’ dan l-artiklu jifhem li partit politiku li fih m’hemmx diskussjoni ħajja (u jekk meħtieġ ukoll imqanqla) jkun partit mejjet. Id-dibattitu intern hu pre-rekwizit essenzjali għall-ħidma politika. Fortunatament f’Alternattiva Demokratika matul dawn il-ħames snin kien hemm diskussjoni ħajja u kontinwa.

Hemm imbagħad fil-Malta Today ukoll il-kumment ta’ Salvu Balzan fil-paġna tiegħu. Kumment dwari li donnu pprogrammat li jidher fil-Malta Today kull darba li jkun hemm il-kariga ta’ Chairman ta’ Alternattiva Demokratika battala. Għal darba oħra Salvu jibbottja li jekk jiena nieħu t-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika wara Michael Briguglio dan ikun diżastru madornali.

Hemm imbagħad kumment fil-paġna 7 tal-gazzetta l-Illum iffirmata mill-korrispondent li jiddeskrivi lilu innifsu bħala Il-poodle. Dawn l-osservazzjonijiet huma deskritti b’dan il-mod “Ġabra ta’ osservazzjonijiet bażati fuq il-veritajiet li qatt ma joħorġu għax hekk iridu”.

Mela Il-poodle jgħid ukoll li jiena irrid immexxi l-Ħodor. Jagħti ukoll ftit tal-kulur. Jgħid li fl-1996 meta kont għadni attiv fil-PN kont mort għand Austin Gatt flimkien ma George Pullicino u tlabtu (lill-Austin Gatt) biex jirreżenja.

Issa li kieku fl-1996 tlabt lil Austin Gatt biex jirreżenja ma kontx ser nistħi ngħid li għamilt hekk. Imma sfortunatament dan m’għamiltux.

Dwar it-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika naħseb li f’dan l-istadju ħadd għadu ma jaf xejn għax ħlief għal Michael Briguglio jidher li ħadd għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni. Naħseb li jkun għaqli iżda li jkun hemm ħafna demm ġdid.

Eko-Skola: kelmet iż-Żgħażagħ dwar l-Ambjent

eko-skola.250213.02

Ħadt sehem fit-tieni Summit ta’ Eko-Skola dwar l-Ambjent li sar dal-għodu fi Xrobb l-Għaġin Marsaxlokk.

Flimkien ma Mario de Marco u Joseph Muscat indirizzajt lill-istudenti u lill-għalliema tagħhom.

Iż-żgħażagħ tagħna fehmu l-ħtieġa li jeħtieġ li jkunu huma li jieħdu ħsieb il-futur tagħhom. Dan hu rifless b’mod qawwi fid-dikjarazzjoni tagħhom li approvaw dal-għodu fi tmiem is-summit.

Iddiskutew bosta suġġetti pero fuq quddiem kien hemm l-ilma, l-enerġija l-iskart u l-baħar ta’ madwarna.

Id-diskussjoni li kellhom dal-għodu tawgura tajjeb ħafna għal futur għax ifisser li tiela ġenerazzjoni b’sensittivita ikbar għal dak kollu li qiegħed jiġri madwarha. Huwa awgurju tajjeb ukoll għall-għalliema u l-familji ta’ dawn iż-żgħażagħ. Għax iżjed minn xi ħaġa li tgħallmu dak li smajt dal-għodu hu prova ta’ dak li jħossu, ta’ dak li jippruvaw jgħixu kemm huma kif ukoll dawk ta’ madwarhom.

Prosit mill-ġdid liż-żgħażagħ tagħna li permezz ta’ eko-skola qed juru kemm li tinvesti fil-ġenerazzjonijiet futuri hu l-iktar pass għaqli.

Voting at the Hospitals and Retirement Homes: 5. Infringement of data protection legislation

mater_dei

As  AD Deputy Chairman together with Prof Arnold Cassola on Monday 17 December 2012 I had a meeting with the Chief Electoral Commissioner relative to the amendments to the General Elections Act as applicable to state hospitals and state run retirement homes.

AD is worried that the said amendments require that the administrators of state hospitals as well as state run old people’s homes to submit regular updated list of patients and residents to the political parties for the purposes of monitoring the electoral process.

This information being made available permits the political parties not only to know who has been admitted to state run hospitals and retirement homes on a daily basis for practically two whole two months, but also to indirectly know what particular condition or ailment patients in hospitals are suffering from.

In a democratic country which gives value to the right to privacy this is totally unacceptable.

In view of this AD has requested the Data Protection Commissioner to investigate the manner in which the electoral process will invade the privacy of patients in state hospitals and residents in retirement homes when the list of patients/residents is provided to the political parties. The Data Protection Commissioner was requested to provide remedies ensuring that the provisions of the Data Protection Act are observed.

Voting at the Hospitals and Retirement Homes: (1) Introduction

eucanak99ccaqbhdgpca4hkpx1caxcxm0ncaksu0oecat8onorca9gwql2cap1twfqcaef7mr1caou2xawcagi7q03ca5cqq3ecasw81i0caxl0xk3cahqyrhbca71s2e9caugwf2kcajmyuej

On Monday morning together with Professor Arnold Cassola on behalf of Alternattiva Demokratika I had a meeting with the Chief Electoral Commissioner who was accompanied by the Commission’s Secretary. The point at issue were recent amendments to the General Elections Act (through Act XIV of 2012) which set out the framework for the running of general elections in retirement homes and Hospitals.

Retirement homes to which the amendments apply must have at least fifty resident voters and must be run by the state. This means that only one retirement home, St Vincent de Paul  Residence, is targeted. Ther retirement homes which though owned by the state are run by the private sector (Zejtun and Mellieħa homes) are excluded.

Likewise when it comes to the hospitals it will be the state hospitals which will be subject to the recent amendments. These are four in number, namely Mater Dei Hospital, Karen Grech Hospital, Mount Carmel Hospital and the Gozo General Hospital.

Twenty four hours after the publication of the writ establishing the date of the general elections the Electoral Commission shall form a sub-committee which shall be chaired by a Commissioner together with a representative of each of the political parties. Alternattiva Demokratika shall participate in this sub-committee and I shall be its representative.

In terms of these latest amendments to the General Elections Act the Electoral Commission shall delegate to the above-mentioned sub-committee the running of the general election  in retirement homes and hospitals.

to be continued : tomorrow (2) The draconian powers of the sub-committee

Water Sustainability ………… Sostenibilta tal-Ilma

World Environment Day: Water Sustainability a most pressing issue in Malta

In a press conference held in front of the Malta Resources Authority, Alternattiva Demokratika – The Green Party said that water sustainability is a most pressing issue in Malta.

Michael Briguglio, AD Chairperson, said: “There are various important environmental issues in Malta, including air pollution, noise pollution, rampant construction and waste management. Like such issues, water sustainability deserves top prioritization in Malta’s environmental, economic and social policies”.

“Malta is one of the driest countries in the world, yet sustainable use of water does not yet seem to be a national priority.  We are in a situation where the majority pay their utility bills, whilst others steal water from boreholes. The water issue is ultimately an issue of environmental justice, social justice and economic good-sense. How could it be that we are treating such a scarce resource as if we have unlimited supply of it?”

Malta has mismanaged its water resources for far too long. Focusing on the potential use of recycled Treated Sewage Effluent Carmel Cacopardo AD Deputy Chairman and Spokesman on Sustainable Development and Home Affairs said that the infrastructure for sewage treatment was designed on the basis of the misconception that treated sewage had no economic value. As a result the 24 million cubic metres of treated sewage (estimated data for  2011 : 21,858,000 cm for Malta and 1,982,000 cm for Gozo, excluding rainwater in sewers during the rainy season) so far are being discharged into the sea. Simultaneously 29 million cubic metres of water are produced annually (56% by RO and 44% extracted from the water table).

The recently announced change of policy as a result of which it is envisaged that Treated Sewage Effluent is utilised for various purposes is a positive step.  However it is imperative that TSE of the right quality is available the soonest in order that boreholes all over the country are sealed up after sufficient water of the appropriate quality is available for both agriculture and industry. This said Carmel Cacopardo could lead to a much needed resting time for  the water table.

Last month the Prime Minister announced that a pilot project was in hand in order to examine the impacts of recharging the aquifer with Treated Sewage Effluent.  AD, said Carmel Cacopardo notes that a successful pilot project could lead to a long term sustainable solution to the management of water resources in Malta. This however, he added is not without its pitfalls as it is dependent on a tough enforcement policy ensuring that only permissible liquid waste is discharged into the public sewer.

AD has earlier this week met with Malta Resources Authority officials who confirmed that this is still a major sticking point.

Finally Carmel Cacopardo pointed out that Water Services Corporation has produced a “ (Master) Plan for the Use of Treated Sewage Effluent for the maltese Islands. A National  Reclamation project.” Dated May 2009 this Masterplan has been made public earlier this year in Parliament.  AD, stated Cacopardo, queries why this Masterplan has not been subject to a public consultation and being examined in terms of the Strategic Environment Assessement Directive of the EU.

Jum Dinji tal-Ambjent: Sostenibbilta tal-Ilma l-aktar kwistjoni urgenti f’Malta – AD

F’konferenza stampa li saret quddiem l-ufficini tal-Awtorita’ Maltija tar-Rizorsi, Alternattiva Demokratika – The Green Party qalet li s-sostenibbilita’ tal-ilma hija l-aktar kwistjoni urgenti f’Malta.

Michael Briguglio, ic-Chairperson tal-AD, qal: “Hemm diversi kwistjonijiet ambjentali importanti f’Malta, inkluz it-tniggiz ta’ l-arja, tniggiz akustiku, il-kostruzzjoni rampanti u l-gestjoni tal-iskart. Bhal dawn il-kwistjonijiet, is-sostenibbilta’ tal-ilma jisthoqqa prijorita’ gholja fil-politika ambjentali, ekonomika u socjali ta’ Malta.”

“Malta hi wahda mill-iktar pajjizi niexfa fid-dinja, izda il-politika sostenibbli dwar l-ilma mhux qed tinghata. Qeghdin f’sitwazzjoni fejn il-maġġoranza tal-poplu jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, waqt li ohrajn jisirqu l-ilma li jiġi mill-boreholes. Il-kwistjoni ta’ l-ilma hi wahda ta’ gustizzja ambjentali, gustizzja socjali u sens tajjeb ekonomiku. Kif jista’ jkun li rizorsa hekk skarsa qed tigi trattata qisha xi wahda bi provvista bla limitu?”

Malta ma haditx hsieb ir-rizorsi taghha tal-ilma ghal zmien twil. Huwa u jiffoka fuq il-potenzjal ghall-uzu tad-drenagg ippurifikat,  Carmel Cacopardo, Vici Chairman u Kelliemi ta’ AD ghall-Izvilupp Sostenibbli u l-Intern qal: “l-infrastruttura ghat-trattament tad-drenagg kienet iddisinjata fuq l-impressjoni zbaljata li dan l-ilma hekk prodott ma kellux valur ekonomiku. Bhala rizultat ta’ dan 24 miljunmetru kubu ta’ drenagg ippurifikat (stima ghall-2011: 21,858,000 mk ghal Malta u 1,982,000 ghal Ghawdex, apparti l-ilma tax-xita fid-drenagg meta taghmel ix-xita) s’issa qed jintefa l-bahar. Fl-istess hin 29 miljun metru kubu ta’ ilma qed ikunu prodotti kull sena (56% bl-RO u  44% estratt mill-pjan).”

“It-tibdil recenti fil-politika tal-Gvern li bhala rizultat taghha nistennew li d-drenagg riciklat ikun utilizzat ghal skopijiet diversi huwa pass pozittiv. Imma huwa essenzjali li ilma riciklat ta’ kwalita tajba ikun prodott mill-iktar fis biex ikun possibli li jinghalqu l-boreholes kollha wara li jkun hemm bizzejjed ilma ta’ kwalita’ ghall-agrikultura u l-industrija.  Dan, qal Carmel Cacopardo jista’ jwassal ghas-serhan tant mehtieg tal-ilma tal-pjan.”

“Ix-xahar li ghadda l-Prim Ministru habbar li progett pilot kien qed jezamina l-impatti li jirrizultaw jekk l-ilma tal-pjan ikun rikarikat b’ilma riciklat mid-drenagg. Alternattiva Demokratika tinnota li jekk dan il-progett pilota jirnexxi dan ikun jista’ jwassal ghal soluzzjoni sostenibbli u fit-tul tal-immanigjar tar-rizorsi tal-ilma f’Malta.  Dan imma, zied jghid, irid jiffaccja diffikultajiet kbar, principalment il-htiega ta’ id tal-hadid biex jigi assigurat li fid-drenagg  jinxtehet biss skart likwidu permissibli. “

“Alternattiva Demokratika iktar kmieni din il-gimgha iltaqghet ma ufficjali tal-Awtorita’ Maltija tar-Rizorsi li ikkonfermaw li din id-diffikulta ghadha ma gietx meghluba.”

Fl-ahhar nett  Carmel Cacopardo gibed l-attenzjoni li l-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma ipproduciet  ‘(Master) Plan for the Use of Treated Sewage Effluent for the Maltese Islands. A National  Reclamation project’. Datat Mejju 2009 dan il-pjan kien ippubblikat fil-Parlament iktar kmieni din is-sena. Alternattiva Demokratika, qal Cacopardo, tistaqsi l-ghaliex dan il-pjan ma kienx soggett ghal konsultazzjoni pubblika kif ukoll ghaliex ma giex ezaminat ai termini tal-iStrategic Environment Assessement Directive tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Riżenja tiegħi mill-PN

Ftit iktar minn 4 snin ilu, wara 32 sena jiena irreżenjajt minn membru tal-Partit Nazzjonalista. 

L-ittra tiegħi ta’ riżenja wassalta jiena bl-idejn fl-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-PN ta’ dak iż-żmien Joe Saliba nhar is-16 ta’ Jannar 2008. Għaddew 49 xahar u s’issa ħadd għadu ma wieġeb l-ittra ta’ riżenja.

L-uniku kumment kien għamlu Lawrence Gonzi waqt konferenza stampa. Ara 1 u 2.

Jiġifieri Franco Debono m’għandux għalfejn jistagħġeb li l-ittra tiegħu ta’ riżenja minn membru tal-PN baqgħu ma wieġbuhiex.

Forsi wieħed jifhem li għalkemm ir-riżenja tiegħi u r-riżenja ta’ Franco Debono minn membri tal-PN saru f’ċirkustanzi differenti l-motiv bażiku hu l-istess: il-PN immexxi minn Lawrence Gonzi mhux biss jiddefendi lil min jiżbalja, talli jippremjah. Imbagħad ma min jagħmel xogħolu jimxi bil-gambetti.

49 xahar ilu lil Joe Saliba jiena kont għidtlu dan li ġej:

“Meta sseħibt fil-Partit Nazzjonalista kont nidentifika ruħi bla diffikulta miegħu.  Iżda illum ilni żmien nagħmel sforz nistaqsi lili nnifsi jekk il-PN għadux l-istess Partit li jiena sseħibt fih fis-snin 70. Qiegħed nasal għall-konkluzjoni illi kieku kelli nagħmel l-għażla illum ma kontx nagħżel li nissieħeb.    

Għal dan hemm bosta raġunijiet. Prinċipalment (iżda mhux biss) l-attitudni leġġera li bih il-Gvern immexxi mill-PN (kif ukoll il-PN innifsu) ħares lejn w aġixxa fil-konfront ta’ min mexa ħażin fil-ħajja pubblika.

Fil-konfront ta’ min mexa ħażin kontinwament isir attentat biex jinsatru u jitmewwtu l-affarijiet. Iżda imbagħad fil-konfront tal-ħidma tiegħi fil-MEPA jiena ġejt ostakolat milli nkompli l-ħidma li kont qed inwettaq fl-Uffiċċju tal-Verifika (Audit Office) b’elf skuża. Ir-raġuni vera ma tissemma qatt : li nibtet intolleranza għall-kritika u għal min kapaċi jaħseb b’moħħu. Min ma jittollerax il-ġbid tal-ispag qiegħed kontinwament jiġi imwarrab.”

X’inbidel mill-2008 lil hawn? Minn dak li qiegħed jgħid Franco Debono is-sitwazzjoni marret għall-agħar. 

Il-PN ma jridx jitgħallem u ma jinbidel qatt. Qabad it-triq tan-niżla.