Is-solidarjetà mhiex qegħda fuq kwarantina

Il-kriżi tal-Covid19 tatna affarijiet ġodda biex ninkwetaw dwarhom. Il-problemi l-qodma għadhom magħna, imma issa tilfu l-importanza u l-urġenza tagħhom fid-dawl tal-kriżi kurrenti. Saħħitna, kemm individwalment kif ukoll b’mod kollettiv hi taħt theddida. L-ekonomija wieqfa u xi setturi ambjentali bdew jirpiljaw bil-mod.

Waqt li setturi differenti tal-ħidma tal-pajjiż qed jieqfu jew jiġu mwaqqfa bħala miżura ta’ prewkazzjioni, hu tajjeb li nassiguraw li s-solidarjetà ma tiġix imqegħda fi kwarantina.

Is-solidarjetà bejnietna hi essenzjali mhux biss biex inwieżnu lil xulxin illum, waqt il-kriżi, imma ukoll fi trieqitna biex il-pajjiż jirkupra u jerġa’ jibda jaħdem mill-ġdid. Irridu nifhmu li kulħadd hu importanti: dan jgħodd għal kull persuna mingħajr l-ebda eċċezzjoni. Ħadd ma għandu jkun injorat inkella jitħalla jaqa’ lura. Meta l-kriżi toqrob lejn tmiemha b’dan il-mod inkunu iktar b’saħħitna u fil-mixja tagħna nkunu għarafna napprezzaw aktar u aħjar lil xuxlin.

L-awtorijiajiet tas-saħħa f’Malta aġixxew b’kawtela raġjonevoli meta bdew jippjanaw minn kmieni għall-imxija tal-Covid19. It-tnaqqis gradwali ta’ attività mhux essenzjali, kienet, b’mod ġenerali, ippjanata tajjeb, b’eċċezzjoni waħda. Il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ukoll hu waħda mill-attivitajiet mhux essenzjali li ma kienx hemm ħtieġa li jiftaħ. Il-kumitat Ornis kien irresponsabbli li ta parir biex l-istaġun jinfetaħ. Il-Gvern qatt ma messu aċċetta li dan jiftaħ.

Il-komunità tal-kaċċa tilfet opportunità li tippreżenta ruħha f’dawl differenti. Sfortunatament, għal darba oħra ikkonfermat li mhiex kapaċi taġixxi b’mod responsabbli.

Inkunu b’saħħitna jekk ilkoll kemm aħna naġixxu b’mod responsabbli. Għandna nsegwu l-parir li ngħatajna biex preferibilment nibqgħu ġewwa. Mhux il-waqt la għal picnic, la għall-camping u wisq inqas għal mixjiet fil-kampanja inkella għall-kaċċa.

Hu ukoll opportun li nirrealizzaw li r-razziżmu jagħmel ħsara iktar mill-Covid19.

Matul il-ġimgħa ċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal-Far tqiegħed taħt kwarantina u dan wara li madwar tmien residenti tiegħu kienu identifikati bħala posittivi għall-Covid19. Kienet opportunità oħra li r-razzisti fostna ippruvaw jisfruttaw biex ikesksu. Ftit huma konxji li l-komunità ta’ Ħal-Far hi fost dawk li huma mill-iktar vulnerabbli b’mod partikolari minħabba l-ispazju ffullat li tqegħdu fih. Kif spjegajt fil-blog tiegħi nhar it-Tlieta, tkun deċiżjoni għaqlija kieku din il-komunità ta’ Ħal-Far, waqt li għaddejja l-kriżi kurrenti, tkun tista’ tagħmel użu mill-lukandi li presentement huma vojta u li m’humiex jintużaw. Dan mhux biss ikun fl-interess tagħhom u ta’ saħħithom. Huwa ukoll fl-interess tagħna lkoll li jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex tkun ikkontrollata iktar l-imxija tal-Covid19. Il-Gvern għandu l-awtorità kollha biex jieħu deċiżjoni ta’ din ix-xorta għax il-liġi tipprovdi għaliha. Iktar ma issir malajr iktar aħjar għax b’hekk ikun indirizzat wieħed mir-riskji l-kbar li jista’ jwassal għat-tixrid aċċellerat tal-Covid19.

Fuq livell ta’ Unjoni Ewropea id-dibattitu dwar il-ħidma li trid issir wara li tintemm il-kriżi Covid19 għaddej.

Hu fatt li b’mod ġenerali l-Unjoni Ewropeja ma kienitx imħejjija għall-wasla taI-Covid19 u l-emerġenza li rriżultat. Bħala riżultat ta’ dan, fl-ewwel ġimgħat la l-Italja u l-anqas Spanja ma sabu l-appoġġ li tant kienu jeħtieġu. Dan wassal biex is-servizzi tas-saħħa f’dawn il-pajjiżi ma setgħux ilaħħqu biex jindirizzaw l-impatti tal-mixja tal-virus u kienu f’xifer il-kollass.

It-telf ta’ kull ħajja hi dejjem okkazjoni ta’ dieqa kbira. Imma meta din tkun frott ta’ nuqqas ta’ preparazzjoni adegwata tkun ukoll riżultat ta’ inkompetenza.

Id-dibattitu illum huwa ukoll dwar liema hi l-aħjar triq il-quddiem. Pajjiżi min-nofsinnhar tal-Ewropa, ewlenin fosthom l-Italja u Spanja, b’appoġġ tal-Ħodor u s-soċjal demokratiċi fil-grupp S & D, qed jargumentaw favur il-ħruġ ta’ coronabonds mill-Unjoni Ewropeja. Bonds li hu propost li jimmaturaw fit-tul u dan kemm biex jitnaqqsu l-ispejjes biex dawn ikunu amministrati kif ukoll biex ikun assigurat li l-piż jintrefa minn kulħadd.

Qed nikteb l-Erbgħa fil-ghaxija meta jidher li għad ma hemm l-ebda konklużjoni dwar dan kollu. Hi triq, iżda, li għandha twassal għal solidarjetà u mhux għal karità.

Is-solidarjetà mhiex taħt kwarantina. Hi t-triq il-quddiem kemm f’Malta kif ukoll fl-Ewropa. Wara kollox hi parti integrali mid-DNA tagħna.

 

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 12 t’April 2020

Solidarity is not on quarantine

The COVID-19 outbreak has changed what we are worrying about. Old problems are still around but their relative importance has been overshadowed by the current crisis. Our health, both individual and collective, is endangered. The economy is at a standstill and specific sectors of the environment are slowly recovering.

As more sections of society grind to a halt on a voluntary or compulsory lockdown, as a precautionary measure, it is important to ensure that solidarity is not placed on quarantine.

Solidarity is essential to support each other, primarily the most vulnerable amongst us. It is also essential both for our survival and for the eventual recovery of the country. In the process we must emphasise that everyone is important and no one is to be left behind or on his/her own. We must ensure that when this crisis is over, we come out of it stronger and wiser.

The health authorities in Malta acted with reasonable caution when they acted early to plan for the COVID-19 outbreak. The gradual reduction of non-essential activity was also generally planned responsibly, with one exception. The opening of the spring hunting season planned for this weekend is uncalled for. The Ornis Committee was irresponsible when it recommended its opening and government should not have accepted its advice.

The hunting community missed an opportunity which could have depicted them in a different light. They confirmed once more that in the hunting leadership’s dictionary the term “responsibility” has no significance.

We will be stronger if all of us act responsibly. We are being advised to preferably remain indoors. It is not the time for picnics, camping, walks in the countryside or hunting.

It is also time to realise that racism is more damaging than COVID-19.

During the week the open centre at Ħal-Far was placed on quarantine after some eight of its residents tested positive for COVID-19. It was a ranting opportunity for the racists among us. Little do they realise that the Ħal-Far community is among the most vulnerable due to the over-crowded space they have been provided with. As I explained on my blog last Tuesday, it would be reasonable at this point to shift the Ħal-Far community to vacant hotels for the duration of the crisis. It is not only in the interest of the Ħal-Far community but also in our own interest so as to ensure that the spread of COVID-19 is further contained. Government has the full authority to proceed in this direction through existing legislation. The sooner this is done the better as this would be a very effective measure to contain a high risk area which could get out of hand and accelerate the spread of COVID-19.

On a European Union level the debate on the post-COVID-19 era is in full swing.
The COVID-19 outbreak found the EU inadequately prepared for the resulting emergency. As a result, in the initial weeks, Italy and Spain were not sufficiently supported and consequently their health services were overwhelmed and could not cope with the spread of the virus.

Loss of life is always regrettable. However, when this results from a lack of adequate preparation it is more a case of incompetence.

The current debate is on the best way forward. Southern European countries, primarily Italy and Spain, buttressed by the European Greens and the S & D, are arguing in favour of so-called coronabonds. The issuance would take the form of bonds with a long maturity, thereby alleviating debt servicing costs and burden-sharing among EU Member States. I am writing on Wednesday, when conclusions seem to be still far away. This should however follow a path of solidarity not one of charity.

Solidarity is not on quarantine. Solidarity is the way forward both on a national level as well as on an EU level. It is, after all, an essential element of our DNA.

 

published on The Malta Independent on Sunday : 12 April 2020

Kif jinbidlu l-ideat!

times-malta-10072013

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-ideat tal-politiċi fil-Parlament dwar l-immigranti inbidlu tul is-snin.

Niftakru sewwa meta l-PN fil-Gvern kien jappoġġa lill-Gvern Taljan. Dakinnhar il-Gvern Taljan b’Berlusconi Prim Ministru u l-Legista Roberto Maroni Ministru tal-Intern kien qed imexxi l-quddiem politika ta’push-back: jiġifieri li jimbotta lill-immigranti lura lejn il-Libja. Inkella jekk isalvhom jeħodhom lura fil-Libja.

Ankè Joseph Muscat bħala Prim Ministru bl-appoġġ ta’ Manwel Mallia Ministru tal-Intern mexxa l-quddiem politika ta’ push-backs. Niftakru meta ordnaw ajruplani tal-AirMalta, biex jieħdu lill-immigranti lura lejn il-Libja fis-sajf tal-2013. Dakkinhar il-Gvern immexxi minn Muscat kien inżamm mill-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem fuq talba tal-għaqdiet Maltin li jaħdmu favur id-drittijiet tal-immigranti.

Dawk iż-żmienijiet fortunatament spiċċaw għax issa jidher li kkonvertew u m’għadhomx jitkellmu jew ikesksu favur il-push-backs.

Huwa ta’ sodisfazzjoni li anke fuq din ġew jaqblu ma Alternattva Demokratika li dejjem tkellmet kontra l-push-backs u favur is-solidarjetà.

Huwa tajjeb li issa lkoll leħen wieħed kontra push-backs u favur is-solidarjeta. Hekk bħala pajjiż aħna ħafna iktar kredibbli meta ninsisitu li l-Unjoni Ewropeja għandha terfa’ parti mill-piż magħna l-Maltin.

Iż-żjara tal-President Ġermaniż f’dan is-sens hi ukoll ċelebrazzjoni favur id-dinjità tal-immigrant. Tajjeb ħafna. Imma għad baqa’ ħafna x’isir għax għadna fil-bidu.

 

Iċ-Ċajta dwar Dom Mintoff

 

Waqt iż-żjara li l-Prim Ministru Malti u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin kellhom f’Ruma kellhom working lunch ma Silvio Berlusconi, Prim Ministru Taljan, li kien akkumpanjat minn Franco Frattini Ministru tal-Affarijiet Barranin.

Kif inhu xieraq f’okkazjonijiet bħal dawn tkellmu dwar diversi affarijiet.

Tkellmu dwar l-immigranti u l-kunċett ta’ “burden sharing“. Kien ikun iktar xieraq kieku tkellmu dwar “responsibility sharing” għax l-immigranti mhux “burden” izda responsabbilta li għandu jerfa’ kulħadd.

Tkellmu dwar il-kumnikazzjoni ta’ Malta mal-grid tal-elettriku fi Sqallija u Berlusconi kien entużjażmat ħafna dwar il-materja. Anke il-predeċessur tiegħu Romano Prodi kien jaqbel. Imma s’issa qatt ma waslu.

Ħadd ma qalilna jekk tkellmux dwar l-enerġija nukleari u jekk hiex l-intenzjoni tal-Gvern Taljan li wieħed mill-impjanti nukleari li Claudio Scaljola Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku ħabbar li jridu jinbnew nhar it-22 ta’ Mejju 2008 hux ser ikun fi Sqallija. F’każ bħal dan Malta għandha l-jedd li tkun involuta fil-proċess tal-EIA li jkun meħtieg li jsir. Iżda dwar dan ħadd ma qalilna xejn.

Imma minn flok qalulna dwar iċ-ċajta ta’ Tonio Borg fuq Dom Mintoff. Kif ukoll li Tonio Borg u Lawrence Gonzi jżommu mal-Inter u mhux mal-Milan !