Wara r-riżenja ta’ Justyne

Issa Justyne irriżenjat għat-tieni darba mill-Kabinett ta’ Robert Abela. Il-Kabinett ta’ Abela, l-ikbar wieħed fl-istorja, naqas bi tnejn, Justyne u Rosianne.

Meta irriżenjat Rosianne ma kien daħal ħadd ġdid fil-Kabinett.

Kif diġa għidt, il-każ ta’ Justyne għadu miftuħ, mhux biss għax il-Kumitat Permanenti tal-Parlament dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika għad irid jiddiskuti r-rapport (m’għandux għaġġla) imma ukoll għax hemm riżenji oħra li jeħtieġ li jsiru.

Frank Fabri u Paul Debattista huma mistennija li jwarrbu ma jdumux. Tal-ewwel għax iffirma l-kuntratt abbużiv u illegali u tat-tieni għax kien hu li iffaċilita dan il-qerq kollu billi kiteb ir-rapport li għal xi żmien kien qed jingħad li taparsi kitbu Daniel Bogdanovic u b’hekk ikun jista’ jsir il-ħlas ta’ ħmistax-il elf euro.

Minn kif tkellem Robert Abela jidher li m’għandux għaġġla biex jaħtar Ministru flok Justyne. Dan isaħħaħ ix-xniegħa, li issa ilha ftit ġranet għaddejja, li mhux biss ġejja reshuffle tal-Kabinett dalwaqt, imma li hu ippjanat ukoll li jinbidlu diversi f’karigi mlaħħqin.

Ma ninsewx ukoll li f’Jannar, xahar ieħor, għandu jibda jinstema l-ġuri dwar il-hold-up li falla fuq l-HSBC. Intqal diġa li f’dan il-ġuri jistgħu jsiru rivelazzjonijiet dwar membru ieħor tal-Kabinett ta’ Robert Abela. Din tista’ twassal għal riżenja oħra!

Nistennew u naraw.

Il-Milied it-Tajjeb

Wara 60 jum jaħsibha, ddeċieda …………. li ma jiddeċiedi xejn

frase famosa del Gattopardo

 

Mela Joseph Muscat iddeċieda wara 60 jum jaħsibha.

Iddeċieda li jħalli kollox kif inhu.

Keith il-Kasco Schembri għadu hemm!

Konrad Mizzi ma baqax Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa. Sar Ministru bla portafoll ibbażat f’Kastilja. Huwa jwettaq il-proġetti li jassenjalu l-Prim Ministru. L-ewwel proġett : il-power station. X’inbidel? Mhux dak li kien qed jagħmel?

Joseph iddeċieda li ma jiddeċiedi xejn. Imma iddeċieda!

Joseph Muscat jirriċikla lil Konrad Mizzi u lil Manwel Mallia

Manwel Mallia 11recycling_binKonrad Mizzi Parlament

 

Bir-reshuffle tal-Kabinett imħabbra illum Joseph Muscat qed jirriċikla lil Manwel Mallia u lil Konrad Mizzi.

Konrad Mizzi taparsi ittieħidlu d-dikasteru u baqa’ Ministru bla portafoll fl-uffiċċju tal-Prim Ministr fejn ser jibqa’ respnsabbli mill-proġetti tal-Enerġija.

Manwel Mallia li qatt ma kellu l-kuraġġ li jirriżenja u jerfa’ r-responsabbiltà politika reġa’ daħal fil-Kabinett bħala Minsitru tal-Kompetittività. Fil-fatt Mallia kien tkeċċa minn Ministru għax minkejja li ngħata ċans baqa’ jirrifjuta li jirreżenja.

Il-Kasco jibqa’ hemm.

Dak li għamel Joseph mhux biżżejjed. Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jirreżenjaw.

 

Louis Galea u r-Reshuffle fil-Kabinett ta’ Joseph Muscat

Louis Galea ECAEuropean Court of Auditors 2014

 

Diversi, fosthom il-maltarightnow.com  qed jispekulaw li ser issir reshuffle fil-Kabinett dal-waqt biex jinħoloq post ħalli jerġa’ jinħatar Manwel Mallia bħala Ministru.

Dan hu possibli li jsir. Imma waħda mir-raġunijiet li qed tissemma biex tiġġustifika għaliex ser ikun hemm reshuffle hi l-post Malti fil-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropeja fil-Lussemburgu.

Preżentement hemm Louis Galea, li kien inħatar f’Mejju 2010. Qablu kien hemm Josef Bonnici li dam fil-ħatra bejn Mejju 2004 u Mejju 2010, jiġifieri sitt snin. Dan ifisser li l-ħatra tal-Louis Galea hi għal sitt snin. Allura l-ħatra mill-Gvern Malti tas-suċċessur ta’ Louis Galea ma tidħolx fis-seħħ f’Mejju 2015, iżda f’Mejju 2016.

Ovvjament jekk ser issir reshuffle dal-waqt mhiex ser issir minħabba s-suċċessur ta’ Louis Galea!

L-ewwel reshuffle ta’ Joseph

 

 

reshuffle

Tħabbar iċ-ċaqlieq u t-tibdil fil-Kabinett.

Fost dawk effettwati miċ-ċaqlieq hemm min matul l-aħħar sena, min għal ftit żmien u min għal ħafna, kellu diffikulta u konflitt bejn il-prattika professjonali u r-responsabbiltajiet pubbliċi tiegħu. Fuq quddiem nett kien hemm il-każ ta’ Franco Mercieca li kif stqarr huwa stess jippreferi l-prattika professjonali tiegħu. Il-kwistjoni issa ser tiġi fi tmiemha. Imma jonqos li naraw ukoll x’tibdil ser ikun hemm fil-kodiċi tal-etika tal-Ministri w is-Segretarji Parlamentari.

Hemm ukoll issues serji konnessi mal-ħatra ta’ Marie Louise Coleiro Preca bħala President tar-Repubblika. Hu żball oħxon li l-President iżżomm responsabbiltajiet diretti għal oqsma ta’ politika soċjali. Il-President għandha tkun distakkata minn dawn l-affarijiet. Bla dubju ser ikun hemm konflitt bejn kif tara l-affarijiet hi u kif jarahom il-Ministru l-ġdid għall-politika soċjali, Michael Farrugia.

Il-ħatra ta’ Karmenu Vella bħala Kummissarju Ewropew hi ukoll sorpriża. Karmenu Vella qatt ma kien interessat u qatt ma wera xi inklinazzjoni lejn politika Ewropeja. Għallinqas pubblikament dan m’huwiex magħruf. Huwa kmieni biex wieħed jgħid jekk hiex għażla tajba. Ser jiddependi ukoll mir-responsabbiltajiet li l-President il-ġdid tal-Kummissjoni jassenjalu. Dan il-President jista’ jkun Martin Schultz imma jista’ jkun ħaddieħor ukoll! Iċ-ċaqlieq fil-previżjoni tan-numru tas-siġġijiet li jistgħu jirbħu s-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew jindika li Muscat għaġġel fin-nomina ta’ Karmenu Vella. Kien ikun iktar għaqli li stenna madwar xahrejn oħra qabel ma ħa din id-deċiżjoni.

Ir-reshuffle ta’ Joseph Muscat

reshuffle

Probabbilment li jkun hemm bżonn illi ssir reshuffle dalwaqt u dan minħabba illi jridu jsiru numru ta’ ħatriet.

Jrid jinħatar President tar-Repubblika ġdid minn nhar l-4 t’April flok George Abela. Fil-ġimgħat ta’ wara jkun meħtieġ ukoll li jiġi nominat (jew nominata) Kummissarju għall-Unjoni Ewropeja flok Tonio Borg.

Il-ħatriet kif jaf kulħadd qatt ma jsiru biss fuq mertu jew kapaċita. Il-ħatriet huma ukoll parti mil-logħba ċess tal-politika. Huwa naive min jaħseb mod ieħor.

Il-ħatriet il-ġodda ta’ President u Kummissarju huma opportunita biex Joseph jagħmel fine tuning tal-għażliet tiegħu ta’ Marzu li għadda u fix-xhur sussegwenti.

Ix-xniegħat dwar x’tibdil jista’ jsir beda.

Interessanti li aħna u nisimgħu x’inhu jingħad naħsbu ftit dwar min għandu interess f’dawn ix-xniegħat.

L-ewwel interess huwa tal-Prim Ministru innifsu li min jaf kemm ilu jisma’ dwar x’għandu jagħmel u xi jmissu għamel. Joseph Muscat għandu kull interess li jipprova jiżen x’reazzjoni jkollu għaċ-ċaqlieq li għandu f’moħħu.

It-tieni interess huwa ta’ dawk li jew tħallew barra inkella li jixtiequ javvanzaw. Dawn ovvjament jinkludu xniegħat kontra dawk li jixtiequhom li jkunu mwarrba. Nismimgħu kliem bħal: mhux tajjeb/mhux tajba. Dak minn fejn inqala’?  Għadu ġej u jafdah daqshekk?

Il-kapaċita kif nafu, m’hiex l-unika kriterju. L-anqas neċessarjament m’hi l-kriterju ewlieni. Waħda mill-karatteristiċi ta’ Muscat hi li jfittex li jakkomoda bl-iskop li jagħlaq ħalq dak li jkun. Jiġifieri l-kriterji u l-ħsieb wara movimenti partikolari mhux neċessarjament li huma posittivi. M’hu xejn ġdid dan.

Ismijiet qed nisma’. Pero’ ma rridx nirrepetihom għax ma rridx inkun parti mil-logħba li għaddejja. Nippreferi l-lussu li nosserva.