Fil-Parlament għada t-Tnejn: mera għal Lawrence Gonzi

mirror

Għada t-Tnejn 10 ta’ Diċembru 2012, Lawrence Gonzi, Prim Ministru, b’diskorsu, jġib fi tmiemu l-ewwel fażi tad-diskussjoni dwar il-budget ghall-2013. L-oratorija m’hiex ser tonqos imma s-sustanza wisq nibża’ li ser terġa’ tkun assenti.

Ser iwieġeb dak li qal il-Kap tal-Opposizzjoni, li l-anqas hu ma qal kull ma kien jeħtieġ li jingħad. Lawrence Gonzi ser jipprova jfissrilna kif inhu meħtieġ li l-inċertezza li hawn fil-pajjiż tinqata’ billi jkun approvat il-budget.

Lawrence Gonzi iwaħħal f’kulħadd talli l-inċertezza mhux biss nibtet imma firxet l-għeruq tagħha fil-fond. Jaħseb li hu biss m’għandu l-ebda ħtija. Kulħadd għandu l-obbligu li jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu, jgħid. Imma dawk ta’ madwaru huma esklużi.

Din kienet leġislatura ħażina sa minn l-ewwel jum: għandha fuqha s-saħta tal-Mistra. Saħta li titfa d-dell fuq iż-żewġ naħat tal-Parlament.

Is-saħta tal-Mistra qegħda fuq Lawrence Gonzi għax fl-iskandlu tal-Mistra ipprova jgħatti l-iżbalji u ma kellux il-kuraġġ morali li jgħid li JPO kien żbaljat. Ipprova jpinġieh bħala vittma meta l-vittma vera kienet il-komunita’. Konmunita’ li suppost kellha istituzzjoni maħluqa apposta biex tiddefendiha – il-MEPA. Minflok  iżda din il-MEPA kienet kompliċi u għażlet li tiddefendi l-istupru tal-pajjiż.

Is-saħta tal-Mistra qegħda fuq Joseph Muscat ukoll.  Il-predeċessur tiegħu Alfred Sant kien iddeskriva lil JPO bħala morally and politically corrupt.  Imma Muscat ma ħass l-ebda skruplu biex jinqeda bih.

Hekk ġara fil-każ tal-barriera li Gonzi u RCC riedu li titħaffer quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Hekk ġara ukoll fuq il-mozzjoni biex il-Parlament iddikjara li m’għandux fiduċja f’RCC.

Id-dnub ma jorqodx u jidher li qed joqrob żmien il-kontijiet.

Il-konfront ta’ Gonzi ma Franco Debono hu żejjed għal partit li diġa qiegħed jegħreq. Kien hemm mument partikolari iżda li kien hemm possibilita’ li l-affarijiet ma jikkumplikawx ruħhom. Kienu ippreżentati quddiem il-Parlament żewġ mozzjonijiet.

L-ewwel mozzjoni kienet ippreżentata minn Franco Debono innifsu u kienet kritika tal-politika tal-Gvern ta’ Gonzi dwar il-Ġustizzja u l-Intern. Kritika qawwija u kienet tieqaf hemm.

It-tieni mozzjoni kienet ippreżentata minn Jose’ Herrera u Michael Falzon: barra li kienet tikkritika l-politika tal-Gvern dwar il-Ġustizzja u l-Intern kienet tipproponi ukoll vot ta’ ċensura fil-Ministru Carm Mifsud Bonnici.

Gonzi għażel li jpoġġi fuq l-agenda tal-Parlament il-mozzjoni tal-Opposizzjoni u ħalla fuq l-ixkaffa l-mozzjoni ta’ Franco Debono. Jiġifieri għamel għażla favur mozzjoni b’konsegwenzi negattivi u warrab mozzjoni li kienet tikkritikah u tieqaf hemm.

Nafu fejn wasslet din l-għażla. B’għażla ta’ Gonzi l-Parlament spiċċa sfiduċja lil Mifusd Bonnici. Deċiżjoni li Gonzi seta’ jevita imma ma riedx. Għaliex għamel hekk hu jaf.

Meta Gonzi jħares fil-mera ma jara l-ebda sinifikat fil-każ ta’ korruzzjoni ta’ Noel Borg Hedley (ex-Segretarju Privat tal-Ministru Tonio Fenech) li fil-Qorti ammetta akkużi ta’ korruzzjoni mill-iżviluppaturi JPM Brothers.

Il-fjask tal-Arriva bir-responsabbilta’ politika dwaru li kellu jinġarr minn Austin Gatt l-anqas ma kellu sinifikat għal Gonzi meta jħares fil-mera.

Issa  ħarġet oħra. Fir-rapport tal-Awditur Nazzjonali l-inkompetenza fl-amministrazzjoni finanzjarja tal-kumpanija tal-Gvern Wasteserve hi imfissra fid-dettall. L-iktar li jispikka hu dak il-kuntratt ta’ miljun euro li spiċċa jissarraf f’kuntratt ta’ disgħa u għoxrin miljun euro. Qiesu ma ġara xejn. Is-sejħa biex George Pullicino jerfa’ r-responsabbilta’ politika u jwarrab ma tfisser xejn.

Quddiem dan kollu it-talba ta’ Gonzi biex il-budget ikun approvat tistona. Għax il-vot fuq il-budget mhux biss vot favur budget rigressiv imma hu ukoll vot favur Gvern li hu moralment zopp. Gvern li jrid lil kulħadd jimxi sewwa imma hu mhux kapaċi jagħti l-eżempju. Għax repetutament irrifjuta li jerfa’ r-responsabbilta politika ta’ għemilu.

X’ser jiġri għada jiena ma nafx. Naf iżda ħaga waħda: li l-Gvern wasal sa hawn għax Lawrence Gonzi ma kienx kapaċi japplika għalih il-kejl li bih hu jkejjel lil ħaddieħor.

Il-Partit Nazzjonalista ġustament qed jitlob li l-Imħallef Lino Farrugia Sacco jirreżenja. Jekk il-PN japplika l-istess kejl għall-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi m’għandix dubju li jinbidlu l-Ministri kollha, Gonzi innifsu inkluż!

Jekk il-budget ma jkunx approvat

petrol_pump

Bosta qed jistaqsu: x’jiġri jekk il-budget ma jkunx approvat?

M’hux sewwa qed jgħidu oħrajn li fil-waqt li t-taxxi l-ġodda l-Gvern qed jiġborhom mill-ewwel il-benefiċċji irridu nistennew dwarhom.

Ir-risposta insibuha f’Liġi imsejħa Att dwar il-Protezzjoni tal-Erarju.

Fis-subartiklu (1) tal-artiklu 2 ta’ din il-Liġi insibu dawn il-kelmiet :

“Kull meta Ministru jagħti avviż lill-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati ta’abbozz ta’ liġi dwar dazju ġdid jew dwar żieda ta’dazju li ġà jkun hemm, dak id-dazju ġdid jew dik iż-żieda ta’ dazju għandhom jittieħdu u jinġabru, minn dik l-awtorità li tiġi stabbilita fl-abbozz bħala responsabbli għall-ġbir relattiv minn dak in-nhar li tinħareġ Proklama biex tgħarraf li ħareġ avviż kif imsemmi qabel.”

Din il-Liġi kienet ġiet introdotta fl-1928, jiġifieri meta fil-Gvern kien hemm Gerald Strickland tal-Partit Kostituzzjonali Prim Ministru f’koalizzjoni (Il-Compact) mal-Partit Laburista immexxi minn Pawlu Boffa.

L-Att V tal-1928 kien ġie introdott biex jiġi evitat li jkun hemm l-ispekulazzjoni meta tkun introdott xi dazju jew taxxa ġdida. Għax mingħajr din il-liġi hemm il-periklu tal-ispekulazzjoni kif ukoll ta’ attivita’ li tevadi d-dazju jew it-taxxi. Għax jekk bejn meta titħabbar dazju jew taxxa ġdida jew miżjuda u meta tibda tinġabar jista’ jkun hemm min, per eżempju, jixtri petrol jew diesel b’sisa baxxa u mbagħad jerġa’ jbiegħu meta togħla s-sisa u jdaħħal fil-but id-differenza.

Naħseb li lkoll naqblu li abbuż bħal dan m’għandux isir.

Imma imbagħad il-liġi taħseb ukoll x’jiġri jekk il-budget (jew il-liġi li tintroduċi t-taxxa jew dazju) ma jkunx approvat.

Is- subartiklu (1) tal-artiklu 3 jitkellem ċar ħafna u jgħid hekk :

“Kull somma li tinġabar minn dak id-dazju ġdid jew minn dik iż-żieda ta’ dazju għandha tinżamm b’depożitu u għandha titħallas lill-erarju wara li l-abbozz tal-liġi jiġi approvat għal kollox, jew tingħata lura lid-depożitant, kollha jew biċċa minnha, jekk l-abbozz ma jgħaddix jew jekk id-dazju kif propost jiġi mnaqqas, jew jekk l-abbozz ma jgħaddix fi żmien sitt xhur mill-ewwel laqgħa tal-Kamra tad-Deputati.”

Mela l-Gvern għandu sitt xhur ċans. Jekk sa sitt xhur iI-budget, jew il-liġijiet li jimplimentaw il-budget, ma jkunx approvat ikun irid jirrifondi t-taxxi li ġabar lura.

Hemm ukoll il-possibilta’ l-Gvern ikollu jħallas ukoll l-interessi. Imma dak dettall legali li jmur lil hinn mill-iskop ta’ dan il-blog.

Nota : l-kelma dazju tinkludi kull taxxa, immaterjalment x’tissejjaħ.

Labour : ensuring a smooth transition

Franco Debono has made many a statement during the past 12 months. He abstained when a vote of no confidence was submitted against Minister Austin Gatt. He explained that he did so as he wanted to give the man and his party another chance!

He has been stating for days now, that he will not vote in favour of the budget  because he considers that Austin Gatt should have resigned months ago due to his political failures. Whether  Franco Debono will keep his word is anybody’s guess. But if he does the budget will not be approved. We will have to keep guessing what comes next for some more days.

With this in mind the budget’s relevance is limited.

But we need not panic as Labour will come to the rescue. Labour, we are told, will deliver.

Progressive Labour will deliver income tax revised rates which will ignore low wage earners and reduce tax payable to those who are already reasonably well off. No tax deductions can be guaranteed for low wage earners by Labour.

Progressive Labour, like conservative PN, does not agree with the need to revise the minimum wage. It is not in the interest of employers to do so. And it is their vote which progressive Labour is after.  The employers’ vote, that is!

Why should progressive Labour accept the GWU’s proposal to have the cost of living adjustment paid in two installments?  There is consensus between the PN and Labour that the GWU’s proposals should be ignored. It is only Alternattiva Demokratika which has offered support for a progressive incomes policy as proposed by the GWU.

Labour, the progressive party, has opted for a conservative approach: the PN’s approach. It is the only way forward as in this way it ensures a smooth transition,  continuity and stability!

…………… and they looked from pig to man and from man to pig again and could not tell which was which.  The more things change, the more they remain the same.

published at di-ve.com  on Friday 30 November 2012

Joseph (il-progressiv) delivers

Joseph Muscat jaqbel mal-budget tal-bieraħ. Tant li qiegħed jgħid li l-Partit Laburista biss huwa l-unika garanzija li dan il-budget jista’ jitwettaq. Joseph delivers.

Jiġifieri Joseph Muscat jaqbel li min jaqla’ mhux ħażin titnaqqaslu it-taxxa minn 35% għal 25%. Fl-istess waqt min hu bil-paga minima jħallas it-taxxa fuq id-dħul. Ovvjament min kien qed jaħseb li Joseph hu favur il-batut aħjar jerġa’ jaħsibha sewwa għax il-voti (jaħseb Joseph) mhux min hemm iridu jiġu.

L-aqwa li jgħid li hu progressiv. Imma fl-istess ħin hu kontra li tiżdied il-paga minima. Fl-istess ħin ma jaqbilx mal-proposta tal-GWU li biex min jaqlagħha u jiekolha jbati inqas, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja tingħata kull sitt xhur mhux kull sena kif tingħata issa. Joseph il-progressiv ma jaqbilx ma dan.

Wanted: a progressive incomes policy

The budget to be presented next Wednesday should revisit Malta’s incomes policy such that the difficulties faced by low income households is addressed.

The minimum wage should be increased in line with the findings of the Caritas Report published in March this year. This report entitled “A Minimum budget for a decent living” had focused on three low income household categories and concluded that it is necessary to uplift the statutory minimum wage from €158.11 to €180 per week of 40 hours. It is unfortunate that both the PN and Labour are deadset against this proposal.

Alternattiva Demokratika  realises the importance of such a proposal in assisting those having a low income to make ends meet and has repeatedly encouraged its implementation.

Another proposal on incomes policy is on the table. The General Workers’ Union has proposed that Cost of Living wage adjustments should be made every 6 months. Implementing this proposal would provide a realistic and timely compensation to those at the lower end of the social ladder.

Its about time that these proposals are seriously considered by government in its budget proposals.

originally published in di-ve.com, Friday 23rd November 2012

Lawrence Gonzi u l-mument tal-verita’

Il-Gvern, qalilna Gonzi ser jippreżenta l-budget u dan ser ikun il-mument tal-verita.

Gonzi uża lingwaġġ ftit bombastiku biex jilgħabha tal-vittma.  Gonzi qalilna li kulħadd irid jerfa’ r-responsabbilta’ tiegħu.

Fiċ-ċirkustanzi preżenti l-verita’ hi li l-budget hu irrelevanti. Bħall-Gvern.

Il-Gvern ma jafx fejn qiegħed. Kull fejn isib l-iebes jirtira. Bħalma għamel dwar il-parkeġġi. L-ewwel għaffiġha. Meta permezz ta’ żewg mozzjonijiet ippreżentati fil-Parlament (waħda mill-Opposizzjoni u l-oħra minn Franco Debono) ġie ikkontestat dak li għamel Austin Gatt il-Gvern daqq l-irtirata.

Hu Gvern li ma jafx x’inhu jagħmel.  Bħar-riforma tat-trasport pubbliku li minkejja l-infieq f’ruxxmata konsulenzi għad ma tatx ir-riżultat mixtieq, sena u nofs wara li bdiet.

Bħat-taħwida tal-Fairmount. F’hiex waslet l-inkjesta? Min kien responsabbli għat-telf kbir li għamlet it-tarżna minn dan il-kuntratt li kompliet tagħtiha d-daqqa mortali? Mhux Austin Gatt ukoll kellu jġorr ir-responsabbilta’ politika għal dan il-falliment?

 

Veru, l-mument tal-verita’ qiegħed wara l-bieb: il-budget hu irrelevanti.

Budget with positive, vague and missing measures – AD

Alternattiva Demokratika – The Green Party said the budget had a mix of measures, some of which were positive, whilst others being rather vague. The budget also missed out from taking concrete action in certain social and environmental matters.
 
Michael Briguglio, AD Chairperson, said: ‘It is positive that in a context of global economic difficulties, Government is aiming to reduce the deficit. Hopefully, Government’s expenditure programme will be more sustainable’.
 
‘We also agree that Government shall pay workers on minimum wage who undergo training programmes, and that Government will make life easier for people on social assistance who choose to work. On the other hand, AD strongly believes in an increase in the national and hourly minimum wage, including that for part-timers and contractual workers on a pro-rata basis. AD also augurs that Government’s enforcement against employers who exploit foreign workers is effective’.
‘As regards cost of living and social benefits, we agree with the increase in supplementary benefits and in expenditure aimed at vulnerable groups such as fostered children. We would however have expected more expenditure on disabled persons and the inclusion of vulnerable groups such as those with ME and FB for entitlement of disability benefits’.

‘As regards health, it is also positive that Government shall investment in the Cancer Centre at Mater Dei Hospital. In this regard, it is important to note that cancer should also be confronted through better environmental policy which is currently lacking. Government should also do much more to tackle costly medicinal prices, including considering importing them itself alongside importers from the private sector’.

‘Alternattiva Demokratika believes that it would have been better if Government put even more investment in public education and childcare centres rather than incentivising private education’.
.
Ralph Cassar, AD Secretary General, said: ‘As regards environmental policy, we strongly believe that Government should do much more for sustainable development, for example by reactivating the national commission for sustainable development. Government’s expenditure on renewable energy is simply not enough, especially when one keeps in mind the dirty fuel which shall be used in the power station extension. Government should also elaborate on the assistance schemes for sustainable energy’.
‘Government should also have introduced fiscal measures on property speculation, from the third vacant property onwards, particularly when one considers that Malta is a perpetual building site where a quarter of properties are vacant. Fiscal mechanisms should encourage the renting and selling of properties which are kept vacant for speculation purposes and the use of existing buildings rather than building more areas’.

‘AD also supports the investment in farmers’ markets and in animal welfare centre. It is also positive that Government shall introduce incentives encouraging cleaner transport. Till now details are too vague to comment in detail.’
 
 
Baġit b’taħlita ta’ miżuri pożittivi, vagi u nieqsa – AD

Alternattiva Demokratika – The Green Party qal li l-baġit kellu taħlita ta ‘miżuri, li wħud minnhom kienu pożittivi, filwaqt li oħrajn huma pjuttost vagi. Il-baġit ukoll ma ħax azzjoni konkreta fuq ċerti materji soċjali u ambjentali.

Michael Briguglio, AD Chairperson qal: “Huwa pożittiv li f’kuntest ta’ diffikultajiet ekonomiċi globali, l-Gvern qed jimmira li jnaqqas id-defiċit. Nawguraw li l-programm ta’ infiq tal-Gvern ikun aktar sostenibbli “.

“Aħna wkoll naqblu li l-Gvern iħallas ħaddiema bil-paga minima li jagħmlu programmi ta’ taħriġ, u li l-Gvern se jagħmel il-ħajja eħfef għall-persuni fuq assistenza soċjali li jagħżlu li jaħdmu. Min-naħa l-oħra, AD temmen li għandu jkun hemm żieda fil-paga minima nazzjonali u bis-siegħa, inkluż dak għall-part-timers u ħaddiema kuntrattwali fuq bażi pro-rata. AD tawgura ukoll li l-infurzar tal-Gvern kontra min iħaddem li jisfruttaw ħaddiema barranin ikun effettiv “.

“Fir-rigward ta’ l-għoli tal-ħajja u l-benefiċċji soċjali, aħna naqblu maż-żieda fl-assistenza supplimentari u fin-nefqa għall-gruppi vulnerabbli bħal tfal fostered. Iżda konna nistennew ukoll nefqa ikbar għal nies b’diżabilita’ u  li l-Gvern jinkludi gruppi bħal dawk li jbatu bl-ME u l-FM ma dawk intitolati għall-benefiċċji ta’ nies b’diżabilita’”.

“Fir-rigward tas-saħħa, huwa wkoll pożittiv li l-Gvern qed jinvesti fiċ-Ċentru tal-Kanċer fl-Isptar Mater Dei. F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed jinnota li l-kanċer għandu ukoll ikun kkonfrontat permezz ta’ politika ambjentali aħjar li bħalissa hija nieqsa. Il-Gvern għandu wkoll jagħmel ħafna aktar biex jiġu indirizzati prezzijiet mediċinali għaljin, inkluż li jiġi kkunsidrat l-importazzjoni tagħhom flimkien ma’ importaturi mis-settur privat’.

“Alternattiva Demokratika temmen li kien ikun aħjar jekk il-Gvern jinvesti aktar fl-edukazzjoni pubblika u childcare centres minflok fl-edukazzjoni privata”.
.
Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali ta’ AD, qal: “Fir-rigward tal-politika ambjentali, aħna nemmnu bil-qawwa li l-Gvern għandu jagħmel ħafna aktar għall-iżvilupp sostenibbli, per eżempju li jerga’ jattiva l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli. In-nefqa tal-Gvern dwar l-enerġija rinnovabbli hija sempliċement mhux biżżejjed, speċjalment meta wieħed iżomm f’moħħu l-fjuwil maħmuġ li se jintuża fl-estenzjoni tal-power station. Il-Gvern għandu jelabora wkoll dwar l-iskemi ta ‘assistenza għall-enerġija sostenibbli’.

‘Il-Gvern naqas milli jintroduċi miżuri fiskali fuq l-ispekulazzjoni tal-propjetà, mit- tielet propjeta vojta ‘l fuq, partikolarment meta Malta u Ghawdex huma sit tal-bini perpetwu u meta kwart tal-propjetajiet huma vojta. Mekkaniżmi fiskali għandhom jinkoraġġixxu l-kiri u l-bejgħ ta’ propjetajiet li huma miżmuma vakanti għal għanijiet ta’ spekulazzjoni u uzu ta’ bini ezistenti milli l-bini ta’ aktar postijiet’.

‘AD tappoġġja wkoll l-investiment fis-swieq tal-bdiewa u fiċ-ċentru għall-ħarsien ta’ l-annimali. Huwa wkoll pożittiv li l-Gvern jintroduċi inċentivi li jħeġġu trasport aktar nadif. S’issa d-dettalji huma vagi wisq biex nikkummentaw f’aktar dettall’.

Time to realign actions with words

On Budget Day next week, the government ought to explain the extent to which its actions are consistent with its political programme read during Parliament’s inauguration by the President in 2008.

It would be pertinent to remember that the President had then stated: “The government’s plans and actions are to be underpinned by the notion of sustainable development of the economy, of society and of the environment. When making decisions today, serious consideration will be given to the generations of tomorrow.” Sustainable development, the President had informed Parliament, was a main goal of this government.

Well, since then, and for a number of months before that too, the National Commission for Sustainable Development has not met. It has been dormant for three years. Not a good sign for a government that considers it should direct itself onto the sustainability path. In addition, targets and objectives of the National Sustainable Development Strategy have been ignored.

Alternattiva Demokratika considers that next week’s Budget could be the opportunity for the government to realign its actions with its declarations.

Cabinet approved a national strategy for sustainable development towards the end of 2007 after extensive consultations with civil society carried out by the NCSD. This strategy laid down a number of specific actions for government ministries to follow. These have been honoured in the breach.

The selected method for implementation of the strategy is through action plans drawn up by ministries. Within 18 months from the strategy’s adoption, that is by mid-2009, ministries were required to prepare their action plans to implement the strategy. They are already 12 months late.

This has occurred because, at least to date, the government has considered the NCSD as a formality.

The mere fact that the Prime Minister, who ex-ufficio is chairman of the NCSD, hardly ever attended commission meetings since 2004 is, in itself, the clearest indication of the mismatch between declarations and actions, the end result being the prevailing state of affairs.

The NSDS identified 20 priority areas: environment (eight areas), economy (three areas), society (four areas), cross-cutting issues (three areas) and implementation (two areas).

Priority area 19, for example, established that, by 2008, that is 24 months ago, a permanent structure properly staffed and funded had to be in place to monitor and review the strategy’s implementation. A role for major stakeholders was also envisaged in order to “critically evaluate progress relating to the strategy”.

Priority area 17 identified the year 2008 as the target for the drawing up of a strategy “to enhance the use of economic instruments such as charges, taxes, subsidies, deposit refund schemes and trading schemes” in order to apply the polluter-pays principle and to promote sustainable development in Malta. Instead of drawing up this strategy, the government drew up a national environment policy issues paper and queried whether and to what extent the public considers it advisable “to move towards a taxation system that penalises pollution rather than jobs”.

To add further to the indecision, the pre-Budget document published in July declared the government was considering introducing a carbon tax. It further advocates a tax shifting mechanism whereby the taxes collected through this carbon tax are offset by the reduction of taxes that “penalise jobs”. Has a study analysing the impacts of this proposal been carried out? While reducing carbon emissions would be positive, what analysis has been made of the economic and the social impacts of such a measure?

On behalf of AD I have sought an answer to this question. In terms of the Freedom of Access to Information on the Environment Regulations 2005 I requested the release of studies commissioned by the Ministry of Finance.

The reply I received last Monday is another proof of the amateurism prevalent at policy formation level. The reply drew my attention to a number of academic journals dealing with tax shifting. I was further informed that the issue (of tax shifting) is being discussed in the Green Economy Working Group, which is expected to present its initial findings to the government by the end of 2010. These findings, it was stated, will be subject to public consultation in early 2011.

While consultation is always to be viewed positively, my point is that the announcement in the pre-Budget document that carbon taxation and tax shifting are being considered was premature in view of the fact that no studies have been concluded to date. Not even preliminary ones.

It seems the government has not yet learned its lessons from the introduction of eco contribution.

Serious policy formation and announcements have to be accompanied by studies detailing impacts of the proposals. Premature policy declarations serve no purpose except to mislead.

Ending all this by realigning actions with words would be a good first step. Our future depends on it.

Published in The Times, October 23, 2010

Qabel il-budget !

 

 

Qiegħed naqra id-dokument dwar il-budget. Fih numru ta’ ideat interessanti b’mod partikolari fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli.

 

Bħalissa qiegħed nillimita ruħi ghall-kapitli 5 u 6 : il-kapitlu 5 dwar il-Ħarsien tal-Ambjent, fil-waqt li l-kapitlu 6 dwar is-Sostenibilita tal-Lokalitajiet.

 

Id-diffikulta bħal dejjem mhiex dwar il-kliem iżda dwar id-determinazzjoni biex dawn ikunu attwati.

 

Imma dwar dan qed nikteb numru ta’ artikli li fihom ikun iktar possibli li nispjega kemm x’hemm tajjeb f’dan id-dokument, kif ukoll dak li jħalli barra.