Il-Kunsilli Lokali : qed nagħtu kas tagħhom ?

 

Nhar is-Sibt kien ta’pjaċir għalija li nindirizza l-laqgha plenarja tal-Kunsilliera Lokali li tkun organizzata kull sena mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Din is-sena din il-laqgħa saret fil-Lukanda Corinthia ġewwa Ħ’Attard.

Osservajt illi fid-dokument konsultattiv tal-Istrateġija Nazzjonali dwar l-adattament għall-Impatti tal-Klima l-Kunsilli Lokali la jissemmew u l-anqas jidher li hemm rwol maħsub għalihom.

Meta nqiesu illi uħud mill-impatti tal-klima jolqtu direttament lill-lokalitajiet dan jistona. Ġibt l-eżempju tal-kapaċita tal-infrastruttura tat-toroq tagħna li tilqa’ għal bidla fl-intensita’ u l-frekwenza tax-xita.  Xi ħaġa li naraw b’għajnejna ta’ spiss, kull meta jkollna maltempata mhux tas-soltu kif kellna reċentement.

Għad hawn awtoritajiet u kummissjonijiet maħtura mill-Gvern li m’humiex konxji biżżejjed tar-rwol importanti li għandhom il-Kunsilli Lokali. Din il-Kummissjoni dwar il-Klima hi waħda minnhom.

F’Birżebbuġa per eżempju kellu jkun l-intervent tas-Segretarju Parlmentari Chris Said biex il-MEPA tieqaf min-negozjati  li kienet għaddejja mal-Port Ħieles dwar il-kundizzjonijiet ta’ permess ambjentali. Dan sar minħabba li dawn in-negozjati kienu għaddejjin mingħajr l-involviment tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa. Issa li l-Kunsill ġie involut in-negozjati bdew mill-ġdid u qed jiġu ndirizzati issues li qabel mhux neċessarjament li kienu qed jitqiesu bl-istess profondita’.

Hemm iżda eżempji oħra li jixhdu illi mhux il-Kunsilli Lokali kollha huma impenjati bl-istess mod.

Meta l–MEPA ħarget il-permess għall-inċineratur tal-biċċerija il-Kunsilli Lokali tal-Marsa u r-Raħal Ġdid ġew mogħtija id-dritt li a spejjes tal-Wasteserve jistabilixxu sistema alternattva għall-monitoraġġ tal-arja fl-inħawi, kif ukoll d-dritt l jqabbdu espert li jgħinhom biex jifhmu l-informazzjoni li tkun ippubblikata dwar l-emissjonijiet. Il-parti relevanti tal-permess fil-fatt tgħid hekk :

”   1.3.2     Public access to emission data (most recent half hour average values and daily average values plus results from the most recent discontinuous measurements) shall be enabled via Internet.

1.3.3     The Marsa and Paola Local Councils may, jointly and in agreement with MEPA, establish an independent ambient air monitoring system covering particulate matter, nitrogen oxides and sulphur oxides, as well as any other parameters that may be agreed with MEPA, at the expense of the permit holder.

1.3.4     The Marsa and Paola Local Councils may, in agreement with MEPA, jointly appoint an independent expert to assist in the interpretation of the emission data made publicly available pursuant to condition 1.3.2.”

Huwa ċar mill-kritika li ssir għall-operazzjoni ta’ dan l-inċineratur illi dawn iż-żewġ Kunsilli Lokali għadhom m’humiex konxji minn dan id-dritt li għandhom u s’issa jidher li m’għamlux użu minnu.

Jidher illi hemm bżonn illi l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tgħin lil dawn il-Kunsilli Lokali u oħrajn bħalhom biex jiżviluppaw il-kapaċita tagħhom biex ikunu jistgħu jkunu ta’ servizz aħjar.

Wara l-Bieb

F’pajjiż żgħir fid-daqs bħal tagħna kull żvilupp li jsir ikollu effett fuq xi ħaġa oħra.

Il-bieraħ f’Birżebbuġa indirizzajt konferenza tal-aħbarijiet dwar l-estensjoni tal-Port Ħieles u kif din teffettwa lir-residenti. Il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u l-NGO ambjentali tal-lokal il-Birżebbuġa Environmental Action Group f’isem ir-residenti qed jopponu l-estensjoni tal-Port Ħieles minħabba li din teffettwa ħażin lir-residenti.

Hemm limitu għal dak li hu ġustifikabbli li nissaportu. B’dan l-iskop il-Pjan Lokali għall-Bajja ta’ Marsaxlokk approvat fl-1995 stabilixxa dan il-limitu billi identifika l-area ta’ Wied il-Buni bħala żona li l-Port Ħieles ma kellux jaqbiżha. Hi fil-fatt definita bħala buffer zone.

Il-permess għall-estensjoni tal-Port Ħieles li l-MEPA approvat reċentement dan tinjorah.

Hawn diversi li jitkellmu b’passjoni mingħajr ma jkunu jafu l-fatti. Huwa faċli li tgħid li huwa neċessarju li l-Port Ħieles jespandi fl-interess tat-tkabbir tal-ġid ekonomiku imma min jgħid hekk ikun qed iħares biss lejn parti żgħira ħafna mill-istorja. Għax hemm bżonn ukoll li nħarsu lejn affajiet oħra : kif din l-estensjoni teffettwa l-ħajja tan-nies, u kif din teqred ukoll facilitajiet sportivi tal-baħar (sailing club) li jgawdu mhux biss ir-residenti ta’ Birżebbuġa imma ukoll residenti min-nofsinnhar tal-pajjiż li għalihom Birżebbuġa huwa post ta’ villeġġatura.       

Hemm ukoll l-impatti ambjentali li akkumulaw tul is-snin mill-attivita’ industrijali fil-Port ta’ Marsaxlokk. Dawn huma sostanzjali. Jagħmel sens ħafna illi qabel ma biss nikkunsidraw estenzjoni tal-Port Ħieles nifhmu iktar l-impatti ambjentali akkumulati li per eżempju qerdu l-ħajja fil-bajja u nassiguraw li dawn ikunu indirizzati.

Il-Kunsill ta’ Birżebbuġa, il-Birżebbuġa Environmental Action Group u l-Port Ħieles ilhom ix-xhur jiltaqgħu mal-MEPA biex flimkien insibu l-aħjar mod kif dawn l-impatti li akkumulaw tul is-snin ikunu indirizzati u possibilment jonqsu għall-ġid ta’ kulħadd.

Dan hu l-mod kif l-affarijiet isiru bis-serjeta’. Għalhekk nitkellmu dwar l-iżvilupp sostenibbli. Għax l-iżvilupp biex jagħmel sens ma jridx inissel biss titjib ekonomiku, iżda dan irid jagħmlu mingħajr ħsara : la ħsara ambjentali u l-anqas ħsara soċjali.  

Il-ħsara ħadd ma jridha wara biebu.

________________

Ara ukoll fuq dan il-blog :

12 ta’ Gunju 2010 : Past Mistakes ……. Present Day Decisions.

1 ta’ Frar 2010 : Malta Freeport : Impacts on Residents should be dealt with effectively.

21 ta’ Marzu 2009 : The Freeport : Will MEPA backtrack ?

26 ta’ Frar 2009 : Kisba Importanti wara suġġeriment ta’ AD – MEPA accepts AD proposal.

5 ta’ Marzu 2008 : Birżebbuġa u l-Port Ħieles.

Malta Freeport :Impacts on residents should be dealt with effectively

AD supports Birzebbuga Local Council in its actions to protect residents from the further deterioration of their quality of life.

Michael Briguglio AD Chairperson stated that the activities of the Freeport should not be further increased until such time that the present impacts on the residents are dealt with effectively. It is for this specific purpose that AD through its spokesperson for Sustainable Development  Carmel Cacopardo had proposed the need for an Environmental Management System to be adopted by the Freeport Terminal way back in February 2009 when MEPA was considering the development applications.

Carmel Cacopardo AD spokesperson on Sustainable Development and Local Government pointed out that MEPA has started meeting with the Freeport Terminal representatives in order to identify the environmental issues to be tackled. It is shameful, he added, that MEPA has not felt the need to involve the Birzebbuga Local Council in these crucial talks.

Carmel Cacopardo concluded by inviting Dr Gonzi as the Minister responsible for both the Environment and Local Councils to ensure that MEPA lives up to its obligations and involves the Birzebbuga Local Council in these meetings.